Illum previous editions

illum 26 August 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/866592

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 35

Aħbarijiet 14 illum | Il-Ħadd 27 ta' Awwissu 2017 Tkompli minn paġna 1 Dawk li tkellmu mal- ILLUM, qalu li s-sens fost uħud mis-sostenituri ta' Delia li tkellmu magħhom huwa li 'din hija battalja mitlufa', anke jekk fil-fatt, l-istess Delia għadu popolari fost it- tesserati u l-għeruq. It-tama ta' dawk li qed jappoġġjaw lil Delia hija li dan jirnexxielu jgħaddi għat- tieni fażi. Jekk biżżejjed kunsilliera jappoġġjawh biex jgħaddi għat-tieni rawnd, iċ- ċansijiet tiegħu li jirbaħ din l-elezzjoni jikbru sew. Intant jidher li s'issa Chris Said għadu fuq quddiem u kważi garantit li nhar il-Ħadd jgħaddi għat-tieni fażi. Alex Perici Calascione għandu l-appoġġ ta' Simon Busuttil u dawk kollha qrib tiegħu, kif ukoll tal-viċi kap uxxenti Beppe Fenech Adami. Minkejja li Delia jaf ma jgħaddix mal- ewwel vot tal-kunsilliera nhar is-Sibt, xorta jifdallu tieqa oħra ta' opportunità li tista' twasslu għall-ġudizzju tat-tesserati. Fil-fatt, f 'każ li t-tielet kandidat mill-erba' jiddeċiedi li ma jixtieqx jirtira mit-tiġrija wara l-vot tas-Sibt u l-voti tat-tielet u r-raba' kandidat jiżbqu dak tat-tieni, terġa' ssir elezzjoni oħra l-għada l-Ħadd biex ikun eliminat it-tielet kandidat. Fil-fatt, il- kunsilliera tal-PN ingħataw żewġ voti, wieħed għas-Sibt u l-ieħor għall-Ħadd, għal dak li jista' jinqala'. Dan ifisser li jekk Delia ma jgħaddix mill-ewwel votazzjoni għax ikun qabżu Perici Calscione, dan xorta se jkollu ċans fit-tieni elezzjoni nhar il-Ħadd jekk jirnexxielu jġib il-voti kollha (jew maġġoranza qawwija) li jkun kiseb ir-raba' kandidat, speċjalment jekk dan ikun Frank Portelli. Fl-aħħar jiem, deher ċar li bejn Portelli u Delia hemm tip ta' alleanza ta' ħsieb u għan, b'Portelli jkun l-uniku kandidat li wera solidarjetà ma' Delia wara l-allegazzjonijiet minn Daphne Caruana Galizia. Intant, din il-gazzetta għamlet kuntatt mad- Deputat Nazzjonalista Hermann Schiavone li nhar il-Ħamis deher ma' Delia ħdejn il-Qorti meta mar jippreżenta libell kontra Caruana Galizia. Din il- gazzetta staqsietu xi rwol qed jilgħab fil-kampanja ta' Delia u jekk hux hu d-deputat li mistenni jċedi s-siġġu għal Delia. Schiavone kkonferma li huwa parti mit-tim ta' Delia, għalkemm ċaħad li hemm xi forma ta' ftehim biex hu jċedi postu fil-Parlament. Għall- mistoqsijiet ta' din il-gazzetta iżda dwar min se jkun qed jagħmel tajjeb għal Delia, jekk dan jirnexxielu jegħleb il-kurrenti qawwijin kontrih u jirbaħ, Schiavone qal li hemm pjan, maqbul ma' persuna, li jiskatta kemm-il darba jirbaħ Delia. Mistoqsi min huwa dan id-deputat, Schiavone ma weġibx. Apparti Schiavone nnifsu, id-Deputati Parlamentari li qed jimbuttaw lil Delia huma Kristy Debono, Jean Pierre Debono u Clyde Puli. Bosta Deputati oħrajn mhumiex qed jgħidu lil min se jkunu qed jappoġġjaw. Chris Said jidher li għalissa m'għandux wisq problemi u li se jgħaddi għat-tieni rawnd mingħajr wisq tbatija żejda. L-għadma iebsa għal Said tkun fit-tieni fażi li se ssir bejn is-16 u 17 ta' Settembru, speċjalment jekk ikollu jħabbatha ma' Delia. Matul il-ġurnata tal- bieraħ, il-kunsillier tal- PN Charlot Cassar talab lill-Kummissjoni tal- Amministrattiv tal-PN biex jiltaqa' b'urġenza u jiddeċiedi dwar il-każ ta' Delia. Cassar talab li jittieħdu l-passi xierqa fil-konfront ta' Adrian Delia. Schiavone: 'Hemm persuna lesta biex iċċedi s-siġġu għal Delia...imma mhux jien' Apparti l-votazzjoni tas- Sibt, jista' jkun hemm elezzjoni bejn tlieta nhar il-Ħadd ukoll Hermann Schiavone Il-Kandidati għall-kariga ta' Kap tal-PN waqt dibattitu bejniethom iktar kmieni din il-ġimgħa 'Ismi mhu qiegħed taħt l-ebda dell ikrah' WAQT konferenza tal-aħbarijiet li indirizza l-kandidat għal kap tal-PN Adrian Delia, dan sostna li ismu ma jinsabx taħt xi dell ikrah. Fil-fatt, meta mistoqsi minn din il-gazzetta dwar jekk iħossx li l-pożizzjoni tiegħu għadhiex tenibbli fid-dawl tar-rapporti li nħarġu kontrih, u allura d-dell ikrah li ntefa' fuqu, Delia saħaq li dan mhux minnu. "Jien qatt m'għamilt xejn ħażin. Qatt ma gdibt lanqas meta ma kelliex ir- responsabbiltà politika, aħseb u ara issa," żied jgħid. Waqt il-konfereza stampa, Delia li kien qed jispjega ruħu fid-dawl tal-istejjer maħruġa dwaru minn Daphne Caruana Galizia, iddeskriva din it-tellieqa bħala "l-iżjed kampanja elettorali maħmuġa u vendikattiva li qatt esperjenzajt." Hu tkellem dwar il-bosta "rakkonti" li Caruana Galizia ppubblikat fil-ġranet li għaddew, fosthom dwar l-allegazzjoni li Delia bbenefika minn flus iġġenerati mill-prostituzzjoni. Dwar dan, Delia qal li l-binja f 'nofs din l-allegazjoni qatt ma kienet maħsuba għal dawk l-attivitajiet iżda kien biss ksur ta' klawżola mill-inkwilin li ddeċieda juża din il-binja għal attivitajiet illeċiti. Dwar l-apoġġ li rċieva mingħand Frank Portelli kandidat ieħor ghat- tmexxija tal PN, Delia sostna li hu qatt ma rrċieva apoġġ simili mill- amministrazzjoni Nazzjonalista u fl-istess waqt, iddeskriva dan l-apoġġ bħala 'deċiżjoni umana'. Delia qal li "l-għazla hija ċara għan-nies fit-toroq li jridu mod ġdid ta' politika, mhux il-ħakma tal-ftit fuq il-partit tagħna."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 August 2017