Illum previous editions

illum 8 October 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/884697

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 35

14 illum | Il-Ħadd 08 ta' Ottubru 2017 Valletta LIMPRENDITUR Angelo Xuereb żgur li se jibqa' mniżżel fl-istorja ta' pajjiżna għall-viżjoni tiegħu fuq diversi proġetti li maż-żmien rajniehom isiru, qed isiru u se jsiru. Bħala Naxxari, grat lejh b'mod personali għall-ħidma tiegħu li wettaq f 'raħal twelidi imma xogħlu huwa estiż fuq il-gżira kollha tagħna. Mhux inqas, fil- Kapitali tagħna Valletta. L-imħabba u l-passjoni li għandu lejn il-kapitali tidher fih. Waqt li kont qed nintervistah, deher biċ-ċar dan kollu. Xuereb isostni li fl-aħħar qed nirrispettaw iżjed il-kapitali tagħna... 'din hija unika u bliet tal- epoka tagħha twaqqgħu... tagħna għadha hemm... ingawduha.' Minn żmien ilu kiteb f 'diversi ġurnali u wera l-viżjoni tiegħu. L-ewwel darba li ppreżenta 'masterplan' għar-riġenerazzjoni tal- Belt Valletta kien fid-29 t'Ottubru 1989 fejn fost oħrajn issuġerixxa 'ferry shuttle', li tinbena l-Opera House u li jsir tindif u tinħoloq aktar kuxjenza fir-rigward tal-ambjent tal-madwar u fil-kapitali nnifisha. Din tal-aħħar qed issir bħalissa. Aċċenna wkoll li rridu nagħtu l-importanza lill-belt moħbija ġol-istess belt; il- ġawhar storiċi li fiha huma imprezzabbli tenna miegħi Xuereb. Żmien ilu, Renzo Piano kien ta l-idea li jitwaqqa' l-pont tal-ġebel u jsir wieħed tal-injam floku. Xuereb ma ħax gost b'dan għaliex dan huwa wirt il- kavallieri u l-ġebla Maltija ta' min jirrispettaha wkoll. Fortunatament, sal-lum għadu kif kien. Angelo Xuereb issuġġerixxa wkoll li 'City Gate' tkun pjazza miftuħa dak iż-żmien. Dan kollu juri persuna b'viżjoni. Semma wkoll li taħt il- Funtana tat-Tritoni hemm parti mis-swar iddedikat lil Santa Madalena li huwa wkoll kellu fil-pjan li jitnaddfu. Almenu, nafu li għalkemm dan ma sarx, intwera rispett waqt l-aħħar tibdil fl-akwata u forsi jkun hemm idea li jitgawdew fil-futur. Kiteb ħafna drabi dwar żona pedonali, dwar il- 'park and ride' li sar ukoll anke bl-iskop li l-karozzi jibqgħu 'l barra kemm jista' jkun mill-Belt u ssir bħal 'bus shuttle' fil-belt u mad-dawra tal-Belt ħalli l-importanza tinfirex fuq il-Belt kollha mhux f 'żewġ toroq prinċipali biss. Semma kemm–il darba l-bżonn li jiġu mgħaqqda Tas-Sliema, il-Belt u l-Kottonera u fl-istess ħin jitnaqqas it-traffiku; punt li żgur huwa attwali fi żmienna. Mhux biss, semma wkoll l-idea ta' parkeġġ għall-karozzi taħt ix-Xagħra tal-Furjana bi grawnd tal-futbol fuqu. Tajjeb ma ninsewx li f 'pajjiżna nsibu ċentri sportivi fit-Tramuntana u n-naħa t'isfel u fiċ-ċentru, Cliord Galea Fil-Kapitali CALL FOR QUOTATIONS for lease of office space by LEGAL AID MALTA AGENCY Legal Aid Malta Agency, within the Ministry for Justice, Culture and Local Government, invites submissions for lease of office space for its relocation in a pleasant, comfortable and customer- friendly environment. In view of the Agency's close working with the Law Courts, premises offered should be in Valletta although locations close to the Valletta area could also be considered. The lease will initially cover a period of 10 years with the option to renew for a further 5 years. The premises should, as a minimum, have approximately 200m 2 of space to house a reception & waiting