Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/866592
Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 27 ta' Awwissu 2017 WARA l-aġġornamenti tal-klassifikazzjonijiet tal- kreditu minn Standard and Poor's kif ukoll minn Fitch, aġenzija oħra magħrufa għall-klassifikazzjoni ta' kreditu indipendenti, DBRS affermat il- klassifikazzjoni tal-kreditu ta' Malta ta' 'A' filwaqt li bidlet it-tendenza tal- klassifikazzjonijiet għall- pożittiv. Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna saħaq li wara li erba' snin ilu, il- Gvern wiegħed titjib fil- klassifikazzjoni tal-kreditu tal-pajjiż, "illum żammejna mal-wegħda tagħna biex pajjiżna jkun aktar attraenti għal investituri barranin." DBRS irrikonoxxiet li wara proċess ta' konsolidazzjoni fiskali mill-2013, l-eżiti fiskali ta' Malta daħlu aħjar milli kien mistenni fl-2016 meta deċenji ta' żbilanċi fiskali nbidlu għal bilanċi favorevoli. L-aġenzija tal- klassifikazzjoni tal-kreditu nnutat ukoll li fl-2016 il-proporzjon tad-dejn tal-Gvern, li kien diġà 12- il punt perċentwali inqas mill-quċċata tiegħu tal- 2011, waqa' taħt is-60% tal-GDP. DBRS tattribwixxi t-titjib fil-finanzi pubbliċi għal "dħul qawwi kif ukoll moderazzjoni fin-nefqa, u appoġġat minn qafas fiskali msaħħaħ." Ir-rapport jinnota wkoll li l-prestazzjoni fiskali żejda wasslet biex Malta tikkonforma mar-regola tal-bilanċ baġitarju, ir- regola tad-dejn u l-punt ta' referenza tan-nefqa tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir tal- UE fl-2016. L-aġenzija DBRS issostni b'mod pożittiv li t-titjib importanti fil-pożizzjoni fiskali matul l-aħħar tliet snin x'aktarx se jibqa' jiġi sostnut. Pożizzjoni baġitarja soda flimkien ma' tkabbir sod, huma mistennija li jwasslu għal aktar tnaqqis fil-proporzjon tad-dejn pubbliku." DBRS tirrikonoxxi l-isforzi tal-Gvern biex jindirizza sfidi strutturali u fiskali inklużi r-ristrutturar tal- Enemalta u tal-Air Malta, u miżuri li jindirizzaw l-evażjoni tat-taxxa u l-informalità. DBRS tinnota li għalkemm l-ispejjeż marbuta mal- età għadhom sfida b'mod partikolari fil-pensjonijiet, il-Gvern implimenta diversi riformi biex jgħin is-sostenibbiltà fit-tul tas-sistema inklużi miżuri li jiskoraġġixxu l-irtirar kmieni mix-xogħol u jtawlu l-perjodu kontributorju. Skont l-aġenzija tal- klassifikazzjoni tal-kreditu x-xejra pożittiva tirrifletti wkoll it-tkabbir qawwi reġistrat mill-ekonomija Maltija fl-aħħar snin kif ukoll il-pożizzjoni esterna solida tagħha. Dwar dan tal-aħħar, DBRS tinnota li għalkemm il-proporzjon tal- importazzjoni fl-investiment jibqa' għoli, dan naqas u l-bilanċ pożittiv tal-kont kurrenti hu appoġġat minn esportazzjonijiet konsiderevoli tas-servizzi. Konferma ta' klassifikazzjoni ta' kreditu 'A' għal Malta L-aġenzija ta' kreditu DBRS tbiddel it-tendenza għall-pożittiv Raġel arrestat wara qabda ta' droga ĦIDMA mill-iskwadra ta' Kontra d-Droga tul il-lejl tal-Ġimgħa li għadda f 'Għawdex, wasslet għall- arrest ta' raġel ta' 55 sena, residenti l-Imsida. Il-raġel instab fil-pussess ta' madwar 40 qartas b'sustanza suspettata kokaina filwaqt li prova jarmi l-istess sustanza. Flimkien ma' din is- sustanza nstabu wkoll miżien elettroniku u affarijiet oħra li jindikaw pussess aggravat u traffikar tal-imsemmija sustanzi. Huwa ġie arrestat sabiex jgħin lill-Pulizija fl- istħarriġ. Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa li ordna li ssir inkjesta u ħatar diversi esperti sabiex jassistuh. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin u l-persuna ser jitressaq il-Qorti llum, taħt arrest fil-Qorti tal- Maġistrati akkużat bil- pussess aggravat tad-droga.