Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/884697
Il-Ħadd 08 ta' Ottubru 2017 | illum Sports 31 FLOKKAŻJONI tal 65 Anniversarju mit-twaqqif tal-Għaqda internazzjonali tal-Judo, waqt il-Gala Dinner Envic Galea rċieva l-unur għall-"IJF Academy Development " bħala rikonoxximent għat-tkabbir straordinarju tal-Akkademja. Fl-2012 il-president tal-IJF Marius Vizer ried li l-IJF, li il-membri taghha jgħoddu aktar minn 20 miljun, ikollha I-istatut tagħha stess. Hu ried li din l-Akkademja tagħti l-federazzjonijiet nazzjonali struttura dedikata għall- kowċis u l-amministraturi biex ikunu jistghu javvanzaw professjonalment u jilħqu l-ħtiġijiet moderni tal-Isport. Envic Galea li kien għadu is-Segretarju Ġenerali tal Unjoni Ewropea tal Judogie fdatb'din ir-responsabbiltà. Envic ġabar flimkien l-aħjar l-esperti internazzjonali tal Judo u laħaq ftehim mal- Università TF ta ' Budapest biex jippreparaw s-suġġetti ta ' xjenza. Fit-2013 matul il-Kungress f 'Rio, il-Brażil, il-President nieda uffiċjalment l-Akkademja tal-IJF. Il- President Vizer qal li il proġett l-Akkademja huwa wieħed mill-aktar importanti tal IJF. L-Akkademja ħolqot pjattaforma onlajn speċjali biex tgħallemdawn is-suġġetti b'mod aktar flessibli f 'disa' lingwi . Ġaladarba s-suġġetti jiġu studjati u l-istudenti juru li jikkwalifikaw biex jattendu l-eżamijiet finali, jiġu mistiedna Budapestfl- Ungerija għall-eżamijiet finali ta ' ġimgħa. L-Akkademja tant kibret malajr li l-esperti tal-IJF bdew jivvjaġġaw lejn il- hames kontinenti għal l-eżamijiet. Fil-frattemp, xi federazzjonijiet bdew jitolbu jekk Universitajiet tagħhom jistawx jiċċertifikaw dawn il-korsijiet fil-pajjiżi tagħhom stess. Billi kien hemm ħafna minn dawn l-istituzzjonijiet ġie deċiż li l-Akkademja IJF tikseb liċenzja fit-tagħlim u għalhekk jilħqu ftehim ma' dawn l-Universitajiet. Meta kien qiegħed jattendi l-Kungress tal-IJF ġewwa Budapest fl-Ungerija f 'Awwissu li għadda, Envic Galea ppreżenta ir-rapport dwar il-progress tul dawn l-erba' snin u l-pjanijiet għall-futur. L-Akkademja illum għandha aktar minn 1,727 studenti mill-78 federazzjonijiet nazzjonali tistudja l-Xjenza tal- "Coaching". Malta hija ukoll strutturata tajjeb fil-qafas Ewropew tal-kwalifiċi għall-"Further and Higher Education" u għandha reputazzjoni tajba ħafna għal dawn l-istituzzjonijiet. Għalhekk l-IJF iddeċidietli tinkorpora u tirreġistra l-Akkademja f 'Malta u tapplikagħal liċenzja fit-tagħlim. Il-faċilitajiet f ' Pembroke se jservu bħala kwartieri ġenerali għall- attivitajiet reġjonali għal dawn il-korsijiet. L-Akkademja IJF wkoll bdiet torganizza korsijiet tal-amministrazzjoni għall- Klabb u amministraturi ta l-Assoċjazzjoni online. Hemm aktar korsijiet ippjanati, bħal kors għall- Pulizija b'kollaborazzjoni mal-Kummissjoni IJF għall- Pulizija u Militari u kors tal- Judo għall-Iskejjel. Envic Galea, wara li serva għal 26 snin fuq l-Eżekuttiv tal-Unjoni Ewropej tal Judo, fl-aħħar ta' Diċembru ma kontestax il-kariga tiegħu bħala Segretarju Ġenerali, għax ried jiddedika aktar ħin għal l-Akkademja. Bħala rikonoxximent ghas- servizz twil tiegħu l-EJU irringrazzjatu bi sħubija onorarja. Unur speċjali għal Envic Galea mill-Għaqda Internazzjonali tal-Judo Basketball 3x3 f 'Malta - Il-Kumitat Olimpiku Malti f 'kampanja biex jikber dan l-isport ILKUMITAT Olimpiku Malti, taħt l-umbrella tal- Olympic Solidarity Sports for All nieda serje t'attività, li jinvolvu 3 x 3 Basketball. It-3x3 Basketball hija inizjattiva ġdida mill-FIBA biex tattira iktar atleti fl-isport u hija forma ta' basketball li tintlagħab bi tliet atleti, b'ċirku wieħed u tikkonsisti f 'logħba għall- irġiel u oħra għan-nisa. Kull tim għandu 4 plejers (3 fil-court, u 1 riserva). L-ewwel avveniment sar fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, bejn nhar is-Sibt 30 ta' Settembru u l-Ħadd 1 ta' Ottubru fil-Pjazza San Ġorġ fil-Belt Valletta u l-parteċipazzjoni kienet miftuħa għal kulħadd. "Ninsabu partikolarment soddisfatti bl-inklużjoni tal-wheelchair basketball fi ħdan il-programm, dan ikompli isaħħaħ l-isforzi tagħna biex nippromwovu il-mentalita ta'sport għal kullhaddf 'Malta," qal David Azzopardi. "Il-kunċett 3x3 jgħaqqad l-elementi u l-ħiliet kollha meħtieġa għall-isport, iżda huwa wieħed mill- aktar modi faċli u aktar effettivi biex iż-żgħażagħ jiddaħħlu fl-isport. Il- flessibbiltà li l-Basketball 3x3 tippermettilna nipprovdu promozzjoni diretta tal- logħba lill-pubbliku ġenerali f 'diversi lokalitajiet bi sforz minimu," spjega Julian Pace Bonello, president tal- Kumitat Olimpiku Malti. 3x3 Basketball kien inkluż bħala parti mill-programm tal-Basketball Olimpiku u l-ewwel dehra tiegħu ser isseħħ fil-Logħob ta' Tokyo fl- 2020. 3x3 Basketball ġie ospitat u sponsorjat mill- Kumitat Olimpiku Malti permezz tal-programm 'Olympic Solidarity Sports for All', b'kollaborazzjoni ma' SportMalta, Malta Basketball Association, Malta Wheelchair Basketball, Ministeru tal-Edukazzjoni, Malta Down Syndrome Association u l-Malta School Sports Federation. Azzjoni minn partita Basketball 3x3 -Istati Uniti