Illum previous editions

illum 26 August 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/866592

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 35

Aħbarijiet 6 illum | Il-Ħadd 27 ta' Awwissu 2017 Il-kalkoli ta' Muscat f 'nofs il-battalja Tkompli minn paġna 5 Chris Said: Mhux kariżmatiku biżżejjed, imma... Said huwa thedida 'moderata' għal Joseph Muscat jew għas-suċċess tal- Partit Laburista fl-elezzjoni ġenerali li jmiss. L-aktar fattur li jista' jiffavorixxi lill-PL, jekk ikun elett Said Kap tal-PN, huwa li dan igawdi minn popolarità relattiva iktar milli minn waħda wiesgħa ħafna. Minkejja li għandu intenzjonijiet tajbin għall- PN u minkejja li huwa popolari f 'Għawdex, xorta għadu mhux 'household name' fil-politika. Jista' jsir, imma għadu mhux. Said huwa relattivament tajjeb, imma lil hinn mill-partit għadu mhux qed jinħass li huwa dik il- kalamita li forsi għandu bżonn il-PN biex iressaq lejh il-masses ta' nies li għandu bżonn biex jirbaħ. Jinħass, anke jekk mhux neċessarjament huwa minnu, li huwa inqas soċjalment kunfidenti milli huwa Adrian Delia, pereżempju. Għandu preżenza soċjali inqas notevoli. Minkejja li Kap ta' partit jeħtieġ ħafna iktar minn immaġini u kariżma biex imexxi, fi żmien fejn dak li huwa materjalistiku, id-dehra u r-Relazzjonijiet Pubbliċi donnhom saru importanti daqs il-kontentut, huwa importanti li firxa wiesgħa ta' nies iħossuhom kompletament komdi mal-politiku. Said għad irid jegħleb din l-isfida. Iktar minn hekk imma, għall-PL Said huwa avvesarju magħruf. Kif kien irrapurtat jgħid hu stess "tafuni. M'iniex kaxxa magħluqa." Dan il-fattur jista' jkun pożittiv għall- Kunsillieri Nazzjonalisti li jridu jmorru għal dik il- persuna li dwarha jafu ħafna. Imma huwa pożittiv għal Muscat u l-PL ukoll. Il-PL jaf min hu Said, jaf x'isarraf, is-saħħa u d-dgħjufija tiegħu. Dan jagħmlu avversarju aktar faċli u iktar prevedibbli. Il-passat li l-PL jittama li 'jsawtu' bih Dan kollu apparti l-fatt li Said, xi ftit jew wisq, jibqa' marbut mal- passat politiku riċenti tiegħu kemm bħala Ministru tal-Ġustizzja taħt l-eks PM Gonzi, kif ukoll bħala Segretarju Ġenerali u kelliem għal Għawdex taħt it-tmexxija ta' Simon Busuttil. Hawn ukoll, il-fatt li Said qed ifakkar fil-kisbiet tal-Gvern tal-PN 2008-2013 huwa pożittiv għal settur ta' Nazzjonalisti li jħossu illi bit-tmexxija ta' Busuttil dawn il- kisbiet kienu injorati, li kien hemm wisq attentat ta' break from the past. Għall-PL u Muscat ukoll iżda dan huwa fattur mill-aktar pożittiv għalihom. It-tattika ta' ħtija b'assoċjazzjoni hija waħda li ntużat diversi drabi u l-PL jużaha żgur jekk Said ikun elett, biex iressaq il-fallimenti jew il-fallimenti perċeputi lejn Said. B'hekk l-iżbalji, skandli jew anke żelqiet Nazzjonalisti tal-passat jitwaħħdu ma' Said 'għax dan kien hemm.' Nagħti eżempju. Jekk jirriżulta, meta tkun ippubblikata l-inkjesta Maġsterjali, li l-allegazzjoni fil-konfront ta' Michelle Muscat u Joseph Muscat li Egrant hija tagħhom u li mill-kont kienu għaddew $1 miljun mill- Azerbaijan hija assolutament falza u mhix mibnija fuq ebda verità, b'eżitu ċar u inekwivoku, l-ewwel li se jagħmel il-PL huwa li jfittex x'qal Said dwar dan is-suġġett u li joħloq rabta bejn Said u l-allegazzjoni, biex b'hekk jagħmilha tiegħu. Jiġifieri l-assoċjazzjoni mal-passat, speċjalment dak riċenti, jista' jibni jew ikisser lil Said. Għal Muscat u l-PL, il-fatt li Chris Said għandu familja kbira b'ħafna aħwa, magħrufin sew fin-Nadur u madwar Għawdex kollu huwa fattur ieħor li jiffavorixxih. Minkejja l-kunċett li ma jkunux attakkati l-familji, il-Partit Laburista permezz tal-media tiegħu stess ħafna drabi fetaħ il-kanuni fuq l-aħwa tal- 'Ganga' bil-għan li għal darb'oħra joħloq ħtija b'assoċjazzjoni. 