Illum previous editions

illum 26 August 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/866592

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 35

13 Il-Ħadd 27 ta' Awwissu 2017| illum Aħbarijiet Jean Marie Borg- Il-Mosta Le, ma naqbilx magħha, għandu jitħallas. La dak li jkun jaħdem u jimrad m'għandux għalfejn ma jitħallasx. Jekk irridu li jinqagħtu l-abbużi dak jieħu ħsieb it-tabib biex jara jekk l-individwu hux tajjeb ghax-xogħol jew le. Jekk hu tajjeb jidħol jekk le ma jidħolx. Vince Formosa – Il-Ħamrun Ma naqbilx li dak li jkun ma jitħallasx tagħha, la dak li jkun marad għandu jeħodha. Però għandu jkun hawn iktar sikkatura ħalli ma jsirux dal- kummiedji. Mario Frendo – Il-Ħamrun Mhuwiex sew, fl -opinjoni tiegħi jekk din il-guranta 'sick' tkun ġenwina u kkonfermata biċ-ċertifi kat tat-tabib, din għandha tingħata. Jekk le, ma għandhiex tingħata. Freddy Bezzina – San Ġwann Jekk ma taħdimx f'dik il-ġurnata se titħallas? Iva, naqbel li l-ewwel ġurnata li ċċempel sick m'għandekx titħallas tagħha. Mark Agius- San Pawl il-Baħar Naħseb li mhijiex idea tajba, għandom jintbagħtu tobba privati tal-kumpanija u jkunu huma li jiċċekjaw jekk il-ħaddiem huwiex qiegħed id–dar jew le u jiċeċkjaw ukoll jekk dan hux veru ma jifl aħx, umbagħad jimxu fuq ir-rapport tat-tabib. Daniel Cassar- Iż-Żejtun Jekk ir-raġuni tkun valida u onesta, ma narax għalfejn ma għandekx titħallas. Il-mard jista' jolqot lil kulħadd u allura dak li jkun għandu jitħallas dan jekk dejjem ikun hemm hemm evidenza li din tkun ġenwina. Frans Tabone- In-Naxxar Ma naqbel magħha xejn, dak li jkun għax jimrad ġurnata taqtagħhielu kollha. Jista' jkun hemm xi abbużi, dak li jkun jgħid ħa nieħu ġurnata mistrieħ u nerġa' nitlaq għax-xogħol l-għada. Johan Azzopardi- Il-Mosta Mhux sew, għalija għandek titħallas tagħha, mhux sew. Fil-bidu jien ġratli dil- biċċa tax-xogħol. Michael Debattista- Il-Mosta Jekk dak li jkun veru jkun ma jifl aħx għandu jitħallas mill-ewwel ġurnata, l-abbużi minn dejjem kienu, għadhom u jibqgħu jsiru. Michael Pace – In-Naxxar Kieku titħallas aħjar hux? Le, ma naqbilx ma' din il-proposta. Censu Scicluna – Il-Mosta Ħażin hux. Titħallas mill-ewwel trid, imissu jintbagħat it-tabib ħalli jara jekk dak li jkun ma jkunx marid jew le. Però le, m'għandux jaqtagħlek ġurnata għax tfalli. Miriam Falzon – Il-Mosta Ma naħsibx li tajjeb. Għala ma għandekx titħallas? Is-sick leave mhux tiegħek? Le ma togħġobnix u ma naqbilx magħha. 'Is-sick leave tiegħek... basta ma tabbużahx' F'DAWL tal-proposta li pproponiet l-Assoċċazzjoni ta' min iħaddem (l-MEA), biex l-ewwel jum tas-sick ma jkunx ikkumpensat din il-gazzetta għamlet eżerċizzju fejn staqsiet diversi nies l-opinjoni tagħhom fuq din il-proposta. Apparti minn dan, kienu bosta unions li kkundanaw il-proposta tal-MEA fosthom il-GWU li ddiskriviet din il- proposta mressqa mill-MEA bħala, 'proposta li ser treġġa' l-arloġġ lura għal żmien li fih il- ħaddiema kienu jkunu abbużati u sfruttati.' Il-kummenti tal-MUT segwew it-ton tal-GWU hekk kif din ukoll iddeskriviet il- proposta bħala 'rigressiva'. Filwaqt li l-Forum Unions Maltin, wara li qablu li sick leave għandu jiġi rrispettat meta kkonfermat miċ-ċertifikat tat-tabib saħqet fuq il-bżonn li jittieħdu miżuri li jikkumbattu l-abbuż f ' dan ir-rigward. Hawn hu dak li qalu n-nies lill-gazzetta ILLUM meta din niżlet fit-toroq tal-Mosta. lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 August 2017