Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/866592
Il-Ħadd 27 ta' Awwissu 2017 | illum Sports 29 Uros Ljubomirac jipprova jaqbeż lil Mano Micallef Marquez jegħleb lil Rossi u jikseb ir-raba' pole konsekuttiva 'Kuntent ħafna li ngħaqadt ma' Roma Nuoto' - Stevie Camilleri minn Cristian Antony Muscat IL-PLEJER Malti ta- waterpolo, Stevie Camilleri, se jkun qed ikompli l-karriera tiegħu fl-Italja wara li ffirma kuntratt ma' Roma Nuoto. Camilleri li beda l-karriera ma' Neptunes, klabb li għadu jilgħab miegħu fil-kampjonat tas-sajf, ilu diversi snin jilgħab barra minn xtutna. Wara żmien qasir ma' Partizan Belgrade, Camilleri lagħab għal sitt snin fil-kampjonat A1 ma' Bogliasco, u wara lagħab għal staġun fil-kampjonat A2 ma' 7 Scogli. Il-prestazzjonijiet tajbin ta' Camilleri wasslu biex fl- 2015 reġa' beda jilgħab fl- ogħla kampjonat Taljan din id-darba ma' Ortigia fejn fiż-żewġ staġuni li lagħab magħhom, kien strumentali biex Ortigia żammew posthom mal-kbar bi kważi 100 gowl skorjat kif ukoll spiċċa l-aqwa skorer tat-tim tiegħu. F'kumment fuq is-sit uffiċjali tal-klabb, il-Viċi- President Luigi Grossi qal li Stevie Camilleri hu akkwist eċċellenti u se jimla l-vojt li ħalla l-plejer Setka. Hu sejjaħ lil Camilleri bħala plejer ta' livell internazzjonali, u qal li l-akkwist tiegħu hu sinjal tal-ambizzjoni tagħhom biex għal sena oħra jikkompetu fl-ogħla livelli. "Ninsab kuntent ħafna li ngħaqadt ma' Roma Nuoto. Huma klabb importanti b'akkademja b'saħħitha ħafna, u fil-kategoriji taż- żgħar huma fost l-aqwa fl-Italja. Riċentament bdejt nikkowċja fil-livelli ż-żgħar u għalhekk nuża din l-opportunità biex nitgħallem u nikseb l-esperjenza li imbagħad nerġa' nġib miegħi. Fuq livell tal-kbar huma ambizzjużi ħafna u kienu qrib li jiksbu l-promozzjoni A1 fejn tilfu fil-finali fl- aħħar sentejn. Se nkun qed nieħu post il-Kroat Angelo Setka li rebaħ il- fidda fl-aħħar Olimpjadi u riċentament rebaħ id-deheb fil-Kampjonat tad-Dinja. Se nidħol f 'żarbun kbir imma ninsab motivat u se nagħmel dak kollu possibbli biex nilħqu l-għan tagħna," qal Stevie Camilleri f 'kummenti esklussivi li ta lil dan il- ġurnal Stevie Camilleri fl-azzjoni fl-Italja MARC Marquez kompla jimpressjona bis-sħiħ meta għeleb l-isfida ta' Valentino Rossi u kiseb ir-raba' pole konsekuttiva. Cal Crutchlow u Maverick Vinales temmew fit-tielet u r-raba' post rispettivament. Dan filwaqt li Jorge Lorenzo, Andrea Dovizioso u Dani Pedrosa segwew fil-ħames, fis-sitt u fis-seba' post. Kulma jmur qed tkomli tidher iktar diffiċli għall-avversarji ta' Marquez li jlaħħqu mal-passi tiegħu fejn huwa jidher li se jkun il-favorit ewlieni għar-rebħ tat-titlu finali fi tmiem l-istaġun, li jekk dan iseħħ ikun il-ħames wieħed fil-karriera illustri tiegħu. Marc Marquez fl-azzjoni f 'Silverstone fl- Ingilterra