Illum previous editions

illum 26 August 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/866592

Contents of this Issue

Navigation

Page 33 of 35

illum | Il-Ħadd 27 ta' Awwissu 2017 Sports 34 A leksandar Ivovic twieled fl-24 ta' Frar 1986 fil- belt pittoreska ta' Herceg Novi fil-Montenegro. Għandu 31 sena u għandu tul impressjonanti ta' 198 ċentimetru. Ivovic huwa plejer b'kariżma kbira u saqajh mal-art li għalkemm b'kurrikulu impressjonanti ma jiftaħar xejn b'dak li jagħmel anzi tispikka fih il-valur tal-umiltà. Iħobb jilgħab bin-numru disgħa u dan l-istaġun kien qed jilgħab ma' San Ġiljan TUM Invest. Matul l-istaġun normali jilgħab mal-ġganti Taljani Pro Recco fejn għal dawn l-aħħar snin kien fit-tim rebbieħ tal-kampjonat Serie A1. Ivovic jilgħab ukoll mat-tim nazzjonali tal-Montenegro u kien parti mill-grupp li pparteċipa fil-Logħob Olimpiku li sar fl-2008 f 'Beijing. Dakinhar il-Montenegrini waslu sal- aħħar erba' tal-kompetizzjoni fejn sfaw eliminati mill-Ungerija fis-semifinali. Eventwalment huwa lagħbu fil-finali għat-tielet u r-raba' post fejn tilfu kontra Serbja sabiex spiċċaw fir-raba' post tal-avveniment li xorta jista' jitqies bħala sodisfaċenti. Irrappreżenta lil pajjiżu f 'diversi kompetizzjonijiet oħrajn fosthom tliet darbiet fil-kampjonat Ewropew, darba fit-Tazza tad-Dinja, tliet darbiet fit-Tazza FINA u darb'oħra fil-logħob tal-Mediterran. Fl-2013 kien wieħed mill-aqwa skorers fil-Logħob Dinji tal-waterpolo li kien sar fi Spanja. Beda dan l-isport fl-età ta' tmien snin fil-pixxina ta' Baosici f 'pajjiżu stess. Kienu ħuh il-kbir u oħtu illi ħajruh jidħol fil-waterpolo. Din l-għażla tista' tgħid illi kienet l-aqwa waħda għalih għax kif stqarr hu stess il-waterpolo minn passatemp sar ix-xogħol ewlieni tiegħu. Huwa kellu kowċis ta' isem illi għenuh ikompli jiżviluppa l-abbiltajiet tiegħu f 'dan l-isport bħal Vladimir Vujasinovic u Vladimir Gojkovic. Iħobb ħafna jilgħab man-naħa leminija tal-pixxina fejn apparti illi jqassam lil sħabu l-attakkanti, ġieli jipprova jittanta xortih u jiskorja xi gowl ukoll. Fl-2011 kellu jieqaf għal xi żmien minħabba weġgħa fi spalltu filwaqt illi fl-2016 kellu jagħmel operazzjoni f 'subgħajh. Dawn it-tip ta' injuries huma komuni fi sport fejn tidħol ħafna s-saħħa u l-fiżika. Ġie magħżul bħala l-atleta tas-sena darbtejn fl-2015 u fl-2016 mill- Kumitat Olimpiku tal-Montenegro. Fl-istess sena ġie magħżul ukoll bħala l-aqwa plejer tal-waterpolo tal-pajjiż. Matul dan l-istaġun huwa sieħeb lil San Ġiljan illi magħhom rebaħ il-kampjonat tas-sajf fejn għenhom jiksbu numru ta' punti massimi li tawhom il-quċċata finali. Bħala San Ġiljan, irnexxielkom tirbħu l-10 kampjonat fl-istaorja ftit tal-ġranet ilu. Imma kemm kontu b'saħħitkom bħala tim biex wasaltu għal dan it-tragward? Din kienet l-ewwel esperjenza tiegħi hawn Malta u nista' ngħid illi nibqa' niftakarha żgur. Konna tim magħqud u b'saħħtu, ibbażajna ħafna fuq il- kollettiv u kellna plejers illi kapaċi jbiddlu x-xorti tal-partita. Kont sodisfatt ferm għax minkejja li kellna diversi plejers b'saħħithom qatt ma lgħabna b'mod individwali imma fittxejna ħafna lil xulxin tant li kellna spirtu ta' tim. It-taħriġ ħadnih ferm bis-serjetà, stinkajna u ħdimna bla heda sabiex naslu għal dan it-tragward u issa qed naqtgħu l-frott ta' din il-ħidma li għamilna. Madankollu kontu tim bi plejers individwali ferm b'saħħithom.. Iva, kellna plejers ferm importanti magħna u naħseb il-fatt li tliet plejers Maltin mill-iskwadra tagħna marru jilagħbu barra l-pajjiż għen sabiex it-tim ikompli jissaħħaħ. L-esperjenza li ħadu dawn iż-żgħażagħ fis-Serbja kienet imprezzabbli u naturalment ġabuha magħhom Malta. Il-waterpolo fis-Serbja huwa wieħed professjonali u anke bħala tim nazzjonali b'saħħtu ħafna u għalhekk illi l-kwalità tagħhom żdiedet ferm. B'hekk nemmen illi meta l-kowċ irid jagħmel rotazzjoni għandu biżżejjed materjal minn xiex jagħżel għax il- plejers huma kollha ta' kwalità. Nimmaġina illi dan is-sajf sibtha utli li bqajt għaddej minħabba li ser tkun impenjat man-nazzjonal tal- Montenegro hux hekk? Iva, l-istaġun illi ġej se nkun impenjat mat-tim nazzjonali u kien għalhekk illi ġejt