Illum previous editions

illum 8 October 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/884697

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 35

illum Il-Ħadd 08 ta' Ottubru 2017 Sports 32 X'qed jinħema mix-xena tal-futbol ALEXIS SANCHEZ - AC Milan ser jagħmlu dak kollu possibbli sabiex jakkwistaw liċ-Ċilen ta' Arsenal Alexis Sanchez mingħand Arsenal. It-tim Taljan illi wara kampanja tat-trasferimenti sustanzjuża jinsab ibati xi ftit mill-wirjiet li ħafna partitarji xtaqu, ser jippruvaw jieħdu vantaġġ mill-fatt illi Sanchez ser ikun bla kuntratt f'Ġunju li ġej. Madankollu r-Rossoneri ser joffru €85 miljun lil Arsenal sabiex jiksbu l-firma tiegħu sa minn Jannar. TONI KROOS - Il-plejer ta' Real Madrid Toni Kroos xejn m'huwa kuntent li l-klabb tiegħu Real Madrid ġedded il-kuntratt tal-plejer żagħżugħ Marco Asensio. Il-plejer ta' nofs il-ground Ġermaniż qed iħossu li mhux qed jiġi stmat mill-Merengues u jixtieq illi bħalma ser tiżdied il-paga ta' Asensio, l-istess ħaġa jiġri fil-ħlas tiegħu. Real Madrid s'issa mhux qed ikollhom staġun daqshekk pożittiv hekk kif tilfu xi punti fl-ewwel partiti tal-kampjonat. JACK WILSHERE - Arsenal kienu impressjonati bil-wirja tal-plejer ta' nofs il-grawnd tagħhom Jack Wilshere fil-UEFA Europa League kontra Bate Borisov, logħba li l-Gunners rebħu 4-2 barra minn darhom. Skont il-gazzetta The Mirror, id-diriġenti tal-klabb minn Londra qed joffru kuntratt ġdid ta' erba' snin lill-plejer ta' 25 sena sabiex iżommu f 'Emirates Stadium sas-sena 2022. Wilshere ilu mal- Gunners sa mis-sena 2008 fejn skorja sitt gowls f '105 partiti. YUSUF YAZICI - Manchester United qed jippreparaw offerta ta' €14-il miljun sabiex jakkwistaw lit-talent żagħżugħ Tork, Yusuf Yazici. L-istilla ta' 20 sena jilgħab f 'nofs il-ground u bħalissa jinsab fil-kotba ta' Trabzonspor. Huwa diġà kellu offerta minn Liverpool matul is-sajf madankollu ma kienx hemm żviluppi. Huwa għalhekk illi Jose Mourinho qed iħeġġeġ lill-club tiegħu jidħlu għal Yazici sabiex ikun parti mill-iskwadra tar-Red Devils sa minn Jannar li ġej. EDEN HAZARD - Jidher illi l-winger ta' Chelsea Eden Hazard ser ikun l-iktar plejer imħallas fil- PremierLeague Ingliż hekk kif hu stmat li ser jiġi jaqla' madwar 300,000 lira sterlina. It-tim minn Stamford Bridge qed jagħmel din il-mossa sabiex inaffar lill-Ispanjoli ta' Real Madrid milli jippruvaw jakkwistaw lil dan il-plejer Belġjan. Hazard ilu ma' Chelsea ħames snin u lagħab 178 partita bil-flokk tal-Blues fejn skorja total ta' 57 gowl. ANDY CARROLL - Everton qed jippjanaw illi jġibu lil Andy Carroll lejn Goodison Park. L-offerta tista' tkun ta' madwar €20 miljun bit-tim minn Merseyside li qed isibha diffiċli jkun perikoluż fl-attakk iktar u iktar wara li Romelu Lukaku telaq lit-Toffees. Anke Manchester United qed ifittxu li jiksbu s-servizzi tiegħu hekk kif Mourinho jogħġbu ħafna l-istil ta' dan il-plejer. ANTONIO CONTE - Skont il-gazzetta Ingliża The Times, il-kowċ ta' Chelsea Antonio Conte mistenni jħalli liċ-Champions Ingliżi fl-aħħar ta' dan l-istaġun. Ir-raġuni li ngħatat minn din il- gazzetta hi li Conte mhux qed jiġi mogħti biżżejjed sapport mid-diriġenti tal-klabb. L-eks kowċ ta' Juventus u tat-tim nazzjonali Taljan kien verament viċin illi jħalli lill-klabb Ingliż fil-bidu ta' dan l-istaġun iżda għażel illi jibqa' mqar sal-aħħar ta' dan l-istaġun. minn Cristian Antony Muscat DEULOFEU U ALCACER - Iż-żewġ plejers ta' Barcelona Gerard Deulofeu u Paco Alcacer qed jikkunsidraw illi jitilqu lill-Katalani. Iż-żewġ plejers xejn m'huma kuntenti bis-sitwazzjoni ta' bħalissa u jekk ma jkunx hemm l-ebda żviluppi lesti li f'Jannar jiċċaqilqu x'imkien ieħor. Deulofeu kellu perjodu ta' self mal-klabb Taljan ta' Milan l-istaġun li għadda filwaqt illi Alcacer ingħaqad mal- Katalani s-sena l-oħra fejn almenu kien jilgħab regolarment. RYAN SESSEGNON - Tottenham Hotspur jinsabu impressjonati bil-progress illi għamel Ryan Sessegnon ta' Fulham tant illi d-diriġenti tal-klabb jixtiequ jakkwistawh. Il-plejer li għad għandu biss 17-il sena ħalla mpatt qawwi sa mid-debutt tiegħu fit-tim. Bosta timijiet Ewropej ċemplu lid-diriġenti tal-Hotspurs sabiex jinsistu għal Sessegnon għalkemm l-aħħar wirjiet tiegħu ġiegħlu lill-istess Tottenham sabiex ibiddlu l-idea. Sessegnon skorja sitt gowls fil-31 dehra li għamel bil-flokk ta' Fulham.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 8 October 2017