Illum previous editions

illum 26 August 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/866592

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 35

illum | Il-Ħadd 27 ta' Awwissu 2017 Opinjoni 16 L -aħbar li aġenzija oħra tal- klassifikazzjoni tal-kreditu bidlet l-analiżi tagħha dwar pajjiżna għall-aħjar hija konferma tas-serħan il-moħħ li jagħti Joseph Muscat li pajjiżna qed ikompli għaddej mit-tajjeb għall-aħjar. Fil-fatt, l-aġenzija DBRS bidlet il-ħarsa dwar pajjiżna minn waħda stabbli għal pożittiva filwaqt li żammet lil Malta fil-kategorija A. DBRS ma kinitx waħedha f 'din l-analiżi tant ilu Standard and Poor's u Fitch Ratings tejbet ir-rating tagħha fuq Malta bħala riżultat dirett tat-titjib sostanzjali li seħħ fil-finanzi pubbliċi. L-esperti tad-DBRS irrimarkaw li l-piż tad-dejn nazzjonali naqas taħt is-60% tal-ġid nazzjonali u huwa ferm inqas mir-rekord negattiv li kien inkiseb qabel il-bidla fl-amministrazzjoni lura fl-2013. Skont DBRS, "following a fiscal consolidation proċess since 2013, Malta's fiscal outturns came in better than expected in 2016." Ma naqsitx lanqas ir-referenza għall- ekonomija li qed tikber b'rata mgħaġġla u kif din mistennija żżomm ir-ritmu fiż-żmien li ġej. M'iniex se nidħol fuq l-aġir li wettaq ħaddieħor li seta' pperikola dan is-suċċess kollu li qed jinkiseb, għaliex fuq dan il-punt diġà ntqal ħafna. Li jinteressani bħala ċittadin ta' dan il-pajjiż u membru tal-Gvern huwa li dan il-pajjiż qed ikompli għaddej mit- tajjeb għall-aħjar. Dawn ir-riżultati la jiġu b'kumbinazzjoni u lanqas jaqgħu mis-sema. Jiġu frott ix-xogħol, is-sagrifiċċji u deċiżjonijiet f 'waqthom. Pajjiżna se jkompli jikber Jien m'iniex wieħed minn dawk li jgħid li l-Partit Nazzjonalista fil-Gvern m'għamel xejn tajjeb. Anzi. Jien nemmen li kull Prim Ministru – kien min kien – prova jagħmel l-aħjar li jaf biex dan il-pajjiż jimxi 'l quddiem. Fi żmien Eddie Fenech Adami nkisbu żewġ miri importanti: l-introduzzjoni tas-suq ħieles effettiv u s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea. Fi żmien Lawrence Gonzi rajna l-introduzzjoni tal-Euro mingħajr skossi u b'mod li wasslet biex pajjiżna jkompli jinfetaħ u jimxi 'l quddiem. Biss, huwa veru wkoll li fi żmien l-aħħar amministrazzjoni ta' Lawrence Gonzi għal diversi raġunijiet li ġew diskussi diversi drabi, rajna l-ekonomika tiġġammja, ix-xogħol jieqaf u l-opportunitajiet jonqsu flok jiżdiedu. Pajjiżna ma bediex jirrealizza l-veru potenzjal tiegħu. Mal-bidla tal-Gvern, Joseph Muscat irnexxilu jagħmel dawk il-bidliet li hemm bżonn biex dak li beda jweħħel ir- rota ekonomika milli ddur, jitneħħa u l-ekonomija bdiet tikber, tirranka u tiżdied. F'daqqa waħda, in-nies tan- negozju flok jgħidu li kollox imwaħħal u li l-affarijiet reqdin bdew jaħdmu, jaqalgħu l-flus, ikabbru u jimpjegaw in-nies. Fi ftit snin, minn sitwazzjoni ta' nuqqas ta' xogħol ġejna għal sitwazzjoni ta' nuqqas ta' nies li jagħmlu l-ammont enormi ta' xogħol li hawn. Fi kliem ieħor, Joseph Muscat irnexxielu jħoll dik il-katina li bdiet iżżomm lill-pajjiż milli jirrealizza l-potenzjal tiegħu. Defiċit infrastrutturali Hekk kif ġara dan it- tkabbir