Illum previous editions

illum 26 August 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/866592

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 35

Il-Ħadd 27 ta' Awwissu 2017 | illum Sports 27 SPORTSillum minn Cristian Antony Muscat Gżira U ...................... 2 Birkirkara .................. 0 GŻIRA United kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva meta b'mod mill-iktar meritat għelbu lil Birkirkara bl- iskor ta' 2-0. Il-Maroons kellhom kontroll assolut ta' din il-partita bil-Karkariżi li rari mpenjaw lid-difiża avversarja. Birkirkara kellhom lil Edmund Agius illi kien sospiż filwaqt illi għal Gżira ddebutta l-player mill- Kamerun Sem Kamana wara li ngħaqad magħhom aktar kmieni din il-ġimgħa. Il-bidu kienu kollu favur Gżira illi bdew itellgħu attakki perikolużi lejn il- lasti Karkariżi. Fit-8 minuta kellna lil Roderick Briffa illi avvanza filwaqt illi fajjar xutt illi spiċċa ftit barra. Tliet minuti wara reġgħu kienu l-Maroons illi ħolqu ċans ieħor meta AmadouSamb għadda minn mal-linja leminija u kkrossja lejn SambaTounkara illi ra x-xutt tiegħu mill-viċin salvat minn Philip Schranz. Wara dan il-bidu qawwi, Gżira baqgħu jżommu l-pussess tal-ballun pero' sabu lid-difiża tal-Istripes attenta għal dak li seta' jinqala' sabiex l-ewwel taqsima ntemmet bi fi draw ta' 0-0. Fit-tieni taqsima, Gżira baqgħu juru l-aħjar ideat u fit-52 minuta, l-ex-player ta' Floriana AmadouSamb ittanta xortih b'xutt ċentrali bi Schranz jilqa' ferm tajjeb. Fid-59 minuta kellna corner ta' Briffa li sab lil Sem Kamana li bir-ras xeħet ftit barra. Fit-63 minuta kien Tounkara għal Gżira illi mpenja għal darb'oħra lil Schranz illi f 'din il- partita wettaq diversi saves importanti. Żewġ minuti wara freekick perfett ta' Roderick Briffa reġa ra l-aħjar mill- goalkeeper Karkariż sabiex fil-65 minuta wasal l-ewwel goal ta' Gżira. Kien il-player mill-Mali samba Tounkara illi avvanza fil-kaxxa u qassam lil Briffa illi bir-ras reġarritornalu l-favur. L-istess Tounkara ma ħasibhiex darbtejn sabiex b'xutt b'saħħtu jitfa' l-ballun fix-xibka għal vantaġġ Gżirjan. Il-Maroons kibru fil- kunfidenza u proprju wara l-goal, Philip Schranz kompla bis-sensiela ta' saves meta waqqaf xutt ta' Samb. U għalhekk ma kinitx sorpriża illi huma rdoppjaw l-iskor meta isostitut Nikolai Muscat avvanza mil-lemin u krossja ferm preċiż lejn Amadou Samb illi bir-ras tefa' l-ballun ġewwa. Gżira baqgħu jżommu l-pussess sabiex sa tmiem il-partita aċċertaw ruħhom mit-tieni rebħa nfila u taw twissija lit-timijiet kollha illi din id-darba ser ikunu t-team rivelazzjoni f 'dan il- kampjonat. GŻIRA – Curmi, Cohen (Scerri 46'), Gatt Baldacchino, Avila Perez, Pulo, Tounkara (Muscat 77'), Briffa, Muir, Kamana, Okoye, Samb (Ogundare 88') BIRKIRKARA – Schranz, Bezeera, Verone Maia, Guillamier (Anibal Acevedo 62'), Camenzuli, Zammit, Klein, Da Silva (Montebello 62'), Webaje Nfor, Cremona (Grech 72'), Fernandez de Brito Referee: Trustin Farrugia Cann RODERICK BRIFFA Ġie vvutata bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill- ġurnalisti preżenti. Ingħaqad ma' Gzira United mingħand Valletta fil-jiem li għaddew. Huwa fost l-aqwa plejers li jilagħbu f'Malta. Gzira U. jaħsdu lil Birkirkara u jiksbu t-tieni rebħa konsekuttiva Ritratt: Christine Borg Andrew Cohen jipprova jisraq il-bal- lun mingħand plejer ta' Birkirkara

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 August 2017