Illum previous editions

illum 8 October 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/884697

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 35

Il-Ħadd 08 ta' Ottubru 2017 | illum Sports 33 tal-futbol internazzjonali... CHRISTIAN BUCCHI - Sassuolo xejn m'huma għaddejjin minn mument sabiħ fil-kampjonat u wara li qalgħu sitt goals kontra Lazio, l-ogħla awtoritajiet fi ħdan il-club qed jevalwaw il-possibilta' li jbiddlu t-tmexxija tat-team illi bħalissa qiegħda taħt Christian Bucchi. Hemm diversi kandidati lesti jieħdu post Bucchi u dawn huma Oddo, De Zerbi, Stellone u Iachini li kollha kemm huma kellhom esperjenza li jmexxu team fis-Serie A. ZINHO VANHEUSDEN - Inter huma lesti illi joffru kuntratt ġdid lill-plejer żagħżugħ tagħhom Zinho Vanheusden li jkun validu sas-sena 2022. Il-plejer qed jiġi segwit minn Liverpool u għalhekk id-diriġenti Interisti qed jirsistu sabiex iżommu lil dan it-talent Belġjan.Vandheusden huwa difensur u għad għandu biss 18-il sena. Huwa ddebbutta riċentement mat-tim nazzjonali ta' taħt il-21 sena tal-Belġju. ALEX TEIXEIRA SANTOS - L-ogħla awtoritajiet ta' Interi ser jippruvaw jikkuntentaw lil Spalletti billi jixtru difensur kif ukoll midfielder. Għalkemm ma ssemma' l-ebda isem fid-difiża, madankollu f 'nofs il-grawnd hemm interess fil-Brażiljan ta' 27 sena Alex Teixeira Santos li jilgħab mal-klabb Ċiniż ta' Jiangsu Suning. L-għażla ta' Inter tista' tkun illi jġibu lil Teixeira b'self f 'Jannar ħalli jsaħħaħ nofs il- grawnd illi xi kultant ikun vulnerabbli f 'ċerti mumenti tal-partita. ZACCARDO U SAGNA - Il-klabb ta' Lazio qed ikollu jgħaddi wkoll minn problemi ta' injuries wara illi Wallace u De Vrij jinsabu mweġġa'. U huwa għalhekk illi d-diriġenti Lazio li ser imorru lejn il-plejers li jinsabu bla kuntratt sabiex jingħaqdu magħhom. Żewġ players qed jissemmew li jistgħu jingħaqdu mal-Biancocelesti u dawn huma d-difensur Cristiano Zaccardo u l-eks plejers ta' Manchester City Bacary Sagna. Dawn iż-żewġ plejers jinsabu bla klabb u Lazioser jippruvaw jieħdu xi wieħed minn dawn iż-żewġ plejers sabiex jieħdu post il-players illi jinsabu mweġġa'. CHRISTOPHER ROCCHIA - Arsenal huma interessati sabiex f 'Jannar illi ġej jakkwistaw il- firma tad-difensur żagħżugħ ta' Olympique Marseille Christopher Rocchia. Rocchia qed jimxi fuq il-passi tal-plejer veteran Franċiż Patrice Evra li kellu esperjenzi wkoll ma' Manchester United u Juventus. Rocchia, li għandu 19-il sena, qed jiġi segwit minn xi scouts ta' Arsenal għalkemm anke l-Ġermaniżi ta' BorussiaDortmund qed isegwu mill-viċin lil dan il-plejer. FABINHO - Mistennija taqtiegħa ħarxa bejn Paris St Germain u Juventus sabiex f 'Jannar illi ġej jiksbu l-firma tal-istilla Brażiljana ta' Monaco Fabinho. Iż-żewġ klabbs ilhom isegwu l-progress ta' dan il-player sa mis-sajf illi għadda iżda ma rnexxielhomx jiftiehmu mal-klabb champions ta' Franza. Fil-fatt, l-istess Monaco qed jitolbu €60 miljun sabiex jinbiegħ dan il-player u l-ebda diriġent miż-żewġ timijiet ma qabel ma' din il-proposta. Issa li f 'Jannar jerġa jiftaħ is-suq tat-trasferimenti, kollox huwa possibbli għal Fabinho illi fil-passat lagħab ukoll ma' Real Madrid. DE LIGT U UPAMECANO - Barcelona qed jaraw b'attenzjoni il-progress ta' żewġ players żgħażagħ li huma Matthijs de Ligt ta' Ajax u Dayot Upamecano ta' RB Leipzig. Id-diriġenti Katalani qed jikkunsidraw lil dawn iż-żewġ plejers ta' 18-il sena bħala d-difensuri futuri tagħhom wara li mpressjonaw mhux ftit lill-iscouts tagħhom meta marru jarawhom fl-Olanda u l-Ġermanja rispettivament. De Ligt u Upamecano ser ikunu l-objettivi tal-klabb Spanjol bit-tama li jakkwistawhom għas-sajf li ġej. LUCAS MOURA - Tliet klabbs Ewropej jinsabu interessati fil-winger ta' Paris St Germain Lucas Moura. Dawn huma Manchester United, Arsenal u Inter illi qed isegwu b'interess lil dan l-internazzjonali Brażiljan. Huwa fatt magħruf illi t-tim minn Pariġi ser ibigħ xi players minħabba l-iskwadra kbira li għandhom u jidher illi Moura huwa wieħed minnhom. Inter lesti illi jieħduh b'self għalkemm ma ħarġux eżatt l-intenzjonijiet ta' ManchesterUnited u Arsenal dwaru. Lucas Moura għandu 25 sena u qabel ma' ngħaqad ma' Paris St Germain kien jilgħab ma' Sao Paulo. Huwa lagħab 147 partita mal-Pariġini fejn skorja 32 gowl. KEPA ARRIZABALAGA - Real Madrid għandhom ix-xewqa illi jakkwistaw lill-goalkeeper ta' Athletic Bilbao Kepa Arrizabalaga. Skont is-sit Spanjol Don Balon, it-taħditiet bdew u d-diriġenti tal-Merengues jidhru fiduċjużi illi fil-futur dan il-plejer isir tagħhom. Arrizabalaga għad għandu biss 22 sena u l-Madrileni qed jikkonsidrawh bħala s-sostitut tal-gowlkiper Keylor Navas fis-Santiago Bernabeu. Arrizabalaga jiskadielu l-kuntratt ma' Athletic Bilbao u għalhekk iċ-ċansijiet li jbiddel il-klabb huma ferm kbar. Hu kien jifforma parti mit-tim nazzjonali ta' taħt il-21 sena ta' Spanja.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 8 October 2017