Illum previous editions

illum 26 August 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/866592

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 35

Il-Ħadd 27 ta' Awwissu 2017 | illum 19 Opinjoni 19 R ichard Dawkins għandu 76 sena u hu professur tal-bijoloġija evoluzzjonarja fl-Università ta' Oxford. Huwa miżżewweġ tliet darbiet u għadu joqgħod mat-tielet mara tiegħu fl- istess dar ġo Oxford. Dawkins huwa ateu l-iżjed magħruf u l-akbar missjunarju tal-ateiżmu. Kiteb ħafna kotba biex ixerred l-ideat tiegħu li "probabbilment ħafna Alla ma jeżistix". Żied il-kelma "probabbilment" għax jaf li ebda xjenzjat ma jista' jipprova li Alla żgur ma jeżistix ! Jiena għandi tnejn mill- kotba tiegħu: il-ktieb tiegħu Unweaving the Rainbow, u l-kapulavur tiegħu The God Delusion. Dis-sena ħareġ il-ktieb tiegħu Science in the Soul. Tant hu mħeġġeġ fl- ateiżmu tiegħu, li biex ixerrdu dejjem iżjed kera karozza pubblika minn dawk li jkunu Londra u fuqha żebaħ b'ittri kbar il-kelmiet most probably God does not exist – so stop worrying! Bil-Malti; probabbli ħafna Alla ma jeżistix – allura tħabbilx rasek. Fost l-Insara kienu diversi li kkritikaw l-ideat tiegħu atej bil-fomm u bil-kitba fl-universitajiet, fl-iskejjel, bil-kotba u fil-gazzetti, imma fil-pajjiżi tal-punent Dawkins baqa' jxerred il- fehmiet tiegħu. Żelqa kbira dwar id-downs Iżda darba għamel żelqa kbira kontra l-persuni li jkollhom il-kondizzjoni down fil-għodda tal- komunikazzjoni soċjali msejħa Twitter fejn għandu udjenza ta' aktar minn miljun persuna. Staqsietu waħda mara "X'tagħmel jekk tkun taf li se jkollok tarbija bil- kondizzjoni down?" Dlonk weġibha Dawkins "Kieku jiġrilek hekk agħmel abort u erġa' pprova. Tkun ħaġa immorali jekk iġġibha fid- dinja meta tista' tagħżel." It-tweġiba tiegħu qajmet l-irwiefen. Kienu ħafna li ma qablux miegħu. Saħansitra kien hemm min xebbhu ma' Hitler, imma lili laqtitni fil-fond it-tweġiba ta' ċertu Dominic Lawson li stqarr li hu ateu bħalu. Jidher li Dawkins baqa' impressjonat bil-kritika li saritlu u bi tweġiba għamel żelqa oħra: qal li l-parir li ta favur l-abort tal-persuni down hu msejjes fuq "Ix- xewqa li nkattar il-hena u nnaqqas it-tbatija". Hawnhekk reġa' wieġbu Dominic Lawson mill- esperjenza tiegħu:- "Binti ta' 19-il sena bil-kondizzjoni down jisimha Domenica, hi żagħżugħa fuq ruħha u għandha ferħ irreżistibbli f 'ħajjitha li jittieħed minn dawk kollha ta' madwarna. Ikun hemm min jaħseb li qed nitkellem bil-passjoni ta' missier, waqt li jien qed nibni fuq l-istudji li saru dwar il-persuni bil- kundizzjoni down." Fil-ħarġa t'Ottubru 2014 tal-American Journal of Medical Genetics sar studju fost 284 persuna bil-kondizzjoni DOWN, li juri li 99% minnhom huma kuntenti b'ħajjithom, u 79% jogħġobhom dak li huma u 96% togħġobhom il-figura tagħhom. Lawson ikkritika lil Dawkins għax qal li l-fehma tiegħu hi mibnija fuq ir- raġuni waqt li dik tal-kritiċi tiegħu f 'dan il-qasam hi mibnija fuq l-emozzjonijiet. Lawson żied jgħid li hi karatteristika ta' Dawkins li jippretendi li l-argumenti tiegħu huma sodi waqt li tal-oħrajn huma ppassjonati. Xellef difru Imma fis-sena 2017 Dawkins għamel żelqa akbar għax tefa' l-attenzjoni tiegħu fuq kategorija oħra ta' dawk li jemmnu f 'Alla – tefa' l-attenzjoni tiegħu fuq il-Misilmin. Attakka l-Islamiżmu u stqarr li sejjaħ l-Islamiżmu "vili" imma attakka b'mod abużiv lir- reliġjon Islamika. Nesa li fis- sena 2013 kien kiteb hekk fi Twitter: "L-Islam hi l-akbar forza għall-ħażen fid-dinja tal-lum. Jiena hekk għidt u ghidtu li ninstema'." Il-konsegwenza waslet dis-sena meta Dawkins kellu jagħmel konferenza fl-Università ta' Berkeley f 'Kalifornja. L-awtoritajiet ħassru l-konferenza li kellu jagħmel Dawkins "minħabba d-diskors abużiv tiegħu kontra l-Islam, li offenda u weġġa' tant nies!" Il-Misilmin mhumiex bħalna. Dawn ħalfu li jpattuha lil min iwaqqa' għaċ-ċajt lil Mawmettu jew lil min jgħajjar lil Mawmettu, kif jirrakkonta Kilin fl-awtobijografija tiegħu Fuq L-Għajn ta' San Bastjan. Aħseb u ara lil min jgħid li Alla ma jeżistix! "Studju fost 284 persuna bil- kundizzjoni down, juri li 99% minnhom huma kuntenti b'ħajjithom, u 79% jogħġobhom dak li huma" "Tant hu mħeġġeġ fl-ateiżmu tiegħu, li biex ixerrdu dejjem iżjed, kera karozza pubblika minn dawk li jkunu Londra u fuqha żeba' b'ittri kbar il-kelmiet, 'Most probably, God does not exist'" Meta Richard Dawkins xellef difru DUN ANG SEYCHELL Richard Dawkins

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 August 2017