Malta matul dan is-sajf ħalli nżomm ruħi attiv u b'saħħti fiżikament. F'din il-gżira hawn livell tajjeb ta' waterpolo u plejers li jilagħbu man-nazzjonal isibu dan is-sajf utli sabiex jibqgħu għaddejjin u fl-istess ħin jipprattikaw l-isport li tant iħobbu. Naħseb li għamilt l-għażla t-tajba għax il-kowċ nazzjonali tal- Montenegro jżomm quddiem għajnejh li l-plejers illi jagħżel jibqgħu attivi u din kienet ir-raġuni għala ġejt f 'Malta. It-tir tiegħi huwa li nipparteċipa fil- Logħob Olimpiku li jmiss imma biex nagħmel dan hemm bżonn ta' ħafna mpenn u sagrifiċċju. Semmejt il-kowċ tal-Montenegro. Dan huwa ħadd ħlief Vladimir Gojkovic li kien jilgħab man-Neptunes. X'inhi l-opinjoni tiegħek dwar dan il-kowċ? Iva, Gojkovic huwa magħruf hawn Malta għax kien jilgħab man- Neptunes. Kien plejer tajjeb ħafna u jien niftakru jilgħab fil-Montenegro wkoll. Anke bħala kowċ narah tajjeb ħafna man-nazzjonal u dedikat immens. Gojkovic iħobb jinkludi demm ġdid fin-nazzjonal u huwa għalhekk illi qed isejjaħ ħafna żgħażagħ sabiex itihom l-esperjenza filwaqt illi jtejbu l-ħiliet tagħhom f 'dan l-isport. L-għan tiegħu huwa illi jibni tim għall-futur filwaqt li ftit ftit ikunu lesti jidħlu minflok plejers tal-ġenerazzjoni tiegħi. Jagħti ħafna kas tad-dettalji u huwa għalhekk illi naħseb li mixjin fit-triq it-tajba bħala tim. Mil-Logħob Olimpiku ta' Rio l-kowċ kompla jbiddel u saħansitra ftit tax- xhur wara rbaħna lil Kroazja f 'partita ferm akkanita. Ngħidlek illi bħalissa qegħdin f 'fażi ta' transizzjoni bħala tim nazzjonali u hemm bżonn ftit taż-żmien biex nieħdu r-riżultati illi nixtiequ. X'taħseb dwar il-livell tat-tim nazzjonali Malti? Kelli ċ-ċans nara lil Malta fil- kampjonat Ewropew ta' Belgrade u bqajt impressjonat bil-progress illi għamel it-tim. Diġà kien suċċess kbir illi waslu sa din il-fażi finali u saħansitra rnexxielhom jevitaw l-aħħar post meta rebħu lit-Turkija. Jien nawguralhom illi Malta tikkwalifika wkoll fil-Logħob li jmiss f 'Barċellona sabiex ikompli jsir l-iżvilupp mixtieq mill-Assoċjazzjoni Maltija tal-Waterpolo. Jien ngħid illi hemm ċans naraw dan kollu għax għandkom plejers ta' kwalità u b'saħħithom filwaqt illi ż-żgħażagħ illi telgħin diġà qed jippromettu mhux ħażin. Kien hemm anke l-għidut illi xi plejers barranin dejjem jekk jingħataw passaport Malti jistgħu wkoll jilagħbu mat-tim nazzjonali. Jekk jiġri hekk nemmen illi Malta tkun tista' tikkompeti iktar ma' pajjiżi b'saħħithom bħal Franza u r-Russja u min jaf naraw aktar sorpriżi min-naħa tagħkom. Kemm huwa importanti illi plejer tal- waterpolo jkun għawwiem tajjeb? Huwa ferm importanti illi plejer tal-waterpolo jkun jaf jgħum sew minħabba illi l-logħba saret ferm fiżika. Peress illi nbidlu xi regoli issa żdied aktar l-għawm u għalhekk apparti n-nifs irid ikollok aktar saħħa. Eżempju ta' dan huwa meta tneħħa l-korner u għalhekk il-logħob sar aktar kontinwu. Qed ikun hemm ukoll ħafna kontrattakki li xi kultant qed ikunu veloċi biżżejjed biex isir xi gowl jew tnejn. X'inhi l-opinjoni tiegħek dwar il- pixxina nazzjonali f 'Tal-Qroqq? Fil-fatt diġà kelli esperjenza ftit tas-snin ilu f 'din il-pixxina meta kont lgħabt mat-tim nazzjonali taż- żgħażagħ kontra Malta. Ngħidlek il-verità l-pixxinaf 'Tal- Qroqq ġabitilna r-riżq għax apparti li bdejna l-kompetizzjoni b'rebħa, komplejna mixjin fit-triq tas-suċċess sa ma rbaħna saħansitra l-finali tal- Ewropej kontra l-Kroazja. Jien personali togħġobni ħafna din il-pixxina fejn tipparaguna ħafna ma' postijiet oħra fl-Ewropa. Tesa' wkoll numru kbir ta' spettaturi li meta jkunu numerużi kapaċi wkoll joħolqu briju uniku. Xhieda ta' dan huwa meta rbaħna l-kampjonat fejn kellna attendenza Meqjus bħala l-aqwa plejer Cristian Antony Muscat Aleksandar Ivovic - meqjus minn bosta bħala l-aqwa plejer tal-waterpolo d-dinja l-preżent fejn kien fundamentali biex San Ġiljan jirbħu l-10 Kampjonat -istorja tagħhom "Din kienet l-ewwel esperjenza tiegħi hawn Malta u nista' ngħid illi nibqa' niftakarha żgur. Konna tim magħqud u b'saħħtu, ibbażajna ħafna fuq il-kollettiv u kellna plejers illi kapaċi jbiddlu x-xorti tal-partita."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 August 2017