Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/884697
Il-Ħadd 08 ta' Ottubru 2017 | illum Sports 29 Minn Cristian Antony Muscat TAMARA Vella u Lucretia Hili huma żewġ plejers ewlenin tan-netabll f 'pajjiżna u li jilagħbu mal- klabb ewlieni, Silverbacks. Dan il-ġurnal iltaqa' ma' dawn iż-żewġ plejers fejn tawna iktar dettalji rigward l-iżvilupp tagħhom fin- netball u kif jaraw ċerti andamenti ta' din il-logħba li kulma jmur qed tikber fil-popolarità f 'pajjiżna, speċjalment grazzi għall- Malta Netball Association. Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn in-netball? TAMARA VELLA L-imħabba tiegħi lejn in- netball bdiet fi żmien l-iskola sekondarja meta kont Form 1, u hemmhekk bdejna nilagħbu l-logħba tan-netball fil-lezzjonijiet tal-PE u fil- brejks u minn hemm konna bdejna nilagħbu kontra skejjel oħra, kif ukoll timijiet barranin. LUCRETIA HILI Mill-iskola Sekondarja. L-għalliema tal-fiżika kienet tagħmlilna Netball u kienet iġġibilna timijiet minn barra l-iskola biex nikkompetu magħhom. Konna wkoll nikompetu ma' skejjel oħra. Bħala riżorsi fejn tittrenjaw dawn huma ta' livell għoli jew fadal fejn isir titjib? TAMARA VELLA u LUCRETIA HILI It-tim Silverbacks bħal xi timijiet oħra jittrenja Ħal Kirkop Sports Complex li huwa stabbiliment ġdid u ta' livell għoli. Imma hemm timijiet li ma jsibux fejn jittrenjaw għax m'hawnx biżżejjed faċilitajiet allura qed jispiċċaw jittrenjaw l-Marsa fuq barra li hija problema minħabba temp u l-art mhix ta' livell tajjeb fejn jispiċċaw iweġġgħu xi wħud mill- plejers. Taħseb li f 'pajjiżna l-media tagħti importanza lin- netball? TAMARA VELLA Le, ma ningħatawx importanza daqskemm ħaqqna, kemm fuq livell ta' klabb level u anke bħala nazzjonal. Il-Malta Netball Association qed tipprova milli tista' biex tgħin lit- timijiet jidhru fuq il-media, però xorta m'aħniex naslu. LUCRETIA HILI Le, ma naħsibx li tagħti importanza. Bħala assoċjazzjoni Maltija tan- Netball, tagħmel kemm tista' imma meta niġu għall- aħbarijiet ma tantx jgħinuna. Bħala għajnuna finanzjarja ssibu din it-tip ta' għajnuna kemm minn SportMalta kif ukoll mill-Kumitat Olimpiku Malti fin-netball? TAMARA VELLA Iva nsibu għajnuna però mhux biżżejjed. Pereżempju t-tim nazzjonali joħroġ il-flus biex isiefer. LUCRETIA HILI Iva hemm sapport kbir min SportMalta imma mill- Kumitat Olimpiku Malta ma jidhirlix. L-iskejjel f 'Malta qegħdin jippromwovu biżżejjed dan l-isport? TAMARA VELLA Il-maġġoranza tal- għalliema tal-P.E. jippruvaw jgħallmu n-netball. Qed insibu diffikultà minħabba li l-iskejjel qed jiġu Co.Ed allura peressli n-netball huwa sport femminili, is-subien ma jkunux iridu jilgħabuh. L-assoċjazzjoni qed tipprova tgħin billi tistieden timijiet minn barra minn Malta sabiex jilagħbu kontra skejjel Maltin. LUCRETIA HILI L-assoċjazzjoni tgħin ħafna lill-iskejjel billi anke ġġibilhom timijiet minn barra u torganizzalhom rallys. Imma l-għalliema tal-edukazzjoni fiżika mhux dejjem jgħinu għax il- maġġoranza lanqas għadhom jagħmlu netball għall- istudenti tagħhom. Rigward konkorrenza miż- żgħażagħ hemm interess f 'dan l-isport? TAMARA VELLA Iva kull sena qegħdin niżdiedu bis-saħħa tagħhom. LUCRETIA HILI Iva hemm interess kbir miż- żgħażagħ fil-fatt qed jikber ħafna Netball bis- saħħa tagħhom. Hemm interess mill-pubbliku sportiv Malti lejn dan l-isport? TAMARA VELLA U LUCRETIA HILI Mhux ħafna. Ħafna nies ma jafux x'inhu netball. Għandek xi idoli kemm fil-ħajja in generali kif ukoll fil-kamp sportiv forsi relatati mal-man-netball? TAMARA VELLA Iva, il-kowċ tiegħi, Helga Turban għax dejjem ispiratni biex nagħmel l-aħjar tiegħi u niżvolgi t-talent tiegħi fin-netball. Fil-kamp sportiv internazzjonali, Paige Hadley, hija plejer li tilgħab mal-aqwa tim tad-dinja - l-Awstralja. LUCRETIA HILI Iva għandi. Il-captain tat-tim tiegħi kif ukoll tan- nazzjonal u plejer oħra li hija nofsha Maltija u nofsa Awstraljana li qiegħda tilgħab mat-tim nazzjonali tal- Awstralja li bħalissa qegħdin l-ewwel fid-dinja. Din jisimha Paige Hadley u tilgħab fil- pożizzjoni li nilgħab fiha jien. Għaddi messaġġ lil dawk iż-żgħażagħ li qegħdin jaħsbuha bis-serjetà li jibdew jipprattikaw in-netball. TAMARA VELLA In-netball huwa sport sabiħ ħafna għal kull tip ta' livell. Jilgħabuh tfal, żgħażagħ, kif ukoll nisa akbar fl-età. In-netball huwa sport fejn tibni mhux biss ħbiberija iżda wkoll familja. LUCRETIA HILI In-netball huwa ferm sabiħ biex tilagħbu f 'livell moderat imma huwa ħafna isbaħ jekk tilagħbu f 'livell għoli billi tirrapreżenta lil Malta kif ukoll ikollok esperjenza fit-taħriġ barra minn Malta. In-netball huwa isbaħ jekk tilagħbu f 'ċertu serjertà u f 'ċertu livell. Tista' tilħaq ħafna esperjenzi li ma tinsa qatt! Tamara Vella u Lucretia Hili jkomplu jeċċellaw n-Netball Lucretia Hili Tamara Vella Ritratt - Joe Spiteri