Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/866592
illum | Il-Ħadd 27 ta' Awwissu 2017 22 Mediaspot L a vita in diretta (RAI Uno) ikkonċentra għal ħin twil fuq l-istraġi terrorikstika li seħħet f 'Barċellona u Cambrils. Kienu mistiedna bosta kummentaturi, fosthom qassis Kattoliku, ġurnalista ta' karnaġjon iswed u l-awtriċi u poetessa Dacia Maraini. Meta staqsewha dwar il-fenomenu tat-terroriżmu fl-Ewropa u nħawi oħra tal-Punent, Maraini osservat li huma l-irġiel żgħażagħ li huma l-iktar suxxettibbli għar- radikalizzazzjoni Islamika. Skont il-poetessa, dan għax l-irġiel huma sedotti mill-idea ta' dominju fuq l-oħrajn u ma tidħol l-ebda kwistjoni ta' fidi reliġjuża. L-Istat Islamiku hu predatur selvaġġ li qed iħarreġ żgħażagħ li l-għadd tagħhom dejjem qiegħed jiżdied. Fil-programm tar-Rai wieħed mill-kummentaturi nnota wkoll li l-ġenerazzjoni tal- millennials immigranti (dawk imwielda mis-sena 2000 'l hawn) huma aljentati mill-ħajja tal-Punent li l-ġenituri tagħhom u nanniethom fittxew bħala kenn politiku jew ekonomiku. Dan jagħmilhom suġġetti għar-radikalizzazzjoni ta' ideat assoluti li jeżaltaw l-idea tal- mewt. Djun fuq djun It-tħarbit li hemm fil-PN la jibda u lanqas jispiċċa. Issa l-ġurnalista Daphne Caruana Galizia żvelat li żewġ kontestanti għal-leadership tal- partit għandhom djun ta' miljuni fuq miljuni ma' bank lokali. L-eks imħallef fil-Qorti Ewropea Giovanni Bonello kiteb artiklu importanti fis-Sunday Times (Malta) fejn qal li l-membri tal-ġudikatura m'għandux ikollhom interessi kummerċjali u li meta ż-żewġ oqsma tħalltu flimkien kien hemm każijiet ta' aġir korrott. Il-Babilonja ta' Malta Fl-antik il-Babilonja kienet tagħmel parti mill-Iraq. Saret metafora għat-taħwid kulturali-lingwistiku li jingħad li seħħ fl-inħawi. Babilonja tista' tgħodd bħala metafora ta' Malta tas-seklu 21: proġetti ta' bini atroċi, krenijiet, balal tas-siment, blokki tal- konkrit, vireg tal-ħadid li fgaw kull roqgħa art miftuħa li kellna. Is-Senior Times Is-Senior Times hi gazzetta ta' kull xahar li tippubblika artikli dwar anzjani li ddedikaw ruħhom għal passatempi intelliġenti (rikostruzzjoni ta' karozzi antiki u strumenti mużikali, fost l-oħrajn). Iżda hemm lok għat-trattament ta' suġġetti u temi li mhumiex daqstant nostalġiċi. L-isfida li toffri l-anzjanità trid tkun affrontata direttament mhux b'mod artifiċjali. Bergoglio f 'Jum L-Emigranti Għal Jum l-Emigranti 2017 il- Papa Francesco semma' l-ħtieġa li jinfetħu aktar "kurituri umanitarji" biex jilqgħu soluzzjonijiet kollettivi għall-kwistjoni tal-migrazzjoni. Dan hu diskors inevokabbli li l-politika Taljana qed tilqa' bħala diskussjoni fil-qafas tal-leġiżlatura preżenti. L-erba' punti kruċjali li l-Pontefice semma' fid-diskors tiegħu lill- Parlament Ewropew fl-2014 reġgħu tfaċċaw fil-messaġġ ta' din is-sena għal Jum l-Emigranti. Il-punti huma i) il-ġabra flimkien, ii) il-protezzjoni, iii) it-temxxija 'l quddiem u iv) l-integrazzjoni. Il-messaġġ tal-Papa Arġentin kien wieħed dirett: "It-tkeċċijiet kollettivi u arbitrarji mhumiex soluzzjonijiet idonji". Temm il-messaġġ tiegħu billi fakkar fl-importanza taċ-ċentralità tal-persuna umana u l-obbligu tas-soċjetà li tantiċipa s-sigurezza personali u nazzjonali. Fuq l-istess tema, l-Arċisqof Charles Scicluna ħeġġeġ lill-Kattoliċi Maltin biex jiftakru fit-traġedja ta' dawk li qed jaqsmu l-Mediterran u jissugraw ħajjithom u dik ta' familthom bit-tama li jsibu ħajja aħjar fl-Ewropa. L-Arċisqof kien qed jitkellem f 'messaġġ imqanqal li ttrasmetta fil-festa tal-Madonna ta' Stella Maris. Il-messaġġ tal-Arċisqof sar fid- dawl ta' dak li seħħ dan l-aħħar meta d-dgħajsa C-Star ta' grupp razzist li jimmilita kontra l-immigranti kien qed ibaħħar fl-ibħra 'l barra minn Malta. Chaucer u ras San Anard Kemm se jdum dan il-pajjiż jedha u jidneb fl-idolatrija? Għall-festa ta' Ħal-Kirkop inġieb dak li qed jingħad li hu l-kranju ta' San Anard. Manifestazzjoni oħra ta' żmien il- Medju Evu. L-awtur Ingliż Medjevali Goeffrey Chaucer (c.1343-1400) kiteb il-ġrajja irrimata ta' wieħed jaħfer id-dnubiet u jdur minn post għal ieħor ibigħ ir-rekliwji tal- qaddisin u l-indulġenzi. Ir-ritratt li deher fit-Times ta' mara b'binha f 'dirgħajja tmil biex tbus ras San Anard għandu xeħta ta' fanatiżmu u bizarriji u jfakkar ħafna fil- Pardoner's Tale ta' Chaucer. L-Istat Islamiku hu predatur selvaġġ li qed iħarreġ żgħażagħ li l-għadd tagħhom dejjem qiegħed jiżdied MARIO AZZOPARDI L-aħħar straġi f 'Barċellona Barċellona: Aktar traġedji