Illum previous editions

illum 8 October 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/884697

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 35

9 Il-Ħadd 08 ta' Ottubru 2017 | illum Aħbarijiet Tintlaqa' tajjeb il-miżura tal-irmunkar bla ħlas INTLAQTET b'mod tajjeb l-inizjattiva ta' Transport Malta li nediet servizz ta' rmunkar ta' emerġenza bla ħlas fil- ħinijiet l-aktar traffikużi. Din l-inizjattiva hija mifruxa għall-operaturi kollha tal-irmunkar f 'Malta u f 'Għawdex u permezz t'hekk tpoġġew numru ta' trakkijiet li jirmunkaw f 'postijiet differenti madwar il-pajjiż biex ikunu f 'pożizzjoni li jilħqu l-vetturi weqfin kemm jista' jkun malajr. Dwar dan l-ILLUM tkellmet ma' kumpaniji ewlenin tal-irkmunkar, li kellhom kliem ta' tifħir għal din l-inizjattiva. Id-direttur ta' Middlesea Assist, Godwin Borg spjega li għalkemm il-kumpanija għażlet li ma tipparteċipax fl-iskema, minkejja kellha din l-opportunità, xorta waħda jqis li din hija skema tajba li saret bi ħsieb li l-operaturi kollha jkunu inklużi. Huwa jittama li din iġġib magħha r-riżultat mixtieq. Dwar din l-inizjattiva, id- direttur ta' MET Emanuel Camilleri qal li meta l-vetturi jitneħħew minn nofs tat-toroq ewlenin, jonqos it-traffiku u fl-istess ħin l-għajnuna tingħata f 'aktar sigurtà għas- sewwieq ukoll. Camilleri jappella lil Transport Malta biex il-'bus lanes' ikunu aċċessibbli għat-trakkijiet tal-irmunkar ukoll sabiex jagħtu l-assistenza tagħhom b'mod aktar effiċjenti. L-użu tal-'bus lanes' mill- karozza fil-ħinijiet tas-7 u d-9 ta' filgħodu hija proposta li diġà waslet fl- uffiċċji ta' Transport Malta. TM titlob li ma jinħarġux permessi għall-krejnijiet filgħodu kmieni Fil-preżent, l-Awtorità qed taħdem biex iżżid l-effiċjenzà fit-toroq, minħabba l-ammont ta' vetturi dejjem jiżdied u l-ispazju limitat tat-toroq. L-Awtorità talbet ukoll il-koperazzjoni tal-Kunsilli Lokali biex ma joħorġux permessi għall-krejnijiet u makkinarju ieħor li jimblukkaw it-triq bejn is-7am u d-9am. F'dawn il-ħinijiet ta' filgħodu u bejn l-4pm u s-6pm mhux permess ukoll li fit-toroq arterjali jkun hemm vetturi miġbuda minn bhejjem. Filgħodu wkoll wieħed jista' jara ammont ta' kuntistabbli tal-Pulizija, gwadjani lokali u uffiċjali ta' Transport Malta f 'postijiet prinċipali biex jimmaniġġjaw it-traffiku. Dan isir taħt id-direzzjoni taċ-Ċentru għall-Kontroll tat-Traffiku. Min m'għandux liċenzja u qed jitgħallem jikkawża aktar dewmien Hekk kif din il-ġimgħa kienet ikkaratterizzata mill-maltemp u b'żieda qawwija tat-traffiku fit- toroq, l-ILLUM tkellmet ukoll ma' Transport Malta dwar x'miżuri qed jittieħdu biex tittaffa din il-problema. Waħda minn dawn l-inizjattivi hija dik li l-iskejjel tas-sewqan ma jużawx toroq ewlenin fil-ħin tal-lezzjonijiet. Mhux se jkun possibbli li jgħallmu fit-toroq arterjali bejn is-7am u d-9am u bejn it-3.30pm u s-6pm. Din kienet miżura li iżda ma sabitx l-appoġġ mixtieq b'mod speċjali kif mistenni mill-iskejjel tas-sewqan, li xorta huma f 'pożizzjoni li jgħallmu fit-toroq sekondarji u fil-parkeġġi. Transport Malta qalet mal-ILLUM li sewwieqa li għad m'għandhomx liċenzja jikkawżaw ħafna aktar dewmien u għalhekk ħasset li kellha tagħmel din it-talba lill-iskejjel tas- sewqan. Hekk kif it-toroq fil- ħinijiet tat-traffiku jkunu miżgħuda bil-karozzi, l-appelli jibqgħu favur l-użu tat-trasport pubbliku, metodi alternattivi għall- karozza u l-'car pooling' fost l-oħrajn. Dan għaliex li taħseb kmieni jew li tgħaddi minn toroq sekondarji m'għadhomx miżuri effikaċi aktar minħabba l-volum li dejjem jiżdied tal-karozzi fit-toroq u sakemm isiru x-xogħlijiet fil-'bottlenecks' u proġetti oħra li mistennija li jkunu lesti matul ix-xhur li ġejjin u s-sena d-dieħla. • L-ILLUM titkellem ma' kumpaniji ewlenin tal-irmunkar • Daqshekk permessi għall-krejnijiet fil-ħinijiet traffikużi ta' filgħodu jbaldacchino@mediatoday.com.mt Jesmar Baldacchino "sewwieqa li għad m'għandhomx liċenzja jikkawżaw ħafna aktar dewmien u għalhekk ħasset li kellha tagħmel din it-talba lill-iskejjel tas- sewqan" "tpoġġew numru ta' trakkijiet li jirmunkaw f 'postijiet differenti madwar il-pajjiż biex ikunu f 'pożizzjoni li jilħqu l-vetturi weqfin kemm jista' jkun malajr"

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 8 October 2017