Illum previous editions

illum 26 August 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/866592

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 35

Il-Ħadd 27 ta' Awwissu 2017 | illum Sports 31 minn Cristian Antony Muscat WARA li matul l-istaġun li għadda rebħu l-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni, in-neo- promossi ta' Lija Athletic se jkunu qed jaspiraw li jżommu posthom mal-elite tal-futbol Malti għall-ewwel darba fl-istorja tagħhom. Fil-fatt, f 'okkażjonijiet preċedenti meta Lija Athletic kienu promossi għall-ogħla diviżjoni, huma kienu rritornaw mal-ewwel fl- Ewwel Diviżjoni fl-istaġun preċedenti. Meta kien qed jindirizza konferenza stampa fi stabbiliment ewlieni f 'Birkirkara, il-president ferm ħabrieki ta' Lija Athletic, Paul Fenech, qal li wara li rebħu l-promozzjoni għall-Kampjonat BOV Premier għall-ewwel darba bħala champions, il-klabb se jkun qed jagħmel l-aħjar tiegħu biex ikompli jilgħab fil-Premier. Fenech kompla li huwa kien wiegħed lill-plejers kollha li jiffurmaw parti mill-iskwadra tas-sena li għaddiet li huma kienu se jinżammu kollha ġaladarba huma kienu urew ix- xewqa li jagħmlu dan. Madankollu, il-klabb xorta waħda kellu jagħmel ammont ta' akkwisti ġodda biex isaħħaħ l-iskwadra għal dan l-istaġun. Il-president ta' Lija Athletic afferma li biż-żieda fin-numru ta' timijiet fil-Kampjonat Premier, hemm iktar timijiet li għandhom ftit jew wisq ikunu tal-istess livell. Fenech qal li biex iżommu posthom fil-Premier, żgur li mhux se tkun xi ħaġa faċli, iżda huma se jkunu qed jagħmlu l-aħjar tagħhom biex jilħqu dan il-għan. Madankollu, huwa insista li għalkemm timijiet oħra ssaħħew ukoll, Lija Athletic xorta waħda jemmnu li jistgħu jilħqu dan it-tragward storiku. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, il-president ta' Lija Athletic, irringrazzja lill-isponsors tal-klabb fosthom lil Falzon Group, l-isponsor tekniku Eurosport, The Teambar, WP Ltd u Gardenia Home Centre. Tkellem ukoll il-kowċ Joseph Galea, li ġie kkonfermat wara li mexxa lit-tim għall-promozzjoni li qal li għalkemm il-fatt li t-tim immmexxi minnu jżomm postu fil-Premier huwa l-għan ewlieni tagħhom,din żgur li mhux se tkun xi ħaġa falċi għal tim żgħir bħal mhuwa Lija Athletic. Madankollu, huwa saħaq li jinsab kunfidenti li l-akkwisti l-ġodda li għamel it-tim tiegħu, speċjalment il-plejers barranin li diġà kellhom esperjenza ta' futbol f 'Malta, il-klabb għandu jkun ippreparat tajjeb biex jilħaq dan il-għan. Dan għalkemm kemm għalih kif ukoll għal ħafna membri tal-iskwadra, din se tkun esperjenza ġdida fil-karriera tagħhom. Matul dan is-sajf, l-Lija Athletic kienu ferm attivi fis-suq tat-trasferimenti, fejn akkwistw erba' plejers ġodda li huma: Ousmane Sidibe li fil-passat lagħab ma' Vittoroiosa Stars, Pembroke Athleta u Qormi, Djamel Leeflang - eks plejer ta' Valleta u Qormi, Marcelo Dias de Souza li matul l-istaġun li għadda lagħab ma' Senglea Athletic u Haris Memisevic. Huma ffirmaw ukoll lil Jonathan Martinelli mingħand Senglea Athletic, Nigel Spiteri u Luke Attard mingħand Attard, u Zach Bowman mingħand San Ġwann. Dan apparti li laqgħu lura lil Dylan Mintoff, wara li qatta' l-aħħar staġun b'self ma' Mdina Knights. 