Illum previous editions

illum 8 October 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/884697

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 35

Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 08 ta' Ottubru 2017 lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter Il-Baġit u l-but... skont il-unions Iż-żewġ unions prinċipali f 'pajjiżna b'għadd ta' proposti indirizzati lill-gvern, hekk kif GĦADA l-Baġit, eżerċizzju illi matulu l-Gvern jagħti ħarsa lejn is-sena li għaddiet u dik li għadha ġejja, f 'termini ekonomiċi, u finanzjarji. Iktar kmieni din il-ġimgħa l-unions prinċipali tal-ħaddiema, f 'Malta, l-GWU u l-UĦM elenkaw proposti b'temi varji, minn proposti dwar l-anzjani għal oħrajn dwar il-vaganzi pubbliċi. Fl-għeruq tal-proposti, l-iżvilupp soċjali u t-tisħiħ tas-suċċess ekonomiku, flimkien mal-għajta ta' politika responsabbli li tħares lejn il-preżent kif ukoll lejn il-ġejjieni. X'qed jipproponu rigward il-ħlas ta' taxxa fuq dħul mis-sahra ? Il-GWU qiegħda tipproponi li; "titnaqqas ir-rata tat- taxxa fuq ix-xogħol part-time u tinżel minn 15% għal 10%. Fl-istess waqt s-sahra għandha tkun intaxxata bir-rata ta' 10%." Il-UĦM qed tipproponi li, "b'rati iżjed baxxi fit- taxxa tad-dħul fuq ħlasijiet mis-sahra, il-ħaddiema jista' jibqgħalhom aktar mid-dħul gross tagħhom, b'riżultat li jkollhom iżjed x'jonfqu." X'qed jipproponu l-unions fuq il-pensjonijiet ? Il-UĦM qalet li "l-union tibqa' tisħaq li pensjonijiet ibbażati fuq ix-xogħol huma neċessarji sabiex jissuplimentaw id-dħul tal-irtirar. Għal dawk li dalwaqt jirtiraw, u li malli jilħqu l-età tal-irtirat ma jkunux ħadmu sena sħiħa, nipproponu li tali persuni jitħallew iħallsu l-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali li tkopri perijodu ta' 12-il xahar." Il-GWU min-naħa tagħha pproponiet għadd ta' miżuri fir-rigward tal-pensjonijiet fosthom li ; "togħla l-pensjoni massima, issir reviżjoni ta' numru ta' pensjonijiet bħal, pensjoni tal-wens u dik tad-diżabiltà, tkun implimentata l-wegħda li ż-żieda għall-għoli tal-ħajja tingħata l-istess lil kulħadd immaterjali meta wieħed jibda jitqies bħala pensjonant u li r-reviżjonjiet fil-pensjonijiet ikunu maħduma fuq is-salarju kurrenti u mhux fuq id-differenza bejn is-salarju kurrenti u l-ogħla salarju li kellu l-individwu, ħalli tiġi mneħħija anomalija kbira li ħafna pensjonanti qegħdin ibatu biha." Fuq il-pensjonijiet ta' Korpi Dixxiplinati bħall-Pulizija u l-forzi Armati ta' Malta, il-GWU qalet li "l-membri tal-Korpi Dixxiplinati ilhom snin twal jaħdmu 46 siegħa fil-ġimgħa, iżda jitħallsu ta' 40 siegħa, għalhekk l-GWU temmen li wasal iż-żmien li l-membri tal-Korpi Dixxiplinati jkollhom is-sigħat maħduma żejda riflessa fil-paga. Naturalment din għandha tkun ukoll riflessa fil-pensjoni." Ħdud u festi pubbliċi Il-GWU qiegħda tipproponi li l-gvern li "b'mod immedjat jingħataw lura lil-ħaddiema kollha l-festi pubbliċi li jaqgħu fi tmiem il- ġimgħa." Flimkien ma' dan il-GWU proponiet ukoll li "l-ħaddiema li jaħdmu fil- Ħdud għandhom jitħallsu b'rata ta' sagħtejn ħlas għal kull siegħa xoghol u l-ħlas ta' dawk li jaħdmu fil-festi pubbliċi għandu jkun ta' tliet sigħat ħlas għal kull siegħa xogħol." Fuq il-proposta sabiex jingħata kumpens għal numru ta' vaganzi pubbliċi mnaqqsa l-UĦM qiegħda tipproponi li, "jiżdied il-bonus annwali statutorju li jingħata lill-ħaddiem mal-paga bażika." Il-problema tat-traffiku... fuq din x'jgħidu l-unions? Skont il-UĦM, waħda mill-miżuri li l-gvern għandu jieħu sabiex titaffa l-problema tat-traffiku hi li "jiġu arranġati ċentri tat-trasport bejn il-gvern u l-privat. Dan jista' jsir billi jinħolqu spazji għall-parkeġġ li jkunu provduti tul rotot stabbiliti mit-Tramuntana ta' Malta san-Nofsinhar tal-gżira."

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 8 October 2017