Illum previous editions

illum 8 October 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/884697

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 35

illum | Il-Ħadd 08 ta' Ottubru 2017 22 Opinjoni I l-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent, li twaqqfet fl-2003 wara dokument li ħareġ mis- sinodu djoċesan, tkellmet b'mod iebes dwar il-qagħda ambjentali f 'Malta. Kemm is-Sunday Times kif ukoll It-Torċa rrappurtaw li, fil-fehma tal-kummissjoni, il-fiżjonomija tal- gżejjer Maltin għaddejja minn tibdiliet drastiċi, b'art verġni skjedata għal proġetti li n-neċessità tagħhom hu dibattibbli. Il-Kummissjoni tkellmet ukoll dwar l-impatt ta' strutturi high-rise f 'ċentri urbani. Bla tlaqliq ta' xejn il-kummissjoni semmiet kif "minkejja d-diskors kollu dwar is-sostennibbilità, jidher li l-impatt ambjentali tal-industrija tal-bini mhux jingħata l-importanza li jistħoqqlu." B'riżultat ta' dan, il-Kummissjoni pproponiet li l-Awtorità tal- Ippjanar għandha tkun iktar proattiva fil-qasam tal-ippjanar u mhux taħli ħafna mill-enerġija u r-riżorsi tagħha fl-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għall-ivilupp. "F'dan ir-rigward, l-involviment tal-kunsilli lokali u l-konsultazzjoni mar-residenti tal-lokalitajiet milquta hi indispensabbli." Fil-fatt, din it-tip ta' konsultazzjoni diġà qed issir. Imma jista' jkun li l-Kummissjoni Ambjent kellha f 'moħħha t-tisħiħ ta' dawn il- mekkaniżmi. Min-naħa tagħha It-Torċa rrappurtat dwar ir-rabta intima li teżisti bejn l-ispazji urbani u l-imġiba tagħna. "... jeħtieġ il- kontribut ta' diversi dixxiplini li jgħinu biex wieħed jifhem il- proċessi, is-simboliżmu u l-imġibiet tal-persuni. Mhux biżejjed it-tiftix fuq il-ġmiel tal-proġett, għax hemm iżjed valur f 'li wieħed jaqdi xorta oħra ta' ġmiel: il-kwalità tal-ħajja tan-nies, l-armonija tagħhom mal- ambjent, il-laqgħat bejniethom u l-għajnuna reċiproka," irrimarkat il-Kummissjoni Ambjent. Ħafna drabi fil-bini li tiela' lanqas il-kunċett tal-ġmiel ma jingħata importanza, aħseb u ara kemm il-kwalità tal-ħajja hi fil- konsiderazzjoni tal-investituri u l-periti li jfasslu l-proġetti. Biss, min jaħdem fil-pjanifikazzjoni tal-ambjent urban jaf kemm hi meħtieġa tip ta' arkitettura li ma tiddeumanizzax lill-bnedmin. Wara t-Tieni Gwerra, mis-snin ħamsin sas-snin sebgħin tas-seklu għoxrin żviluppa tip ta' bini għoli bil-konkrit jew materjal prefabbrikat magħruf bħala "arkitettura brutali". Dan it-tip ta' bini kien ittella' b'mod relattivament irħis minħabba li f 'bosta bliet Ewropej u fil-pajjiżi tal- Ewropa tal-Lvant kien hemm nuqqas ta' akkomodazzjoni affordabbli. Saru diversi studji dwar kif din l-arkitettura affettwat in-natura ta' kif tinbena komunità, il-profili demografiċi u l-effetti psikosoċjali fuq ir-residenti ta' blokkijiet goffi. Fil-kuntest tagħna, ta' min jara x'inhuma l-effetti fuq l-imġiba tal-Maltin, issa li pajjiżna sar jixbah sit kbir ta' kostruzzjoni, bi krejns, trakkijiet, bowsers u inġenji mostrużi oħra kull fejn tara. Il-kanċer: il-marda ta' żmienna Minbarra l-effetti psikoloġiċi, il-manija għall-bini bla rażan qed