Illum previous editions

illum 8 October 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/884697

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 35

Aħbarijiet 10 illum | Il-Ħadd 08 ta' Ottubru 2017 Varar ta' skemi ta' għajnuna għas-sajjieda ikkofinanzjati mill-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd 2014-2020 Il-Programm Operattiv għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd fir-rigward tal-perjodu ta' programmazzjoni kurrenti, jagħti opportunitajiet ta' finanzjament lill-industrija tas-sajd u l- komunitajiet kostali sabiex jgħinhom jaddattaw għal kundizzjonijiet settorjali li dejjem qegħdin jinbidlu, filwaqt li jindokkra r-reżistenza ekonomika u s-sostenibbilità ekoloġika tagħhom. Il- Fond ser ikun qed jipprovdi assistenza bl-għan li jintlaħqu l-miri tal-Politika Komuni tas-Sajd u l-implimentazzjoni tal-Politika Marittima Integrata, hekk kif stipulat fir-Regolament (UE) Nru. 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Id-Diviżjoni għall-Fondi u Programmi qegħda tinforma lill-pubbliku in ġenerali li tliet skemi ta' għajnuna għas-sajjieda ser jiġu varati fit-13 ta' Ottubru 2017. Artiklu 30 – Miżura I.6 Diversifikazzjoni u forom ġodda ta' dħul Artiklu 41(1) – Miżura I.20 Effiċjenza enerġetika u mitigazzjoni tad-tibdil fil-klima Investimenti abbord, effiċjenza enerġetika u skemi ta' awditjar, studji Artiklu 41(2) – Miżura I.21 Effiċjenza enerġetika u mitigazzjoni tad-tibdil fil-klima Tibdil ta' magni u immodernizzar Data finali għas-sottomissjoni tal-Applikazzjonijiet: 24 ta' Novembru 2017 Is-sejħiet marbutin mal-Miżuri msemmija għandhom allokazzjoni totali ta' aktar minn €1.5mn f'fondi pubbliċi eliġibbli (sehem l-Unjoni Ewropea u Malta). L-Awtorità ta' Ġestjoni qegħda tirriserva d-dritt li żżid din l-allokazzjoni. Sessjonijiet ta' informazzjoni għat-tliet Miżuri ser jiġu organizzati separatament għall-partijiet kollha interessati. L-Applikazzjonijiet jistgħu jitniżżlu mill-web link elenkata hawn taħt wara t-13 ta' Ottubru 2017: http://eufunds.gov.mt/en/EU%20Funds%20Programmes/Agricultural%20Fisheries%20Fund/ Pages/News-and-Events.aspx. Aktar informazzjoni u/jew reġistrazzjoni għas-sessjonijiet ta' informazzjoni tista tintalab fuq 22001108 jew via e-mail lil fpd.meae@gov.mt. Sajjieda li kienu diġà taw id-dettalji tagħhom lill-Awtorità ta' Ġestjoni f'laqgħat oħrajn, ser jiġu kkuntatjati. Programm Operattiv għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd 2014-2020 Parzjalment iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS) Investiment f'sajd u akkwakultura sostenibbli Ilbieraħ tħabbret il-mewt tax-xandara pijuniera Susan Mulvaney fl-età ta' 71 sena TUL il-karriera tagħha Mulvaney, ipproduċiet diversi programmi edukattivi u soċjali fuq ir-radju fosthom Radju Malta u l-RTK. Il-Karriera produttiva ta' Mulvaney bdiet lura fl-1964, meta bdiet taħdem bħala ġurnalista mal-Union Press, fejn ġiet appuntata editur tal-ġurnal l-Orizzont. Fis-sena 1976, Mulvaney bdiet tipproduċi programm ta' kuljum fuq ir-radju, speċifikament immirat għan- nisa. Apparti minn dan, Mulvaney kienet involuta wkoll f 'għaqdiet filantropiċi filwaqt li ppublikat diversi kotba tar- riċetti. Ilbieraħ il-midja