Nr 573 • 08 ta' Ottubru 2017
www.illum.com.mt
€1.00
NEWSPAPER
POST
Il-Baġit: Il-Unions
x'qed jipproponu?
Ara paġni 4-5
Iridu jattakkawna biex
jagħtu eżempju bina
• MEPs b'emendi li jippuntaw
subgħajhom lejn setturi kruċjali
f 'Malta
• Scicluna jgħid li għad fadal
għarbiel sħiħ għar-rapport fi nali
minn Jesmar Baldacchino
QED issir pressjoni kbira minn
MEPs barranin biex, permezz ta'
emendi li resqu, Malta tissemma'
b'qawwa u b'ferm aktar dettalji
fl-abbozz tar-rapport tal-Kumitat
PANA tal-Parlament Ewropew.
F'dawn l-emendi, li l-ILLUM
għandha f 'idejha, l-MEPs
iridu li r-rapport jinkludi
deskrizzjonijiet u l-ismijiet
tal-persuni u l-istituzzjonijiet
Maltin li fuqhom saru bosta
allegazzjonijiet u li ħolqu
diskussjonijiet kbar qabel l-aħħar
elezzjoni ġenerali.
Malta flimkien ma' pajjiżi oħra
bħar-Renju Unit, il-Lussemburgu
u Ċipru jissemmew fl-abbozz
fil-kuntest taż-żjarat li saru dan
il-Kumitat u l-informazzjoni li
riedu jiksbu wara l-istorja tal-
Panama Papers. Grupp ta' MEPs,
li ġejjin minn gruppi politiċi
differenti mhux qed iressqu
emendi għad-dettalji fuq pajjiżi
oħra bl-istess forza li qed jagħmlu
dwar Malta. L-emendi jagħmlu
aċċenn partikolari għas-settur
tal-'online gambling' f 'Malta li
jiġi deskritt bħala 'high-risk'
Tkompli f 'paġna 6
Kull ħames sigħat xi ħadd jiskopri li għandu l-kanċer
Ara paġna 11