'L-għan ewlieni ta' Lija Athletic hu li nżommu postna l-Premier għall-ewwel darba' - Paul Fenech li matul jżommu posthom huma kienu urew ix- xewqa li jagħmlu dan. Madankollu, dan l-istaġun. Il-president ta' Lija Athletic afferma It-tim ta' Lija Athletic waqt il-preżentazzjoni u ċjali tal-plejers il-ġodda Debono u Bezzina b'rebħa komda fi l-Eurosport Birkirkara St. Joseph 5k Road Running Series ITTIELET u l-aħħar tellieqa tal- Eurosport Birkirkara St. Joseph 5k Road Running Series, li saru fuq il-By Pass tal-Imtarfa, seħħet nhar l-Erbgħa 16 ta' Awwissu f 'temp sħun w umdu. Madankollu dawn il-kundizzjonijiet ma waqfux lil-mija u ħamsa u għoxrin atleta milli jieħdu sehem. Is-Serje fil-fatt reġistrat żieda fil-popolarità tagħha. L-atleti Charlton Debono u Lisa Marie Bezzina affermaw il-pożizzjoni tagħhom bħala uħud mill-aqwa atleti ta' Malta, meta kisbu tliet rebħiet suċċessivi, u żammew it-titli li rebħu s-sena li għaddiet. Fiż-żewġ kategoriji, Debono u Bezzina kellhom rebħiet b'distakk komdu fuq atletli oħra. Fil-kategorija ta 'l-Irġiel, ingħaqdu fuq il-podju ma'Debono, l-atleti Stephen Azzopardi u Shaun Galea, dan tal-aħħar issielet ma' Matthew Cutajar għat-tielet post fil-klassifikazzjoni ġenerali. Cutajar deher fl-ewwel podju ta 'l-ewwel tellieqa, iżda kien Galea li wera titjib fil-ħinjiet tiegħu sabiex jieħu post Cutajar. Celine Pace, wiċċ ġdid għas-Serje, iżda li għandha esperjenza fl-atletika fit- trakka, dehret regolarment fuq il-podju. Pace kisbet it-tieni post globali filwaqt li Francesca Arrigo kisbet it-tielet post. Arrigo, li għanda esperjenza sostanzjali f 'dawn it-tip ta'tlielaq kellha kompetizzjoni kemm xejn iebsa minnatleti bħal Gianella Bugeja, Hannah Pace u Joelle Cortis. It-trofej għas-serje ġenerali ġew ippreżentati lill-ewwel tliet atleti rġiel u nisa kif ukoll ir-rebbieħa tal-gruppi tal-eta. Euchar Camilleri, Segretarju Ġenerali tal-Birkirkara St. Joseph Sports Club innota li "Għalkemm is-sajf huwa ġeneralment meqjus barra mill-istaġun għal ħafna atleti, il-popolarità tal-Eurosport Birkirkara St. Joseph 5k Road Running Series ċertament mhijiex qed tonqos u rajna żieda fil-parteċipazzjoni. Il- Klabb din is-sena introduċa ċ-ċipps elettroniċi sabiex jigu registrati il-ħinijiet. Dan niżel tajjeb ħafna mill-atleti u wkoll ippermetta lill-ispettaturi biex jaraw ir-riżultati f 'ħin reali ". L-impenji atletiċi tal-Klabb se jkomplu fl-24, il-25 u s-26 ta 'Novembru meta sseħħ s-seba u għoxrin edizzjoni tal- Eurosport Malta International Challenge Marathon u jitkomplew nhar it-13 ta 'Diċembru bil- Eurosport Fleur-de-Lys 10k u 5k Road Races. Aktar informazzjoni dwar l-attivitajiet tal-Klabb jinstabu fuq www.bkarastjoseph.com Charlton Debono u Lisa Marie Bezzina -ewwel post

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 August 2017