Illum previous editions

illum 8 October 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/884697

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 35

5 Il-Ħadd 08 ta' Ottubru 2017 | illum Aħbarijiet il-unions tal-ħaddiema kif għada jitressaq il-Baġit Il-problemi tas-suq tal-kera u l-proprjetà... Il-GWU qed tipproponi li " jinħarġu skemi ġodda ta' xiri ta' propjetà simili għall-iskema tal-Home Ownership Scheme" filwaqt li l-istess union qiegħda tipproponi li "l-gvern għandu jżid is-sussidju fuq il-kirijiet biex persuni fuq il-benefiċċji soċjali jkunu jistgħu jiksbu akkomodazzjoni diċenti." Fuq is-suq tal-housing soċjali l-GWU saħqet fuq "il-bżonn li l-gvern jimbarka fuq investiment qawwi fil-Housing Soċjali" Għaldaqstant il-proposti tal-UĦM jiffokaw fuq żewg binarji fosthom fuq il-bejgħ ta' proprjetajiet vakanti u reviżjoni tal-iskema first-time-buyer. L-union qed tipproponi li "sabiex tingħata spinta lis-suq tal-proprjetà, nipproponu li propretajiet li jkunu tħallew vakanti għal mhux inqas minn ħames snin, ikunu eżenti mit-taxxa fuq il-qligħ kapitali. Dan filwaqt li l-union qalet li "propjetà mhux residenzjali m'għandhiex tkun kategorizzata taħt l-iskema tal-first-time-buyer." Il-liġi preżenti tal-first-time-buyers ma tagħmilx distinzzjoni bejn propjetà li hi residenzjali u propjetà oħra li ma tkunx. F'każ li individwu jkun fil-passat xtara xi tip ta' propjetà bħal garaxx jew saħanistra qabar dan ma jkunx jista' jibbenifika mill-għajnuna finanzjarja mill-gvern, għaliex f 'għajnejn il-gvern fil-ħin tal-applikazzjoni dan ma jkunx qiegħed verament jakkwista l-ewwel propjetà tiegħu. Proposti għat-tfal tagħna... L-UĦM, qiegħda tipproponi li "irrespettivament mid-dħul finazjarju tal-familji, jingħataw lunch sustanzjuż b'xejn lit-tfal tal-iskejjel." Dan mhux biss, hekk kif, l-istess union qiegħda tipproponi li "jkunu rranġati jew jibnew swali fl-iskejjel sabiex jakkomodaw studenti mil-lokalità jew minn postijiet viċin għall-eżamijiet." Min-naħa l-oħra, il-GWU proponit li "servizz ta' child care b'xejn ikun estiż għal-24 siegħa f 'każi fejn ikun hemm nies li jaħdmu bix-xift." Is-servizz tas-saħħa, ix-xogħol u l-mard Fuq dawn it-tliet realtajiet tal-ħajja l-GWU qiegħda tipproponi li l-ewwel nett "titkompla l-introduzzjoni ta' Leave Mediku fil-pajjiż li jmur oltre' mis-sick leave. Dan biex jiġu megħjuna persuni li jkunu għadejjin bil-kura tal-kanċer billi jingħataw numru ta' sigħat ta' leave bi ħlas biex ikunu jistgħu jattendu għall-kura." Il-GWU temmen ukoll li "għandu jsir sforz biex tiddaħħal kontabbiltà u għaqal fil-qasam tas-saħħa biex b'hekk ikun żgurat servizz b'xejn għal kulħadd filwaqt li jsir investiment fil- kura tal-mard mentali." Barra minn hekk l-union tipproponi li "jsiru l-arranġamenti meħtieġa biex iċ- ċentri tas-saħħa joffru servizz u kura 24 siegħa kuljum" Proposti li jolqtu lil min iħaddem.. IL-GWU qed tipproponi li "biex jissaħħaħ il-prinċipju ta' ħlas ugawli għal xogħol ta' valur ugwali l-gvern għandu jilleġiżla biex il-paga u l-kundizzjonijiet tax- xogħol tal-ħaddiema tal-kuntrattur jew ta' aġenziji ta' xogħol temporanju jkunu ugwali għal dawk tal-ħaddiema direttament impjegati fl-istess post tax-xogħol fejn huma jkunu qed iservu." Filwaqt li "l-gvern għandu jilleġiżla biex f 'każ li ħaddiem fuq kuntratt definit jingħalaqlu l-kuntratt tiegħu, jekk l-istess post tax-xogħol ikun irid jimpjega fl-istess pożizzjoni, dan għandu jerġa' jibgħat l-ewwel għall- persuna li jkun skadielha l-kuntratt definit."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 8 October 2017