Illum previous editions

illum 8 October 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/884697

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 35

3 Il-Ħadd 08 ta' Ottubru 2017| illum Aħbarijiet Sfurzat iħallas €12,000 f 'dawl u ilma li uża ħaddieħor ARMS Ltd akkużata b'azzjoni illegali u abbuż ta' poter mill-Ombudsman Espressjoni ta' Interess: Sejħa għal Proposti għall-Kiri ta' Propjeta fir-Rabat, Għawdex Id-Direttur (Servizzi Korporattivi) fi ħdan il-Ministeru għall-Ghawdex jgħarraf li ser jilqa' espressjonijiet ta' interess magħluqin u immarkati: "EOI/A1017 Espressjoni ta' Interess: Sejħa għal Proposti għal Kiri ta' Propjeta fir-Rabat, Għawdex fil-kaxxa tal-offerti fil-Procurement Unit, fil-Ministeru għal Għawdex, Pjazza San Franġisk, ir-Rabat, Għawdex sa mhux aktar tard mill-10.00 ta' filgħodu tal-20 ta' Ottubru 2017. Dawk interessati ghandhom jiksbu kopja tad-dokument tal-Espressjoni ta' Interess minn fuq il-website tal-Ministeru mgoz.gov.mt jew permezz ta' email fuq procurement.mgoz@gov.mt li tindika b'mod ċar fit-titlu l-Avviz Numru EOI/A1017. MINISTERU GĦAL GĦAWDEX SID ta' proprjetà kellu jħallas xejn inqas minn €12,000 f 'kont tad-dawl u l-ilma , minkejja li hu m'għamilx użu mill-istess servizz. Dan seħħ hekk kif fl-2012 il-persuni li kienu qed jikru l-proprjetà mingħandu u li f 'isimhom kien is-servizz tad-dawl u l-ilma telqu mill-kirja, ħallew il-post fi stat mill-aktar ħażin u ħallsu biss l-istimi, fuq medda ta' tliet snin. Il-meter reader qatt ma ngħata aċċess biex ikun jista' jieħu l-qari attwali tal-konsum. Din is-sitwazzjoni ħalliet lis-sid jibbattalja f 'kurituri burokratiċi, lill-proprjetà mingħajr servizz u lill-istess sid kostrett iħallas €12,000 f 'kontijiet pendenti ta' servizz li hu qatt ma uża. Dan il- każ, żvelat fir-rapport tal- Ombudsman ippublikat din il-ġimgħa għall-perjodu ta' bejn Jannar u Diċembru 2016 jitfa' wkoll dawl fuq id-diskussjoni li għaddejja bħalissa dwar drittijiet ta' kerrejja u anke sidien ta' proprjetajiet fis-suq tal-kiri. Fil-fatt din il-ġimgħa wkoll il-Malta Developers' Association ħabbret li kienet se twaqqaf sezzjoni fi ħdanha li tagħti vuċi lil kull min huwa sid ta' proprjetà li qed tinkera. Fl-2009, jispjega l-istess rapport tal-Ombudsman, is-sid kera l-proprjetà tiegħu "u kien ittrasferixxa l-kont għas-servizzi tad-dawl u l-ilma f 'isem il-kerrej... is-sid u l-kerrej iffirmaw formola li l-kont kien qiegħed jiġi trasferit iżda f 'din il-formola ma kien hemm l-ebda provvediment għall-kontijiet mhux imħallsa mill-persuna li f 'isimha jinsab irreġistrat il-kont." Il-kerrej kien ħalla l-proprjetà f 'kundizzjoni ħażina u ma kienx informa lis-sid illi hemm bżonn li s-servizz jerġa' jiġi f 'ismu. Minn hemmhekk is-sid kien infurmat li jekk l-kumpanija ma jirnexxilihiex tiġbor il-flus mingħand il-kerrej se ddur għandu, kif fil-fatt ġara biex f 'Diċembru 2014 is-servizz kien maqtugħ mingħajr ebda avviż minn qabel. Ir-rapport tal-Ombudsman jispjega kif wara li nqata' s-servizz ftit li xejn seta' jagħmel is-sid, ħlief li jħallas l-ammont b'sistema ta' pagamenti. Dan anke jekk kien hemm arranġamenti bejn il-kerrej u l-Arms u anke jekk is-sid qatt m'għamel użu mill-istess servizz. L-Uffiċċju tal-Ombudsman kien pjuttost skjaċċanti fil- konfront tal-kumpanija Arms u akkużatha b' 'abbuż ta' poter' u b' 'azzjoni illegali' meta talbet lis-sid iħallas il-kontijiet pendenti. "Meta l-kont ġie trasferit f 'isem il-kerrej inħolqot relazzjoni kontrattwali diretta bejn l-ARMS u l-kerrej. Għalhekk, kull persuna oħra, inkluż min għamel l-ilment, li huwa s-sid tal-proprjetà, isiru terzi li ma jiffurmawx parti jew m'għandhomx x'jaqsmu mal-kuntratt, u li ma kellhom ebda interess f 'dak il-kuntratt. Għalhekk ma setgħux jinżammu responsabbli għall-pagament tal-ħlasijiet dovuti mill-persuna li f 'isimha kien jinsab il-kont," sostna r-rapport tal-Ombudsman. Sussegwentement qal ukoll illi l-Arms "ma setgħetx u ma kellhiex tabbuża mill-poter tagħha billi ma tagħtix lura s-servizzi li huma essenzjali u vitali u wieħed li mingħajrhom ma jistax igawdi l-proprjetà tiegħu." Ir-rapport tal-Ombudsman jinsisti li t-talba tal-ARMS Ltd għall-ħlas mingħand is-sid, "essenzjalment kienet waħda kontra l-liġi u ma kienet ibbażata fuq l-ebda liġi jew regolament." Intant dwar każi simili l-Ombudsman jisħaq illi f 'kull każ l-linji li fuqhom imxiet l-Arms kienu 'inaċċettabbli'. Wara li l-Ombudsman qata' l-każ u wara dawk li l-istess rapport jiddeskrivi bħala 'negozjati fit-tul' l-Arms kellha tħallas l-ammont sħiħ li sid il- proprjetà kien qed jitlob lura. Talba tal-ARMS Ltd għall-ħlas mingħand is-sid, "essenzjalment kienet waħda kontra l-liġi" agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham 79,600 multa minn speed cameras minn Liam Carter MINN Ġunju tal-2016 sa Lulju ta' 2017, il-LESA, l-aġenzija responsabbli mill-infurzar lokali, ħarġet 79,608 avviż ta' kontravenzzjoni minħabba ksur fil-limitu ta' veloċità permessa' f 'żoni mħarsa b'speed cameras. Attwalment fit-toroq Maltin, madwar 21 speed camera jinsabu installati, b'dik ta' Triq in-Nutar, Ħ'Attard tkun l-aktar waħda li kkaġunat multi għas- sewwieqa, hekk kif 12,265 multa ħarġu mil-LESA wara ksur fil-limitu tal-veloċità permessa f 'din iż-żona. Dan żvelah il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, Owen Bonnici f 'risposta għall-mistoqsija parlamentari li għamel il-membru parlamentari Hermann Schiavone.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 8 October 2017