Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/866592
FTIT iktar minn 7,000 metru kwadru ta' art ħdejn l-ajruport qegħdin taħt mannara hekk kif saret proposta biex il- Mc Donald's li hemm fl-Ajruport ikun rilokat fiha. Din l-art tinsab fuq in-naħa l-oħra tal-ajruport faċċata l-binja ta' Skyparks. Din l-art suppost ma jsirx żvilupp fuqha hekk kif tinsab barra ż-żona tal- iżvilupp. L-art in kwistjoni hija proprjetà tal-kumpanija Premiere Capital, kumpanija li toħroġ il-liċenzji għal McDonald's u li tagħha hija Direttur Ann Fenech, il-President tal-Kunsill Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista. Fenech hija wkoll ir-rappreżentanta legali tal-istess kumpanija. Minkejja l-pożizzjoni tagħha f 'din il-kumpanija li se tkun qed tibni fuq din l-art barra l-iżvilupp, mil-lat politiku Fenech kienet waħda mill- iktar persuni voċiferi u preżenti fi protesti kontra żvilupp fuq art ODZ. Dan l-iżvilupp partikolari li se jkun daqs piċċ tal-futbol, skont l-applikazzjoni, se jfisser il-kostruzzjoni ta' ristorant tal-McDonald's, bis-servizz ta' drive-in, post ta' parkeġġ u żona bis-siġar. Skont rapport li deher fuq il-gazzetta Maltatoday, il- Master Plan tal-Awtorità tal- Ippjanar għaż-żona, tinkludi 50 parkeġġ, żona ta' ristorant li tieħu 473 metru kwadru u trejqiet minn fejn jgħaddu l-karozzi għad-drive in. L-art partikolari hija waħda kollha ħamrija u tinkludi żewġ siġriet tal-oljandru u żewġ siġar tal-bajtar tax- xewk. L-art hija kollha proprjetà tal-kumpanija partikolari. illum | Il-Ħadd 27 ta' Awwissu 2017 Aħbarijiet Ann Fenech direttur ta' kumpanija li se tibni fuq 7,000 m2 ta' art ODZ