Illum previous editions

illum 8 October 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/884697

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 35

Aħbarijiet 12 illum | Il-Ħadd 08 ta' Ottubru 2017 Vodafone se joffru veloċità ta' 1Gb kull sekonda fi ftit ta' snin oħra GO se tinvesti aktar minn €100 miljun biex tiżgura li l-infrastruttura tirrifletti l-iżviluppi teknologiċi li qed iseħħu u tkun f 'pożizzjoni li tkompli taqdi d-dmirijiet lejn il- komunità u l-ekonomija tal-pajjiż. Fil-preżent, GO qed ittejjeb iż-żewġ 'cables' taħt il-baħar li jgħaqqdu lil Malta ma' Sqallija u dan il-proġett huwa kważi lest u mistenni li jirdoppja l-kapaċità tad-'data' ta' dawn il- 'cables'. Il-Kap Eżekuttiv ta' GO Attila Keszeg qal li GO investiet b'mod kostanti fl-infrastruttura tal-komunikazzjoni ta' Malta u se tkompli tagħmel dan matul il-ħames snin li ġejjin ukoll. Huwa spjega li biex l-ekonomija tkompli tikber jeħtieġ li jkollna wkoll il-konnettività internazzjonali. Għalhekk GO trid tiżgura li l-'cables' ilaħħqu mad-domanda dejjem tikber tad-'data' kemm minn individwi kif ukoll min-negozji. GO qed tevalwa wkoll il- fattibilità li tinħoloq rabta ġdida ma' 'cables' preżenti taħt il-baħar li jgħaqqdu lil Tuneż ma' Marsilja. Dan ikompli jsaħħaħ il-konnettività internazzjonali ta' Malta billi jkomplu jżidu l-kapaċità tad-'data' kif ukoll is-sigurtà tal- provista. GO tinvesti f 'aktar minn €100 miljun għall- ħames snin li ġejjin Il-Kap Eżekuttiv ta' GO; Attila Keszeg WARA li ġie mniedi s-servizz ta' 4G+, Vodafone urew dak li se jkun il-futur tat-telefonija bil-mowbajl, il-veloċità ta' 1Gb, li hija tmien darbiet aktar veloċi mill-4G u l-ewwel f 'Malta. Mal-ġurnalisti, il-Kap Eżekuttiv ta' Vodafone Malta Amanda Nelson qalet li Vodafone temmen li t-teknoloġija u s-servizzi diġitali ġodda se jkollhom irwol pożittiv ferm biex tinbidel is-soċjetà u l-kwalità tal-ħajja timxi 'l quddiem. Enfasizzat li l-veloċità ta' 1Gb se tbiddel il-mod kif ngħixu u naħdmu u se tiftaħ orizzonti ġodda fl-oqsam tas-saħħa, l-edukazzjoni u l-midja fost l-oħrajn. Nelson qalet li biex dan ikun possibbli jeħtieġ ukoll il-lat regolatorju u investiment qawwi. Spjegat li b'din id-dimostrazzjoni, Vodafone Malta qed turi kif se tkun il-'gigabyte society', li hija l-mira tal- Kummissjoni Ewropea għall-2025. Vodafone Malta tinsab f 'pożizzjoni li tkun tista' toffri din il-veloċità qabel dak iż-żmien. Dwar is- servizz tal-4G+, ġie spjegat li dan huwa 60% aktar veloċi mill-4G u li mill-bidu tas- sajf dan ġie estiż għal 50% ta' Malta. Il-Kap Eżekuttiv ta' Vodafone Malta Amanda Nelson

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 8 October 2017