room area, individual offices, shared offices, document storage room and library, kitchenette, sanitary facilities and other necessities required by the Agency. The premises should be accessible for persons with disability. The premises should be equipped with basic services including sanitary facilities, kitchenette, energy efficient air-conditioning systems, security system with access control, fire alarm, IT network (with CAT6 cabling), and a backup generator. The premises should comply with the respective laws and regulations including necessary planning permits. Call for quotation, including a detailed description of the premises, a copy of the construction plan, Planning Authority permits, a record by a health & safety officer and other information about the premises are to be submitted by hand, and deposited in a tender box, from Monday to Friday between 09:00 and 13:00 at Legal Aid Malta Agency, 21, Chateau de la Ville, Triq l-Arċisqof, il-Belt Valletta VLT1443, in a sealed envelope by not later than 25 th October, 2017 noon. Late applications will not be considered. Legal Aid Malta Agency reserves the right to reject any or all submissions associated with the call for quotations. 'Xuereb isostni li fl-aħħar qed nirrispettaw iżjed il-kapitali tagħna... din hija unika u bliet tal-epoka tagħha twaqqgħu' 'Il-Belt Valletta m'hawnx isbaħ minnha' – Anġlu Xuereb Il-11-il Edizzjoni ta' Lejl GĦAXAR snin ilu, meta l-ħobża Maltija kienet bdiet tnaqqas mill-post tagħha fuq il-mejda tal-familji Maltin, il- Kummissjoni Żgħażagħ Bastjaniżi organizzaw l-ewwel edizzjoni ta' Lejl f 'Casal Fornaro biex terġa' tagħti l-ħajja lill-kultura u t-tradizzjonijiet Maltin f 'dak kollu li hu ikel, snajja', mużika u xogħol. Waqt dan l-avveniment, wieħed isib dak kollu li huwa sinonimu mal-kultura u t-tradizzjonijiet Maltin. Fosthom, il-fanali bid-dawl tax-xemgħa, il-bejgħ tal-ħobż tradizzjonali Malti mill-forn tar-raġel, il-bejjiegħ tal- bigilla bil-karretta u l-ħmar, snajjiet tradizzjonali, wirjiet agrikoli u għażla vasta ta' ikel tradizzjonali Malti li matul iż-żmien inqata' mill-kċejjen tal-familji Maltin fosthom, il-kirxa, laħam taż-żiemel, fenek, ravjul tal-irkotta, bebbux, majjal, laħam fuq il- fwar u kollox servut fil-ħobża Maltija. Dan l-avveniment huwa mifrux f '20 triq differenti li jinbidlu f 'atmosfera unika. Fost l-attrazzjonijiet fl- edizzjoni ta' din is-sena insibu kunċert live mill-Puse ma' Pawlu Curmi 'il-Pampalun' u l-band, 'Pjazza Familja' fejn il- knisja ż-żgħira ta' San Bastjan li tinkludi divertiment għat- tfal b'attivitajiet edukattivi kif ukoll attrazzjoni speċjali, Fran antiki miftuħin għall- okkażjoni. Se jkun hemm ukoll fost l-oħrajn esibizzjoni tal-arti fit-toroq, għana tradizzjonali spirtu pront u logħob tradizzjonali Malti u esibizzjoni dwar il-karnival Malti. Kunċerti wkoll se jittellgħu minn Freddie Portelli u fil-Knisja ż-Żgħira ta' San Bastjan. L-aħħar dettalji ta' Lejl f 'Casal Fornaro fil-21 ta' Ottubru li ġej jistgħu jinkisbu mill-paġna tal-Facebook. Dan l-avveniment qed jittella' bil- kollaborazzjoni tal-Ministeru tal-Ġustizzja, Kultura u l-Gvern Lokali, il-Ministeru għall-Ambjent, l-Iżvilupp Sostenibbli u t-Tibdil fil- Klima, il-Kunsill Lokali ta' Ħal Qormi u l-kumpanija Maypole.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 8 October 2017