tħalli effetti serji fuq saħħitna, bit-trabijiet isoddu l-pulmuni taċ- ċittadini, kbar u żgħar. Żgur li ajra mniġġsa tikkontribwixxi għal rati iżjed għolja ta' kanċer. Il-ġimgħa li għaddiet il-gazzetta l-orizzont kellha rapport dwar l-implimentazzjoni tat-Tieni Pjan Nazzjonali dwar il-Kanċer. Hemm diversi fatturi għalfejn wara l-mard tal-qalb, il-kanċer, fid-diversi forom tiegħu, hu l-iktar marda li twassal għal fatalitajiet. Kwistjonijiet ġenetiċi, oħrajn marbuta mal-istil tal-għixien u l-fatt li qegħdin ngħixu iktar fit-tul, ilkoll jikkontribwixxu għal żieda fl-inċidenza tal-marda. Il-Pjan jittratta diversi aspetti tal-kanċer, mill-prevenzjoni sal- inklużjoni ta' mediċini ġodda kontra l-kanċer fuq il-formolarju ta' mediċini bla ħlas. Se tkompli tingħata attenzjoni lill-programmi ta' screening, dijanjożi bikrija, u l-kura u t-trattament, għajnuna psikoloġika lill-pazjenti u 'l-familjari tagħhom u l-kura paljattiva f 'każijiet terminali. Aħbar li tidher sensazzjonali u li dehret fit-Telegraph online hi dwar riċerka li wriet li iktar hemm ċans li persuna timrad bil-kanċer milli tiżżewweġ jew ikollha l-ewwel tarbija. Din l-istatistika tgħodd għar-Renju Unit, u għalkemm ir-rata taż-żwieġ hawn Malta għadha għolja, żgur li r-rati tal-kanċer qed joktru minn sena għal oħra. Naturalment, id-dijanjosi kmieni u programmi ta' screening, kif indikati fil-pjan ħolistiku għall-kanċer, hu rifless ukoll f 'rati għola ta' kanċer (minħabba li l-marda tinqabad kmieni). Wieħed irid jara wkoll kemm bi trattamenti iktar sofistikati il-pazjenti qed jgħixu iżjed. Los Angeles mgħarrqa fid-demm Wara li Stephen Paddock, raġel irtirat ta' 64 sena, spara minn kamra ta' lukanda f 'Sunset Strip, Los Angeles, fuq folla li kienet qed tattendi kunċert tal-mużika country and western, bdiet ir-rettorika tas-soltu. Hu faċli għall- istazzjonijiet televizivi li jridu jxandru lejl u nhar iġibu kelliema favur u kontra l-kontroll tal-armi fl-Istati Uniti. B'hekk il-produtturi ta' programmi ta' ġrajjiet kurrenti joħoqu djalettika faċli, bl-agrumenti skjerati minn qabel. Biss, il-BBC irnexxielu jġib kummentatur differenti li innota li ġaladarba l-Amerika ma ħaditx azzjoni fl-2012 meta Adam Lanza ta' 20 sena daħal fl-iskola primarja ta' Sandyhook u spara u qatel għoxrin tifel u tifla u sitt adulti, lanqas mhi se tittieħed azzjoni issa. Jekk dak il-qtil tal-innoċenti m'heżżiżx lill-Amerika, xejn mhu se jheżżiżha. L-Amerika għadha l-art tal-gangsters. B'sistema ekonomika u soċjali li ma toffri l-ebda rifuġju mill-vjolenza psikopatika. MARIO AZZOPARDI Kliem iebes dwar l-ambjent Ħafna drabi fil-bini li tiela' lanqas il-kunċett tal-ġmiel ma jingħata importanza, aħseb u ara kemm il-kwalità tal-ħajja hi fil- konsiderazzjoni tal- investituri u l-periti li jfasslu l-proġetti. Fil-kuntest tagħna, ta' min jara x'inhuma l-effetti fuq l-imġiba tal-Maltin, issa li pajjiżna sar jixbah sit kbir ta' kostruzzjoni, bi krejns, trakkijiet, bowsers u inġenji mostrużi oħra kull fejn tara. Malta: Il-gżira tal-krejns, trakkijiet u bowsers.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 8 October 2017