'Jaqsmu bħall-aħwa' kien jgħid it-titlu tal- gazzetta Kulħadd fi storja f 'Ġunju 2016 li ffukat fuq għoti ta' kuntratti min ħu Said, Charles Said. 'Tal- linja tistenna lil tal-Ganga' jgħid blogg partikolari li kien tella' Glenn Bedingfield f 'Ġunju 2016, bl- istess Bedingfield jiddeskrivi l-PN immexxi minn Said bħala 'Ganga- style PN'. Dan juri illi l-PL ikun qed jittama li jekk ma jiżloqx hu, jiżloq xi ħadd mill-familja biex għal darb'oħra jitfgħu l-ħtija permezz tal- assoċjazzjoni. Il-PL se jkollu diffikultà jippunta subgħajh lejn Said... Min-naħa l-oħra iżda Said ikun Kap li ftit tista' teħel malajr miegħu t-tiketta ta' 'korrott' jew politiku 'maħmuġ'. Din Said għarafha u għax għarafha lagħab karta kruċjali u kixef dak kollu li għandu; assi, depożiti, djun u proprjetà. Dan poġġa lil Said xi ftit jew wisq fuq dak li ngħidulu l-high moral ground, bħal pedestall morali. Il-PL u Muscat jafu li sakemm dan l-immaġini jibqa' intatt se jkun diffiċli li jippuntaw subgħajhom lejn Said jekk jiżbaljaw huma. Dan il-fattur jippermetti lil Said biex isostni l-battalja tal-PN kontra l-korruzzjoni, b'aktar kredibilità minn xi kandidati oħrajn għax huwa inqas suxxettibbli għad-dubju (huwa hawn fejn il-PL se jkun qed jiftaħ kull attakk possibbli bl-użu tal-ħtija b'assoċjazzjoni, jekk ikun elett Said). Biex tgħaxxaq għal-Labour, lura fl-2010 Said kien irreżenja minn Segretarju Parlamentari wara li l-Qorti tal-Appell kienet iddeċidiet li dan għandu jiffaċċja proċeduri legali bbażat fuq l-akkuża ta' perġurju. Said kien sostna li hu se jirreżenja sakemm inaddaf ismu mill-akkuża, ċaqliqa politika li ġabet ħafna ammirazzjoni u li l-PL ftit jew xejn ifakkarha. Said, fil-fatt ħareġ bl- unuri għax kien meħlus mill-akkużi ta' perġurju f 'Ottubru tal-2010 u kien maħtur mill-ġdid fil-kabinett Nazzjonalista. Dan ifisser li Said se jkollu l-libertà li jfakkar f 'dan l-episodju kemm-il darba jħoss li politiku Laburista għandu jirreżenja għax jaf li ħadd mhu se jdur fuqu u jgħidlu li mhux kapaċi jġorr ir-responsabbilità, ladarba din diġà għamilha. Said huwa wkoll persuna determinata ħafna. Forsi l-kariżma li għandu inqas minn Kandidati oħrajn u minn Muscat tagħmel tajjeb għaliha d-determinazzjoni. Said jista' jiftaħar, kif qed jagħmel fil-fatt li fl-unika test elettorali li kellu l-PN meta kien hu Segretarju Ġenerali, jiġifieri dik tal-Kunsilli Lokali fl-2015, il-PN beda jirkupra xi ftit mit-telf qawwi li kien sofra. Anke jekk fil-fatt dan is-'suċċess' u kemm minnu kien relatat ma' xi fiduċja ġdida fil-PN huwa dibattibbli, jibqa' fatt li Said huwa magħruf illi għandu kapaċitajiet organizzattivi li jistgħu jagħtu nifs qawwi u bżonjuż lill-istrutturi tal- PN. Dan naturalment mhux aħbar tajba għall-PL u Muscat. Delia: Qrubija man-negozji li se tgħollih jew se tkissru Adrian Delia għandu ħafna kuntatti ma' ħafna nies fin-negozju. Issa li jkollok kuntatti ma' nies fin-negozju minnha nnifisha hija xi ħaġa pożittiva, għax tagħtik Il-PL kien diġà uża t-tattika ta' ħtija b'assoċjazzjoni fil-każ ta' Said

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 August 2017