ekonomiku kollu, fis ħareġ fid-deher id-defiċit infrastrutturali li pajjiżna għandu. Għal darb'oħra, jien m'għandix dubju li kull Gvern prova jagħmel ħiltu biex ikollna l-aħjar infrastruttura skont ir-riżorsi tal-pajjiż. Biss, bħala stat ta' fatt, l-infrastruttura tagħna hija waħda li tlaħħaq meta l-affarijiet ikunu kajmani u mhux meta l-ekonomija tkun għaddejja bis-saħħa bħalma aħna lkoll irriduha tibqa' għaddejja. L-iktar eżempju ċar huwa t-toroq. Imma l-infrastruttura m'hijiex it-toroq biss imma iktar minn hekk. Huma r-riżorsi umani fid-diversi oqsma, huma l-enerġija, huma l-investiment fl-istituzzjonijiet u l-aqwa teknoloġiji. U hawn jidħol l-għaqal tal-Prim Ministru Joseph Muscat. Id f 'id mat- tkabbir ekonomiku, Joseph Muscat ra li jibni s-sodda għal investiment qawwi biex jimla' dan id-deficit infrastrutturali. Il-pjan tal- enerġija ra li pajjiżna jkollu biżżejjed enerġija għat-tkabbir li għad irid isir. Il-pjan finanzjarju ra li pajjiżna jibda jirreġistra surplus. Skemi bħaċ-ċittadinanza bl-investiment raw li jkun hemm biżżejjed kapital sabiex isir l-investiment meħtieġ mingħajr ma jkun hemm piżijiet ġodda fuq il-poplu. Għalhekk l-aqwa żmien ta' pajjiżna għadu ġej. Għalhekk jiena kburi li nifforma parti minn dan il- Gvern. Ħaddieħor Ħaddieħor, flok jipparteċipa f 'dawn l-isfidi, għaddej f 'żewġ eżerċizzji li ma jikkontribwixxu xejn fit- tmexxija 'l quddiem ta' dan il-pajjiż. L-ewwel eżerċizzju huwa tellieqa għat-tmexxija tal-Partit. S'intendi dan hu proċess demokratiku bżonnjuż u la huwa demokratiku u bżonnjuż huwa essenzjalment xi ħaġa tajba. Biss, tant qed naraw xwabel u tfigħ ta' tajn intern li litteralment jaqbdek il-bard taħseb x'kien jiġri lill-pajjiż kieku dawn l-istess nies li llum qed jgħajru lil xulxin bl-iktar mod iebes telgħu fit- tmun tal-pajjiż fit-3 ta' Ġunju li għadda. It-tieni eżerċizzju huwa l-ispeċjalizzazzjoni fl-attakki personali u esaġerazzjonijiet u żebliegħ. Il-kritika hi tajba u bżonnjuża imma hemm kritika u kritika. M'jien se nagħti pariri lil ħadd dwar suċċessi politiċi – li hu żgur hu li l-poplu xeba' mill-attakki indirizzati lejn il-persuna u t-two weights, two measures. Skema restawr fil- kommunitajiet Għat-tielet sena infila, nedejna skema sabiex Kunsilli Lokali jipproponu siti fir- raħal jew belt tagħhom biex id-Direttorat tar-Restawr iwettaq restawr a spejjez kollu tiegħu. Nemmen li din l-iskema twettaq fil-prattika l-prinċipju tas-sussidjarjetà għaliex id-deċiżjonijiet jittieħdu fil-livell l-iktar qrib tan-nies. Bis-saħħa ta' din l-iskema, diġà wettaqna restawr ta' siti li kienu ġew suġġeriti lilna u issa se nibdew ir-restawr fuq is-siti suġġeriti fit-tieni skema. Jalla ħafna Kunsilli Lokali jipparteċipaw biex inkomplu nagħmlu lil pajjiżna isbaħ u aħjar. OWEN BONNICI "Fi ftit snin, minn sitwazzjoni ta' nuqqas ta' xogħol ġejna għal sitwazzjoni ta' nuqqas ta' nies li jagħmlu l-ammont enormi ta' xogħol li hawn" "Dawn ir-riżultati la jiġu b'kumbinazzjoni u lanqas jaqgħu mis-sema. Jiġu frott ix-xogħol, is- sagrifiċċji u deċiżjonijiet f 'waqthom" Mit-tajjeb għall-aħjar

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 August 2017