Illum previous editions

illum 26 August 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/866592

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 35

7 Il-Ħadd 27 ta' Awwissu 2017 | illum Aħbarijiet il-battalja Nazzjonalista għat-tron għarfien aħjar tal-mestier partikolari. Imma meta dawn ir-rabtiet ikunu, jew perċeputi li huma, fondi ħafna u mifruxin iżżejjed, awtomatikament se jkunu aktar emmnuti stejjer jew allegazzjonijiet ta' kollużjoni, kunflitti ta' interess jew saħasitra korruzzjoni. Dak li ġara din il-ġimgħa kien eżempju klassiku li jipprova dan. Lil hinn mill- merti tal-allegazzjoni illi Delia gideb meta qal li m'għandux kont bankarju barra mill-pajjiż u li għaddew flus fil-kont marbutin mal-prostituzzjoni, il-fatt li Delia għandu rabtiet tant fondi ma' numru kbir ħafna ta' nies fin-negozju jpoġġih fi żvantaġġ ikrah. Għax ipoġġih fiċ-ċentru ta' moviment qawwi ta' flus u allura f 'pożizzjoni ħafna iktar vulnerabbli għall-akkużi u iktar suxxettibbli għall- korruzzjoni. Anke jekk allegazzjoni ma tkunx minnha jew ma tistax tkun ippruvata hemm ċans ikbar li titwemmen, kif fil-fatt twemmnu iktar faċilment l-allegazzjonijiet kontra Keith Schembri minħabba rabtiet qawwija li dan għandu fin-negozju. Ħafna drabi fil-politika, mhux neċessarjament 'dak li hu' imma dak li 'n-nies jemmnu li hu.' Mela fuq dan il-punt, il-PL u Joseph Muscat diġà għandhom għodda effettiva kontra Delia. Il-perċezzjoni. U jekk tinbet perċezzjoni ta' qrubija żejda jew kunflitt ta' interess jew anke ta' korruzzjoni l-PL għandu minn fejn jiekol minn dawk l-eluf li fl-aħħar elezzjoni vvutaw PN biss jew primarjament minħabba l-kwistjoni Panama. Muscat ikun innewtralizza l-każ Panama darba għal dejjem! Naturalment imma, bħal xafra li taqta' minn żewġ naħat, ir-rabtiet li għandu Delia mal-kostruzzjoni, ma' diversi negozji u ma' diversi fis-suq tal-proprjetà tista' tkun l-akbar uġigħ ta' ras għal Muscat u l-Partit Laburista. Delia jista' jerġa' jagħti l-ħajja lil dawk ir-rabtiet qawwijin li għal snin kellu l-PN ma' diversi setturi tan-negozju li jidher illi telquh bil-kbir fl-2013 u komplew jitilquh fl-2017, biex tawh telfa enormi oħra. Muscat u l-Labour jistgħu jsibu f 'Delia l-'kappell jiġihom' fil-forma ta' xi ħadd li se jerġa' jattira lejh faxxa kbira ta' nies li għalihom l-affluwenza mhux sinonima mal-ħażen jew korruzzjoni. Dan mal-fatt li Delia huwa l-aktar street wise, jew l-aktar mill- kontestanti kollha li għandu għarfien u esperjenza ta' kif topera l-ħajja urbana u soċjali ta' ħafna Maltin. Delia għandu preżenza soċjali qawwija u minkejja li fil-ħajja privata tiegħu, speċjalment fid- dawl tad-dħul tiegħu u ta' martu, wieħed jista' jqis li huwa parti mill-Upper Middle Class (assoċjata mal-isnobbiżmu soċjali) dan ċertament ma jidhirx fil- komportament aktar rilassat tiegħu, fil- każini, fil-festi u ma' gruppi ta' nies, kif insejħulhom aħjar 'tar-raħal'. Din it-tip ta' attitudni tinżel għasel, ma' firxa kbira ħafna ta' nies ħafna minnhom Laburisti jew nies li bħalissa qed jivvutaw