Illum previous editions

illum 8 October 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/884697

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 35

6 illum | Il-Ħadd 08 ta' Ottubru 2017 Aħbarijiet MEPs iridu li r-rapport finali jinkludi l-ismijiet tal-Maltin involuti … imma ma jissemma l-ebda persuna oħra minn fost il-pajjiżi l-oħrajn Tkompli minn paġna 1 Dwar l-'online gambling' f 'Malta, l-MEPs jippuntaw subgħajhom lejn il- proċeduri tal-liċenzji li fi kliemhom jaf ma jkunx konformi mal-liġijiet Ewropej, u jiddeskrivu s-settur tal-'online gambling' bħala settur li huwa 'high risk' għall-ħasil tal-flus minħabba l-ammont kbir ta' tranżazzjonijiet finanzjarji li ma jsirux wiċċ imb wiċċ. L-emenda f 'dan ir-rigward tgħid hekk 'Draws attention on the online gambling sector and its licencing procedures in Malta, which may not be compliant with the law as online gambling is a high-risk sector due to the huge volumes of transacti- ons/financial flows and non-face to face elements, as identified in its supra- national risks assessment.' Filwaqt li r-'rapporteurs' tal-abbozz Jeppe Kofod u Petr Ježek ma enfasizzaw fuqna b'mod partikolari, bl-emendi tagħhom l-MEPs l-oħra jridu aċċenn għal Malta biex nintużaw bħala xi eżempju jew 'scapegoat'. L-abbozz tal-Kumitat PANA ma kellux dan l-għan, li jipponta subgħajh lejn xi pajjiż partikolari, tant hu hekk li r-'rapporteurs' isemmu l-pajjiżi f 'ċertu kuntest mingħajr ma jidħlu f 'dettalji ta' allegat każijiet li seta' kien hemm fil-Panama Papers. Il-biża' hi li jekk għall-kuntrarju tal-pajjiżi l-oħra Malta tibda tissemma' b'mod aktar speċifiku, il-mira jkunu setturi sensittivi għall- ekonomija tagħna bħalma huma s-servizzi finanzjarji u l-gaming, li joffru eluf ta' impjiegi. Dan fi żmien meta l-Kummissjoni Ewropea qed tibqa' tinsisti fuq l-armonizzazzjoni tat-taxxa. Fl-emendi tagħhom, l-MEPs jinsabu mħassba dwar allegazzjonijiet li l-Awtoritajiet Maltin possibbilment ma mxewx mad-direttivi Ewropej, partikolarment fir-rekwiżiti biex tinħareġ liċenzja bankarja. Qed issir pressjoni biex jingħad li għalkemm saru rapporti fuq is-suspetti tal-allegat involviment ta' 'political exposed persons' f 'ħasil ta' flus, sal-lum ma saritx investigazzjoni dwar dawn l-allegazzjonijet mill- Pulizija. Iridu li jingħad kif istituzzjonijiet finanzjarji naqsu milli jagħmlu 'due diligence' meħtieġ meta kien hemm suspett ta' allegat ħasil tal-flus. L-abbozz jirrimarka kif istituzzjonijiet li huma inkarigati fl- implimentazzjoni u l-infurzar tar-regoli dwar frodi ta' taxxa u ħasil ta' flus, jidher li mhux għal kollox indipendenti mill- politika. L-emendi tal-MEPs jgħidu li minħabba nuqqas ta' investigazzjoni, ma kienx hemm il-possibilità li jiġu indentifikati u fejn meħtieġ issanzjonati intermedjarji f 'Malta, li setgħu ma kinux konformi mal- obbligazzjonijiet tagħhom fosthom 'due diligence' tal-klijenti. L-MEPs iridu jinkludu li fiż-żmien tal- Presidenza Maltija tal- Kunsill tal-Ewropa, pajjiżna ma kkoperax kif mistenni. Iż-żmien biex jiġu sottomessi dawn l-emendi li jridu l-MEPs għalaq fil-5 ta' Settembru li għadda u nhar il-Ħamis se ssir il- kunsiderazzjoni tagħhom u għalhekk ma jfissirx li l-emendi, li jammontaw għal mijiet, se jsibu kollha posthom fir-rapport finali. Mal-ILLUM, il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna enfasizza li dawn għadhom emendi li mhux finali, li jridu jiġi approvati fil-Plenarja tal-Parlament Ewropew u li r-rapport finali jrid jgħaddi mil-lenti tal-Kummissjoni Ewropea u l-Kunsill Ewropew ukoll. L-abbozz tar-rapport tal-Kumitat PANA, li ma kienx fuq Malta biss iżda mifrux għal fuq l-Ewropa kollha, jikkonkludi li numru ta' mistoqsijiet baqgħu mingħajr tweġiba sabiex l-istess Kumitat seta' jara u jiżgura l-iskala tal-każijiet u l-metodi użati fil-Panama Papers. Jikxef problema ta' nuqqas ta' koperazzjoni bejn il-pajjiżi membri tal- Unjoni Ewropea fin-nuqqas ta' qsim tal-informazzjoni u l-organizzazzjoni fil-ġbir ta' din l-informazzjoni. Il-Kumitat PANA twaqqaf mill-Parlament Ewropew wara li kienet ħarġet pubblika l-investigazzjoni tal-ICIJ relatata mal- Panama Papers. Dan il-Kumitat żar pajjiżi diffe-renti fosthom Malta biex jistħarreġ il-liġijiet nazzjonali u jinvestiga każijiet partikolari sabiex jara jekk saritx traspożizzjoni korretta tad-direttivi Ewropej fil- liġijiet nazzjonali. Il-PANA kellu l-irwol li jistħarreġ li l-liġijiet nazzjonali jkunu effettivi kontra l-ħasil tal- flus u l-evażjoni tat-taxxa. Wara l-investigazzjoni tal-ICIJ, il-Kummissjoni Ewropea qed taħdem fuq żewġ listi, waħda li tkun tinkludi pajjiżi terzi problematiċi, għaliex ma jikkoperawx fuq l-informazzjoni għat-taxxa u lista oħra ta' pajjiżi li jaċċettaw skemi ta' ħasil tal-flus. Il-każ ta' Mossack Fonseca kien jinkludi kważi 12-il miljun dokumenti aktar mill-Wikileaks, Offshore leaks, Luxleaks u Swissleaks flimkien. Il- Kummissjoni tqis li l-ħasil tal-flus jammonta bejn it- 2% u l-5% tal-Prodott Gross Domestiku dinji.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 8 October 2017