Illum previous editions

illum 8 October 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/884697

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 35

13 Il-Ħadd 08 ta' Ottubru 2017 | illum Aħbarijiet L-Europol mitluba tieħu passi kontra abbuż tat-tfal online Ir-rapport jappella lil Europol biex jistabilixxi sistemi anonimi fejn persuni jistgħu jirrappurtaw kontenut illegali, bħal materjal t'abbuż sesswali fuq it-tfal... ILPARLAMENT Ewropew ivvota favur rapport li fost oħrajn jitlob għal azzjoni mill-Europol dwar l- abbuż sesswali tat-tfal online. "Dan huwa suġġett importanti ħafna għalina," qalet il- Membru tal-Parlament Ewropew Miriam Dalli li nnegozjat emendi għar- rapport f 'isem il-grupp tas- soċjalisti u d-demokratiċi. "Ir-rapport jappella lil Europol biex jistabilixxi sistemi anonimi fejn persuni jistgħu jirrapurtaw kontenut illegali, bħal materjal t'abbuż sesswali fuq it-tfal, filwaqt li jużaw salvagwardji tekniċi simili għal dawk li jiġu implimentati minn organizazzjonijiet tal- media," spjegat Dalli. Ir-rapport tal-Parlament Ewropew jemfasizza li materjal t'abbuż fuq it-tfal mhux sempliċiment jiġi mblukkat imma jrid jitneħħa kompletament. Inkella dak il-materjal jibqa' aċċessibbli għal persuni f 'pajjiżi differenti fejn dak l-imblukkar ma jkunx sar. Għalhekk li l-Istati Membri għandhom jaċċertaw l-infurzar ta' ISPs biex materjal bħal dan jitneħħa kompletament. Però dan hu biss aspett wieħed li jħares lejh ir- rapport li jiffoka dwar is- sigurtà fuq l-Internet fejn elenka kwistjonijiet ewlenin u propona inizjattivi u policies fil-ġlieda kontra l-kriminalità online. Dan ir-rapport kien imfassal qabel mal-Kummissjoni Ewropea ppubblikat l-istrateġija tagħha dwar is-sigurtà fuq l-Internet magħrufa bħala Cyber Security u gwida numru ta' elementi fil-proposta li ppreżentat il-Kummissjoni. L-MPE Dalli qalet li "ħafna drabi l-kriminalità online u s-sigurtà online ma jafux fruntieri, allura ridt naċċerta ruħi li dan ir- rapport jikkunsidra l-aspetti teknoloġiċi, ġuridiċi u anke kriminali. Għal dan il-għan ressaqt numru ta' emendi li jipprovdu metodi differenti ta' kif nistgħu nindirizzaw il-kriminalità online inkluż ir-reviżjoni tal-mandat tal-Aġenzija Ewropea għas- Sigurtà tal-Informazzjoni speċifikament biex l-Aġenzija tibda tassisti lill-awtoritajiet fil-ġlieda tagħhom kontra l-kriminalità online." "Għas-Soċjalisti u Demokratiċi huwa importantissimu li jintlaħaq bilanċ bejn is-sigurtà online u l-privatezza tad-data personali tan-nies. "Huwa pożittiv li r-rapport filwaqt li jirrikonoxxi li avvanzi teknoloġiċi bhal encryption u anonymisation setgħu waslu għal żieda fi kriminalita' online, jirrikonoxxi wkoll li din hija teknoloġija importanti. Mingħajr teknoloġija bħal din ma nkunux nistgħu nibagħtu emails privati u siguri, jew nużaw is-sistemi bankarji, ma nkunux nistgħu nibagħtu messaġġi jew nieħdu ritratti mingħajr ir-riskju li l-privatezza u d-data tagħna tkun kompromessa," Dr Dalli nsistiet. Ir-rapport jappella għal sigurtà aktar b'saħħitha u għal infrastruttura sensittiva bħal grids tal-enerġija u smart grids fost l-oħrajn. Jappella wkoll lill-awtoritajiet biex jinkludu lil dawk li jissejħu white hat hackers li huma persuni li jinvolvu ruħhom f 'hacking biex isibu nuqassijiet u illegalitajiet online. Ir-rapport kien approvat b'603 vot favur, 27 vot kontra u 39 astensjonijiet. Bulgari jitressqu l-Qorti b'rabta ma' serq mill-bwiet ĦAMEST irġiel u tmin nisa Bulgari, li l-età tagħhom tvarja minn 21 u 33 sena, stqarrew fil-Qorti li ma kinux ħatja għall- akkuża li matul ix-xhur li għaddew serqu numru ta' serq mill-bwiet u li kienu jiffurmaw parti mill- kriminalità organizzata. Il-Bulgari m'għamlux talba għall-ħelsien mill-arrest. Wara jiem ta' osservazzjoni, dawn il- Bulgari ġew arrestati mill- Pulizija l-Ħamis li għadda meta kienu se jitilqu lejn l-ajruport biex jitilqu minn Malta. Dakinhar, il-Bulgari kellhom ammont sostanzjali ta' flus f 'ewro, sterlina u muniti barranin. Kellhom ukoll mowbajls li kienu ġew irrappurtati li nsterqu. Huma kienu akkumpanjati minn erbat itfal ta' età bejn l-erba' u s-sitt snin, li fil-preżent qed jingħataw l-assistenza tal-Appoġġ u qed jinżammu f 'istitut. Il-Pulizija għandha filmati mill-kameras tas-sigurtà, li juru kif it-tfal kienu qed jitqabbdu mill-adulti f 'din l-attività kriminali. Huwa mistenni li fil-ġranet li ġejjin, in-nanniet tagħhom jiġu Malta biex jeħduhom magħhom il-Bulgarija.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 8 October 2017