Illum previous editions

illum 8 October 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/884697

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 35

illum Il-Ħadd 08 ta' Ottubru 2017 Sports 28 minn Cristian Antony Muscat F'KONFERENZA stampa li ġiet indirizzata fil-jiem li għaddew f 'lukanda ewlenija f 'San Ġiljan, waslet l-aħbar li tant kienet ilha fl-arja - dik li l-kowċ tat-tim nazzonali Pietro Ghedin se jkun qed itemm l-esperjenza tiegħu bħala kowċ ta' Malta fi tmiem din il-fażi ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2018. Dan wara sitt snin li fihom għalkemm ir-riżultati ma waslux, żgur li t-tim nazzjonali Malti għamel bosta avvanzi. Ghedin saħaq li dawn kienu sitt snin li se jibqa' jgħożż f 'ħajtu iżda ħass li kien wasal iż-żmien li xi persuna oħra jieħu t-tmun tat-team nazzjonali għall-aħjar ġid tat-team nazzjonali u biex l-istess team ikompli miexi 'l quddiem. Huwa rringrazzja bis- sħiħ lill-president tal-MFA Norman Darmanin Demajo, kif ukoll lill-kollaboraturi kollha li ħadem magħom fl-MFA u anki membri tal- media, players u coaches fost oħrajn. Huwa qal li jixtieq iqatta' xi żmien mal-familja f 'Ruma, waqt li m'eskludiex li għad jerġa' jirritorna fil- coaching fl-Italja. Għall-fini ta' statistika, Pietro Ghedin, huwa l-aktar kowċ li qatt mexxa' lil Malta, fejn għamel dan għal 71 darba. Intant, Malta, tagħlaq bl- impenji tagħha minn dan il- Grupp bl-aħħar partita propju llum kontra s-Slovakkja fi Trnava. F'KONFERENZA stampa li ġiet indirizzata fil- jiem li għaddew fi tmiem laqgħa tal-Kunsill tal-MFA li saret f 'lukanda ewlenija f 'San Ġiljan, is-Segretarju Ġenerali tal-MFA, Dr Angelo Chetcuti, spjega lill-media preżenti li Malta se tkun qed tieħu sehem fil-UEFA Nations League fejn se tkun qed taffronta timijiet nazzjonali meqjusa bħala żgħar u tal- istess livell ta' Malta. It-timijiet se jkunu qed jiġu maqsuma f 'erba gruppi - A,B,Ċ u D skont il-pożizzjoni tagħhom fil-UEFA National Team Coefficient Rankings wara l-logħbiet ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tal- 2018. Dan se jkun qed ifisser li l-logħbiet ta' ħbiberija li Malta se tkun qed tilgħab matul is-sena d-dieħla se jkunu ferm inqas milli tagħmel is-soltu minħabba li pajjiżna se jkun impenjat f 'numru ta' partiti minn dan il-Kampjonat. Dr Chetecti saħaq li kemm hu personali kif ukoll l-MFA jemmnu bis-sħiħ li dan il-Kampjonat se jkun ta' benefiċċju sħiħ għal Malta u li permezz tiegħu Malta se tkun qed tagħmel diversi avvanzi. Dr Angelo Chetcuti nforma wkoll lil dawk preżenti li l-MFA kienet irċeviet notifika min-NADO li Jonathan Caruana kellu jiġi sospiż għal erba' snin minħabba doping. L-ex captain ta' Valletta u ex player tat-team nazzjonali kien instab pożittiv għal test għal sustanzi llegali mill-aġenzija nazzjonali kontra d-doping in- NADO madwar tliet xhur ilu fil-pre-season u kien ġie sospiż immedjatamet sakemm isiru aktar testijiet. Dr Chetcuti qal li f 'dan l-istadju l-MFA ma setgħetx tagħti iktar dettalji dwar dan il-każ. Dr Chetcuti spjega li l-MFA kompliet bil-ħidma tagħa marbuta ma' statistika li kienet bdiet matul Lulju li għadda rigwaard statistika tal-membri tal-Kunsill fi ħdanha fejn ta' min wieħed jinnota li xejn inqas minn 57% għandhom 'il fuq minn 50 sena waqt li numru konsiderevoli ta' membri ilhom 'il fuq minn 20 sena jservu f 'dan il-Kunsill. Huwa nnota b'sodisfazzjon li qed jiġi ppjanat kors għall-amministraturi tal-futbol lokali fejn sa issa applikaw madwar 70 persuna u li minnhom hemm ukoll membri tal- Kunsill tal-MFA. Dr Chetcuti kkonkluda billi semma' l-inizzjattiva li ħadet l-MFA li tiftaħ il-Millenium Stand għall- pubbliku kollu bi prezz ridott ta' €4 li jfisser nofs il-prezz solitu ta' €8, bil- prezz għal min għandu l-Karta Anzjan ikun dak ta' €2 waqt li t-tfal taħt it-12- il sena jħallsu €1 biss. Dan bl-iskop li l-MFA tkompli tattira iktar partitarji lejn l-Istadium Nazzjonali f 'Ta' Qali, fost numru ta' inizzjattivi oħra bħal mhuma l-Family Stand u t-Trophies Lounge. "Kienu sitt snin li se nibqa' ngħożż f 'ħajti" - Pietro Ghedin Il-kowċ tat-tim nazzjonali, Pietro Ghedin L-MFA temmen li l-parteċipazzjoni ta' Malta fin-Nations League se tħalli l-frott Ritratt - Paul Zammit Cutajar Dr Angelo Chetcuti u Kevin Azzopardi jindirizzaw lill-media preżenti

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 8 October 2017