Illum previous editions

illum 8 October 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/884697

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 35

Aħbarijiet 8 illum | Il-Ħadd 08 ta' Ottubru 2017 Il-Biskuttin lest... tibda l-aħħar fażi tal-Pjazza Tritoni Il-proġett se jkun lest għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-Valletta 2018 ILMINISTRU għat- Turiżmu Konrad Mizzi, iċ- Chairman tal-GHRC Stefan Zrinzo Azzopardi u l-Kap Eżekuttiv Ġino Cauchi żaru l-proġett tad-daħla tal-Belt Valletta hekk kif is-sezzjoni magħrufa bħala 'l-Biskuttin' għadha kif ġiet kompluta. Il-Ministru Konrad Mizzi qal li dan il-proġett jammonta għal investiment ta' madwar €10 miljun f 'fondi kapitali u jikkumplimenta l-investiment ta' €24 miljun f 'fondi Ewropej għar-riġenerazzjoni tan-naħa ta' isfel tal-Belt Valletta – immexxi wkoll mill-GHRC - u l-proġett ta' transport links li se jżid il-konnettività u l-aċċessibilità għall-Belt Valletta. Il-Ministru Mizzi spjega li beda x-xogħol fuq il- pavimentar tal-pjazza tat- Tritoni li mistennija titlesta qabel l-2018 u tkun tista' titgawda meta l-Belt Valletta tassumi t-titlu ta' 'Belt Kapitali għall-Kultura 2018'. Il-proġett tal-pjazza se jinkludi wkoll uffiċċju tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu u fdalijiet storiċi li nstabu matul ix- xogħlijiet li jinkludu fdalijiet ta' żmien l-Ingliżi u fdalijiet ta' fortifikazzjonijiet ta' żmien il-Kavallieri. Konrad Mizzi spjega li l-Belt Valletta hi ġawhra għat-turist li jżur pajjiżna, għalhekk hemm bżonn dan l-investiment biex il-prodott offrut lil min iżur il-Belt jitjieb u l-aspett kulturali jkun ippreservat. Il-Ministru żar ukoll ix- xogħol ta' restawr fuq il- faċċata u l-arkati ta' City Gate Shopping Centre, fejn kważi tlestew it-twaħħil tal-galleriji u tal-aperturi tal-injam fi Triq Ordinanza, Triq il-Kavallieri u Triq Papa Piju V mad- djar li jinsabu fuq City Gate Shopping Centre. Il-Ministru spjega li l-GHRC qed taħdem fuq installazzjoni artistika bid- dwal ma' ftit mill-kolonni ta' City Gate Shopping Centre. Il-Ministru Konrad Mizzi rringrazzja lill-istakeholders kollha involuti li qed jagħmlu dan possibbli b'mod partikolari lill-GHRC, lil Malta Tourism Authority, lil Valletta 18 Foundation u lil Heritage Malta. Iż-żona tal-Biskuttin b'dehra ġdida, fil-ġenb dehra ġdida wkoll wara investiment privat Il-Ministru Konrad Mizzi, iċ-Chairman tal-GHRC Stefan Zrinzo Azzopardi u l-kap Eżekuttiv Gino Cauchi Żieda ta' 462 persuna fis-settur pubbliku ISSETTUR pubbliku f 'pajjiżna jiġifieri, nies impjegati fis-settur pubbliku u nies impjegati fl-entitajiet pubbliċi żdiedu b'462, dan bejn Ġunju tas-sena 2016 u Ġunju tas-sena 2017. Dan kien żvelat minn risposta li għamel il-Prim Ministru Joseph Muscat lil għal mistoqsija tal-Membru Parlamentari Hermann Schiavone. Il-Prim Ministru Joseph Muscat, spjega li f 'dan il-perjodu, 1,750 persuna ġew impjegati fis-settur pubbliku, b'603 minnhom impjegati fil-qasam edukattiv u 393 pesuna fil- qasam tas-saħħa. Fl-entatitajiet pubbliċi ġew impejgati 2,376 persuna, li 532 minnhom kienu fil-qasam edukattiv u 64 fil-qasam tas-saħħa. Għaldaqstant il-Prim Ministru, qal li fl-istess perjodu, 1,395 persuna kellhom l-impjieg tagħhom terminat fis-settur pubbliku u 1,270 persuna fl-entitajiet pubbliċi.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 8 October 2017