Illum previous editions

illum 26 August 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/866592

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 35

illum Il-Ħadd 27 ta' Awwissu 2017 Sports 30 Il-mibki iżda qatt minsi, Alex Vella. Laqgħa kordjali bejn l-Għaqda Ġurnalisti Sports u l-Prim Ministru u David Agius minn Cristian Antony Muscat F'LAQGĦA kordjali ħafna li saret fil-jiem li għaddew f 'Kastilja, iltaqgħu l-Għaqda Ġurnalisti Sport flimkien mal- Onorevoli Prim Ministru Dr Joseph Muscat u s-Segretarju Parlamentari responsabbli mill- Isport Dr Clifton Grima. Id-delegazzjoni tal-Għaqda Ġurnalsiti Sports kienet immexxija minn Sandro Micallef bħala president, minn Mark Mizzi bħala Segretarju Ġenerali, Clinton Buhagiar bħala viċi- president, Antvin Monseigneur bħala segretarju organizzattiv u l-membri fl-Eżekuttiv Cristian Muscat, Joanna Camilleri, Stephen Azzopardi, Lorraine Cunningham, Joanna Camilleri, Stewart Said u l-president tal-AIPS Europe u viċi- president tal-AIPS World, Charles Camenzuli. Il-Prim Ministru Dr Joseph Muscat beda biex feraħ lill- Eżekuttiv elett ġdid u awgura li ġurnalisti tal-isport ikomplu jgħinu l-iżvilupp tal-Isport f 'pajjiżna. Huwa tenna li l-ġurnalist sportiv għandu rwol importanti speċjalment biex isegwi u jwassal il-parteċipazzjoni u s-suċċessi miksuba mhux biss fuq livell lokali iżda wkoll fuq bażi internazzjonali tal-atleti Maltin. Il-President tal-Għaqda Ġurnalisti Sports Sandro Micallef, min-naħa tiegħu rrimarka li l-ġurnalisti tal-isport ħadu nota u evalwaw il-kritika li kienet saret riċentament mill-istess Prim Ministru sabiex ma ssirx dejjem enfażi fuq il-football lokali u r-rapportaġġ ikun iktar estiż fuq sports ieħor ta' dixxiplini li ġeneralment iġiebu suċċess lejn il-pajjiż. Intant, waqt din il-Laqgħa, ġiet diskussa l-idea li jsir Mużew iddedikat lill-isport lokali fejn il- Prim Minsitru qabel bis-sħiħ ma' din l-idea waqt li awgura li dan jiġi fis-seħħ fix-xhur li ġejjin, waqt li l-Għaqda Ġurnalisti Sports kienet se ssib is-sostenn kollu meħtieġ min-naħa tal-Gvern. Huwa saħaq li l-Għaqda mmexxija minnu tixtieq li jkollha l-aqwa relazzjoni possibli mas- Segretarjat tal-Isport. Huwa afferma kif l-Eżekuttiv huwa kompost minn persuni ta' etajiet differenti u li jirrapreżentaw l-media houses kollha ta' pajjiżna. Intant, eżattament wara din il-Laqgħa, l-Istess Eżekuutiv tal- Għaqda Ġurnalisti Sports kellu wkoll laqgħa formali mal-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Isport, l-Onorevoli David Agius. L-ogħla uffiċjali tal-Għaqda Ġurnalisti Sports rrimarkaw b'sodisfazzjon li l-Oppożizzjoni reġgħet appuntat lis-Sur Agius bħala kelliem dwar l-Isport iktar u iktar minħabba li s-Sur Agius kellu passat fl-amministrazzjoni ta' Club Sportiv. David Agius tenna li f 'ħafna deċiżjonijiet u proposti tal-Gvern li tressqu fl-aħħar leġislatura l-Oppożizzjoni dejjem ikkoperat mal-Gvern u għinet biex jittieħdu diversi deċiżjonijiet