Illum previous editions

illum 8 October 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/884697

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 35

Il-Ħadd 08 ta' Ottubru 2017 | illum Sports 27 SPORTSillum L-Iżvezja tumilja lil-Lussemburgu u l-Belġju ddawwar telfa f 'rebħa minn Cristian Antony Muscat FI Grupp A, L-Iżvezja ġewwa darha umiljat lil-Lussemburgu meta għelbitha bl-iskor tennistiku ta' 8-0, bil- gowls għall-Iżvediżi jaslu minn żewġ penalties ta' Andreas Granqvist, Mikael Lustig, Ola Toivonen u minn poker personali ta' Marcus Berg. F'partita oħra minn Grupp B, il-Gżejjer Faroe u l-Latvja, temmew il- konfront ta' bejniethom fi draw ta' mingħajr gowls. F'logħba oħra minn Grupp H, il-Belġju dawwret telfa f 'rebħa ta' 4-3 kontra l-Bożnija-Herzegovina. Il- gowls għall-Bożnijaċi jaslu minn Haris Medunajnin u Edin Visca. Min-naħa l-oħra, kien Thomas Meunier li fetaħ l-iskor għall-Belġju wara biss erba' minuti logħob, biex Michy Batshuayi ġab l-iskor indaqs fid-59 minuta qabel ma Jan Verthongen tefa' lill-Belġjani fil-vantaġġ fit-68 minuta. Dario Dumic ġab l-iskor indaqs għall- Bożnijaċi fit-82 minuta iżda minuta biss waraYannick Ferreira-Carrasco skorja l-gowl tar-rebħa għall- Belġjani. F'konfront ieħor mill- istess Grupp, l-Estonja barra minn darha għelbet lill-Ġibiltà bl-iskor kbir ta' 6-0, bil-gowls għall- Estonjani jaslu minn Sim Luts, Mattias Kaeit, Sergei Zenyov u minn hat-trick personali ta' Joonas Tamm. RIŻULTATI Kwalifikazzjoni Tazza tad-Dinja 2018 Is-Sibt 7 ta' Ottubru Grupp A Żvezja vs Lussemburgu 8-0 Grupp B Gżejjer Faroe vs Latvja 0-0 Grupp H Bosnia-Herzegovina vs Belġju 3-4 Ġibiltà vs Estonja 0-6 Marcus Berg jifraħ wara li skorja erba' gowls għall-Iżvezja Thomas Meunier jiskorja l-ewwel gowl minn erbgħa għall-Belġju

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 8 October 2017