lill-PL. Din tista' fil-fatt tkun l-akbar uġigħ ta' ras u fil-fatt l-akbar biża' tal-Partit Laburista. Lil hinn min-novità... Kuntrarjament għal Said, Delia huwa kaxxa magħluqa. Novità u wiċċ ġdid. Din hija xafra oħra li taqta' miż-żewġ naħat. Jidher ċar illi n-novità ta' Delia qed toħloq interess fost it-tesserati, forsi l-uniku interess qawwi li qed jitqajjem f 'din il-kampanja s'issa. Il-ġdid fl-Oppożizzjoni dejjem kien ivvutat fil-Gvern ħlief fil-każ ta' Simon Busuttil. Eddie Fenech Adami, ġab maġġoranza ta' voti fl-ewwel elezzjoni bħala kap fl-1981, Alfred Sant rebaħ l-ewwel elezzjoni bħala Kap fl-1996 u Joseph Muscat rebaħ l-ewwel elezzjoni bħala Mexxej fl-2013. Lawrence Gonzi, anke jekk ma kienx 'ġdid' fl-ewwel elezzjoni ma' xi ħadd li kien ilu fil- politika u fl-ewwel elezzjoni bħala Kap rebaħ. Fl-istess pożizzjoni, imma ma' xi ħadd li qatt ma kien ippruvat (EFA) Karmenu Mifsud Bonnici tilef. Dan ifisser li l-aptit għal xi ħadd ġdid u għan-novità dejjem kien hemm interess fil-politika. Delia huwa dik in-novità. Imma b'rebħa waħda miżera fl-aħħar 14-il sena u b'erba' telfiet kolossali kollha ta' aktar minn 33,000 distakk il-PN se jkollu bżonn ħafna iktar minn novità. Fil-fatt il-PL u Muscat jistgħu jħossu illi meta n-novità tintilef wara biss ftit ġimgħat, Delia mhu se jkollu xejn spettakolari wisq jew differenti wisq x'joffri. Se jkun, a different shade of red. Il-PL qed jistrieħ fuq il-fatt li Delia, kuntrarjament għal Muscat, mhux ippruvat fil-partit, ma telax l-iskaluni tal-Partit u għadu ma ħabbatx wiċċu mal-interessi xi kultant parrokkjali li jinbtu u jinfirxu f 'kull partit. B'hekk, fin-nuqqas ta' sens ta' awtorità Delia se jkun qed jaħli ħafna mill- ħin tiegħu jikkonvinċi lil dawk li akkost ta' kollox ma jriduhx u jitlef mill-ħin li għandu bżonn biex jikseb riżultat rispettabbli fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew fl-2019. Wieħed jifhem li l-kurrenti kontrih jikkalmaw wara l-elezzjoni. Imma jekk le, problemi kbar se jkollu Delia. U din hija bħal mużika ħelwa f 'widnejn Joseph Muscat. Jidher li Delia se jkollu problemi kbar ħafna, anke biex isib postu fil-Parlament u b'Kunsill Eżekuttiv tal-PN kontrih, din l-isfida se tiggrava. Minkejja kollox Delia xorta jibqa' thedida relattivament serja għal Muscat u l-PL u ċ-ċansijiet tagħhom li jirbħu l-elezzjoni ġenerali li jmiss, prinċipalment minħabba li jaf jerġa' jippopolarizza lill-PN b'mod li jerġa' jkollu ċans jirbaħ elezzjoni. Minkejja dan iżda hem diversi fatturi li jistgħu jaħdmu kontrih u jilagħbu f 'idejn Muscat, mhux l-inqas l-antipatija li jidher li hemm għalih minn dawk li sa ftit ilu kienu qed imexxu l-Partit Nazzjonalista u r-rabtiet li għandu man-negozju li jistgħu idaħħluh ġo ħajt. għarfien aħjar tal-mestier partikolari. Imma meta dawn ir-rabtiet ikunu, Laburista. ras għal Muscat u l-Partit ħin tiegħu jikkonvinċi lil dawk li akkost Tkompli f 'paġna 8 Din Il-ġimgħa nfetħet gwerra bejn DCG u AD, b'akkużi gravi...

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 August 2017