Illum previous editions

illum 8 October 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/884697

Contents of this Issue

Navigation

Page 34 of 35

Il-Ħadd 08 ta' Ottubru 2017 | illum Sports 35 fidda fil-logħob olimpiku tal-passat. Nemmen illi wasal iż-żmien illi nagħtu ċans lil xi żgħażagħ oħra jagħmlu l-marka tagħhom fit-tim nazzjonali tas-Serbja u għalhekk wasalt għal din id-deċiżjoni wara 15 –il sena nilgħab magħhom. X'kienet ir-raġuni illi ġejt tilgħab f 'Malta? Fis-sajf kont nitrenja mat-tim nazzjonali u għalhekk qatt ma kelli ċ-ċans nilgħab barra minn pajjiżi. Smajt affarijiet sbieħ fuq Malta u fuq il-kampjonat tas-sajf minn plejers oħra Serbi illi ġieli lagħbu hawnhekk. Wieħed minnhom Vladimir Vujasinovic li kellimni fid-dettall dwar l-ambjent Malti u dwar kemm il-waterpolo huwa għal qalb il- pubbliku Malti. U kien għalhekk illi ħadtha bħala sfida dik li nilgħab barra minn pajjiżi u fl-aħħar sajf lgħabt ma' Exiles. Bniedem illi fl-aħħar mill-aħħar tani kuraġġ biex nilgħab hawn huwa Karl Izzo illi għeni ħafna biex niġi nilgħab Malta. Izzo ikkuntattja lil Andrew Paris illi min-naħa tiegħu wera x-xewqa li nilgħab ma' Exiles. F'jumejn għamilna l-ftehim kollu, iffirmajna l-karti u s'issa nista' nqis din l-esperjenza bħala ferm pożittiva. Temmen illi jeżisti xi ftit tad-distakk bejn it-tim li lgħabt miegħu int u timijiet oħra bħal San Ġiljan, Neptunes u Sliema? Nemmen illi hemm distakk bla dubju imma ma tistax tagħmel kollox f 'sajf wieħed. Tim irid jinbena ftit ftit u Exiles xorta naħseb illi mixjin fit-triq it-tajba. Kellna riżultati tajbin fejn irbaħna lil Sliema u lil Valletta u l-wirjiet li tajna kontra avversarji ferm iktar b'saħħithom minna tawna wkoll ħafna kuraġġ. Għandna grupp ta' żgħażagħ ferm tajbin li għandhom entużjażmu sabiex dejjem itejbu l-ħiliet tagħhom. Exiles għandhom proġett x'jagħmlu għat-tliet snin li ġejjin u jekk dan kollu jirnexxi nistgħu nħabbtu iktar lit-timijiet tan-naħa ta' fuq tal- klassifika. X'inhi r-relazzjoni tiegħek mal-kowċ Dorian Pisani u l-president Andrew Paris? Hija relazzjoni tajba immens. Mal- ewwel ħassejtni li ngħatajt merħba fil- klabb ta' Exiles. Andrew Paris huwa president illi jaħdem ħafna sabiex jara l-frott minn dan it-tim filwaqt illi Dorian Pisani spiss ibiddel u jadatta t-tattiċi tiegħu skont l-avversarju illi niltaqgħu kontrih. Kemm huwa importanti li plejers Maltin jilagħbu barra mill-pajjiż? Huwa importanti ħafna li żgħażagħ Maltin jaraw il-mod professjonali kif jitrenjaw klabbs barranin. Din l-esperjenza tista' tgħinhom biex iżidu aktar il-ħiliet tagħhom filwaqt li jkomplu juru progress. Huwa fundamentali li jkollhom staġun sħiħ minn Settembru sa Mejju fejn ikun hemm sessjonijiet ta' taħriġ regolari u ċ-ċans illi jagħmluha ma' plejers professjonali. Kien hemm plejers Ungeriżi li marru jilagħbu fis-Serbja u wieħed seta' jara d-differenza minn meta bdew sa meta spiċċaw il-kampjonat. X'inhuma s-sagrifiċċji li plejer tal- waterpolo normalment jagħmel biex ikun veru professjonali? Hemm diversi sagrifiċċji li plejer tal- waterpolo irid jagħmel sabiex iżomm il-livell mixtieq. Irid jipprattika kontinwament fil-baħar u anke fil-gym. Meta kelli ħmistax–il sena kont nipprattika tmien sigħat kuljum sabiex inkun nista' nintgħażel għat- tim tal-kbar. L-għażla kienet limitata u plejers kien hemm madwar ħamsin. F'dan iż-żmien kelli għażla jew inkompli l-waterpolo fuq livell professjonali jew inkella mmur nistudja barra s-Serbja. L-ekonomija f 'pajjiżna ma kinitx mit-tajbin u għalhekk l-għażla kienet waħda diffiċli ferm. Għalhekk trid tagħmel ħafna sagrifiċċji biex tasal fejn tixtieq int. Allura l-qligħ tiegħek ġej mill- waterpolo? Iva, ili ħmistax–il sena bħala plejer professjonali u kull sena dejjem inġedded dan il-kuntratt. Fil-karriera tiegħi lgħabt ma' diversi klabbs fl- Italja, il-Greċja, it-Turkija, l-Ungerija u naturalment Malta. Għaliex plejers bħalkom m'intomx popolari daqs il-plejers tal-futbol? Ma nistgħux nikkomparaw il-futbol ma' sports ieħor. Madankollu hemm pajjiżi fejn il-kultura tal-waterpolo hija qawwija b'mod partikolari meta t-tim nazzjonali jkun sejjer tajjeb. Darba minnhom kellna madwar 20,000 spettatur jarawna nilagħbu u dak kien ta' sodisfazzjon kbir għalina. Saħansitra fuq it-televixin kien hemm madwar żewġ miljuni u nofs jarawna fil-finali li saret f 'Rio is-sena l-oħra. Nixtieq tgħaddi l-aħħar messaġġ lil dawn iż-żgħażagħ illi jixtiequ jipprattikaw dan l-isport. L-ewwel nett importanti illi ż-żgħażagħ jipprattikaw xi tip ta' sport mhux bilfors waterpolo għax tajjeb għas-saħħa. U jekk int trid sfida ġdida għalhekk il-waterpolo huwa l-isport għalik. Dan l-isport jgħinek ħafna fid- dixxiplina miegħek innifsek u anke fir-relazzjoni mal-membri tat-tim. x'joffri l-waterpolo mondjali Twieled l-25 ta' Jannar 1983 l-belt ta' Zrenjanin s-Serbja. Rebaħ kulma għandu x'jori l-waterpolo mondjali. Huwa plejer komplut b'suċċessi kbar u kwalitajiet partikolari. Kien jagħmel parti mit-tim nazzjonali ta' pajjiżu għal aktar minn 15-il sena fejn rebaħ diversi unuri kemm kollettivi kif ukoll professjonali. Fl-aħħar sajf lagħab f 'pajjiżna ma' Exiles SC. Slobodan Nikic

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 8 October 2017