u anke għinet bil-kontribut tagħha fit-tasak Force li kienet twaqqfet mill-MFA fis-sena 2015 li waslet sabiex tkun imsaħħa l-liġi dwar il-Korruzzjoni fl-Isport. Fil-laqgħa ġew diskussi diversi materji oħra fosthom ir-rwol tal- Għaqda Ġurnalisti Sports bħala entita' li tista' timbotta sabiex l-isport jitla' aktar 'il quddiem fuq l-aġenda tal-pajjiż. Ritratt - Domenic Aquilina Dr Joseph Muscat jiltaqa' ma' wieħed mill-membri -Eżekuttiv tal-GĦGS, Cristian Muscat Organizzat seminar ta' tlett ijiem għar-referis bit-tema 'Raising the Bar' FILJIEM li għaddew, ġie organizzat seminar ta' tliet ijiem għar-referis lokali bit-tema tkun 'Raising the Bar' fejn ġie mistieden eks referi internazzjonali mid-Danimarka u li preżentament jagħmel parti mill-Kumitat tar-Referees tal-UEFA, Jorn West Larsen. Propju lbieraħ ġiet indirizzata konferenza stampa fejn ingħataw dettalji ta' x'kien jinkorpora dan is- seminar. Beda biex tkellem is- Segretarju Ġenaerali tal- MFA, Dr Angelo Chetcuti li qal li dan is-seminar tratta diversi aspetti tal-irwol ta' referi fosthom team-buiding. Huwa rringrazzja lir-referees kollha li pparteċipaw f 'dan is-seminar tas-sehem imprezzabbli tagħhom fil-footbol lokali wat li ddeskriva l-irwol tagħhom fil-logħba tal-futbol bħala kruċjali. Dan filwaqt li kompla jħeġġiġhom biex ikomplu jagħtu l-aqwa tagħhom għall-akbar ġid tal- logħba. Tkellem ukoll id-Direttur tar-Referis fi ħdan l-MFA Kevin Azzopardi li qal li d-Dipartimnet tar-Referis kien approva xejn inqas mnn 64 referi flimkien ma' 15-il referee observer. Dan minbarra li ġew ikkonfermati numru ta' esperjenzi ta' skambju ta' referees ma' pajjiżi oħra fosthom mal- Albanija u l-Kosovo għall- ewwl darba. Huwa kompla li sa minn dan l-istaġun, referis lokali se jkunu qed jagħmlu qabża f 'dak li għandu x'jaqsam ma' appointments tal-UEFA u l-FIFA. Dan hekk kif Clayton Pisani se jkun qed jikkontrolla partita mit-tieni leg tat-tielet round ta' kwalifikazzjoni tal-UEFA Europa League, waqt li Alan Mario Sant se jkun qed jikkontrolla partita mill- ewwel leg tat-tielet round ta' kwalifikazzjoni tal-UEFA Europa League, kif ukoll logħba ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2018. Azzopardi ħabbar ukoll li fix-xitwa li ġejja pajjiżna se jkun qed jospita kors tal- UEFA għar-referees waqt li f 'April li ġej, dejjem f 'Malta se jkun qed jiġi organizzat kors ieħor, din id-darba għall-assistenti referees. Minn dawn iż-żewġ korsijiet se jkunu qed jintgħażlu referis Ewropej għat-Tazza tad-Dinja tas-sena d-dieħla. Huwa kompa li l-fatt li minn dan l-istaġun, il-Kampjonat BOV Premier huwa kompost minn 14-il tim fisser li kellu jkun hemm żieda fil-pool ta' referis fejn ġew promossi żewġ referis żgħażagħ biex jikkontrollaw logħob tal- Premier. Mix-Xellug għal-Lemin: Adrian Azzopardi, Jorn West Larsen, Dr Angelo Chetcuti, Kevin Azzopardi, Andrè Arciola u Kevin Azzopardi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 August 2017