soċjali kienet iddominata minn diversi tislimiet għall-memorja ta' Mulvaney. Il-PN jitlob li ssir konsultazzjoni wiesgħa dwar impjant tal-iskart FI stqarrija l-Partit Nazzjonalista insista li ssir diskussjoni trasparenti u miftuħa dwar il-pjanijiet tal-Gvern li jibni impjant ġdid li fih ikun ipproċessat l-iskart u li minnu se tkun iġġenerata l-enerġija. F'ittra mibgħuta lbieraħ liċ-Chairman tal-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp, il-Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar l-Ambjent Karol Aquilina spjega li dan il-proġett se jkollu impatt qawwi u fit-tul fuq l-immaniġjar tal-iskart u konsegwentement fuq l-ambjent f 'pajjiżna. "Peress li hija r-responsabbilità ta' dan il- Kumitat li jagħmel skrutinju tad-deċiżjonijet tal-Gvern fil-qasam ambjentali, l-Oppożizzjoni qed titlob lill-Kumitat biex, il-Gvern jisma' lill-Ministru Josè Herrera u lill-Kap Eżekuttiv tal-WasteServ dwar id- deċiżjonijiet li ħadu jew beħsiebhom jieħdu f 'dan il-qasam u li jiintwerew ir- rapporti kollha li saru għall- Gvern dwar dan is-settur, fosthom dawk li saru minn esperti bl-użu ta' fondi tal- Unjoni Ewropea. Il-PN qed jgħid ukoll li l-Gvern għandu jisma' mingħand l-esperti kollha f 'dan il-qasam. "L-Oppożizzjoni Nazzjonalista tikkommetti lilha nnifisha li tkompli tagħti l-kontribut tagħha biex tiżgura li d-deċiżjonijiet meħuda mill-Gvern f 'dan is- settur ikunu fl-aħjar interess ambjentali ta' pajjiżna u tal- ġenerazzjonijiet futuri." Jum ta' tindif fil-Furjana ILJUM ta' tindif fil-Furjana kien opportunità biex ir- residenti jagħtu sehemhom għal lokalità iktar nadifa u xierqa. Kulma jmur, dan sar ferm iktar kruċjali hekk kif fl-aħħar snin il-Furjana kibret u saret iktar bieżla. Is-Segretarju Parlamentari għall-Affarijiet tal- Konsumatur u Valletta 2018 Deo Debattista fakkar li mal-ħatra tiegħu bħala segretarju parlamentari responsabbli mid-Direttorat tat-Tindif, embarka b'ħidma mal-kunsilli lokali għal pajjiż aktar nadif. "Nifhem li kunsill lokali ma jistax jaħdem waħdu u għandu bżonn l-għajnuna tal-Gvern. Iddiskutejt diġà ma' diversi sindki dwar kif id-Direttorat u l-Gvern jistgħu jgħinu lil lokalitajiet differenti skont il-bżonnijiet tagħhom", spjega s-Segretarju Parlamentari. Deo Debattista ma naqasx milli jikkummenta dwar il-problema ta' dixxiplina f 'Malta u li din tiġi indirizzata biss b'infurzar. Qal li d-Direttorat mhux se jittollera n-nuqqas ta' rispett lejn ir-residenti u mhux se jżomm lura milli jħarrek lil dawk li jinqabdu jħammġu. Madanakollu hawn ħafna li minn jeddhom jieħdu l-inizjattiva u jagħtu sehemhom sforz lokalitajiet aktar nodfa. "Ftit tal-ġimgħat ilu kont mistieden nindirizza wkoll it-tnedija tal-Jum Nazzjonali tat-Tindif u ħadt gost nara diversi żgħażagħ jagħtu sehemhom f 'din l-okkażjoni. Illum kburi wkoll li l-Kunsill, minn jeddu, organizza jum ta' tindif fil-Furjana, waħda mill-aktar lokalitajiet bieżla f 'Malta. Dawn l-inizjattivi jimlewni b'kuraġġ għax juru biċ-ċar li kulħadd irid jaħdem għal Malta fl-aqwa tagħha", ikkonkluda Deo Debattista. Preżenti kien hemm ukoll is-Sindku tal-Furjana Davina Sammut Hili, u residenti tal- lokal.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 8 October 2017