Illum previous editions

illum 8 October 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/884697

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 35

Nr 573 • 08 ta' Ottubru 2017 www.illum.com.mt €1.00 NEWSPAPER POST Il-Baġit: Il-Unions x'qed jipproponu? Ara paġni 4-5 Iridu jattakkawna biex jagħtu eżempju bina • MEPs b'emendi li jippuntaw subgħajhom lejn setturi kruċjali f 'Malta • Scicluna jgħid li għad fadal għarbiel sħiħ għar-rapport fi nali minn Jesmar Baldacchino QED issir pressjoni kbira minn MEPs barranin biex, permezz ta' emendi li resqu, Malta tissemma' b'qawwa u b'ferm aktar dettalji fl-abbozz tar-rapport tal-Kumitat PANA tal-Parlament Ewropew. F'dawn l-emendi, li l-ILLUM għandha f 'idejha, l-MEPs iridu li r-rapport jinkludi deskrizzjonijiet u l-ismijiet tal-persuni u l-istituzzjonijiet Maltin li fuqhom saru bosta allegazzjonijiet u li ħolqu diskussjonijiet kbar qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali. Malta flimkien ma' pajjiżi oħra bħar-Renju Unit, il-Lussemburgu u Ċipru jissemmew fl-abbozz fil-kuntest taż-żjarat li saru dan il-Kumitat u l-informazzjoni li riedu jiksbu wara l-istorja tal- Panama Papers. Grupp ta' MEPs, li ġejjin minn gruppi politiċi differenti mhux qed iressqu emendi għad-dettalji fuq pajjiżi oħra bl-istess forza li qed jagħmlu dwar Malta. L-emendi jagħmlu aċċenn partikolari għas-settur tal-'online gambling' f 'Malta li jiġi deskritt bħala 'high-risk' Tkompli f 'paġna 6 Kull ħames sigħat xi ħadd jiskopri li għandu l-kanċer Ara paġna 11

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 8 October 2017