Illum previous editions

illum 8 October 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/884697

Contents of this Issue

Navigation

Page 33 of 35

illum | Il-Ħadd 08 ta' Ottubru 2017 Sports 34 SLOBODAN Nikic rebaħ kulma għandu x'joffri l-waterpolo mondjali. Huwa plejer komplut b'suċċessi kbar u kwalitajiet partikolari. Kien jagħmel parti mit- tim nazzjonali ta' pajjiżu għal aktar minn 15-il sena fejn rebaħ diversi unuri kemm kollettivi kif ukoll professjonali. Dan l-aħħar iddeċieda li jirtira mit- tim nazzjonali sabiex jagħti ċans għal demm aktar żagħżugħ. Nikic kien jagħmel parti mit-tim nazzjonali ta' pajjiżu għal aktar minn 15-il sena fejn rebaħ diversi unuri kemm kollettivi kif ukoll professjonali. Dan l-aħħar iddeċieda li jirtira mit- tim nazzjonali sabiex jagħti ċans għal demm aktar żagħżugħ. Huwa ddeskriva tmiem il-karriera tiegħu mas-Serbja bħala wieħed tal- ħolm hekk kif rebaħ dak li ilu tant jixtieq. Fil-fatt is-Serbja huwa tim ferm qawwi fix-xena tal-waterpolo mondjali u dejjem kienu fuq quddiem nett għal rebħ ta' xi midalja jew unur. Unuri li Nikic mhux nieqes minnhom hekk kif rebaħ il-midalja tad-deheb fl-Olimpijadi riċenti li saru f 'Rio de Janeiro, il-fidda fil-logħob tal- 2004 u l-bronż fl-2012. Barra minn hekk kien parti mit- tim illi rebaħ it-Tazza tad-Dinja tliet darbiet u l-kampjonati Ewropej ħames darbiet. Fis-sena 2015 sar l-ewwel plejer tal-waterpolo illi rebaħ tliet midalji tad-deheb fil-Logħob Dinji. Fuq nota umoristika dik is-sena Nikic kien qal illi waqaf jgħodd il-midalji li rebaħ għalkemm dik li verament xtaq kienet għadha ma waslitx. Sena wara l-ħolma tiegħu saret realtà. Fuq livell ta' klabb is-suċċessi ma naqsux meta rebaħ il-LEN Euroleague u l-LEN Super CUP fis-sena 2010 mal- klabb Taljan ta' Pro Recco. Wara dan il-perjodu, Nikic kompla l-karriera tiegħu fit-Turkija meta ffirma ma' Galatasaray. Fis-sena 2016 rebaħ il-Majska Nagrada Award, unur mogħti mill- Assoċjazzjoni Sportiva tas-Serbja għas-sehem tiegħu fir-rebħ tal-midalja tad-deheb fl-Olimpijadi. Dan is-sajf Nikic ġie akkwistat mill-klabb tal-waterpolo lokali Exiles Freight sabiex jgħin lit-tim bl- esperjenza tiegħu filwaqt illi jkun ta' ispirazzjoni għad-diversi żgħażagħ li jilagħbu ma' Exiles. Dan il-klabb qed jiċċelebra l-ħamsin sena anniversarju mit-twaqqif tiegħu u l-akkwist tal-plejer Serb kompla żejjen aktar l-iskwadra li għandha ambizzjonijiet kbar għall-futur. Fil-fatt kien proprju l-president ta' Exiles, Andrew Paris illi xtaq lil Nikic fl-iskwadra u dan kollu ser iservi ta' stimulu għal tim mimli entużjażmu. Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il- waterpolo? Niftakar illi kont noqgħod viċin il-belt ta' Belgrad u kont ta' spiss immur ngħum fil-pixxina tal-klabb ta' Partizan Belgrade. Aktar tard fi tfuliti bdejt nieħu l-għawm aktar bis-serjetà tant illi kont iddeċidejt illi nitħarreġ fid-distanza tal-mitt metru. Bdejt nieħu sehem fil- kompetizzjonijiet u kont nirbaħ ta' spiss xi tellieqa. Imbagħad kelli lil ħija li huwa tmien snin ikbar minni u kien jilgħab il-waterpolo. Kont ta' spiss immur narah jilgħab mal-klabb li kien jilgħab miegħu. Hu indirettament serva ta' ispirazzjoni sabiex nibda nitħarreġ fil-waterpolo. Minn hemm 'l hemm qatt ma ħarist lura u llum qbiżt l-għoxrin sena sew nipprattika dan l-isport. Kemm huwa importanti li plejer tal-waterpolo jkun ukoll għawwiem tajjeb? Huwa fundamentali nistgħu ngħidu hekk li tkun għawwiem tajjeb għax inkella ma tkunx tista' tlaħħaq mal- pass veloċi tal-logħba. Fil-fatt meta tifel jibda jitrenja l-waterpolo jagħmel l-ewwel sentejn jitgħallem jgħum sew sabiex fl-istess ħin iżid iktar il-konċentrazzjoni u l-ħeffa waqt l-għawma. Imbagħad ladarba jkun tgħallem dawn l-affarijiet jibda jkun hemm logħob bil-ballun u ftit ftit ikun jista' jitgħallem il-ħiliet bażiċi biex isir plejer tal-waterpolo. X'taħseb dwar it-tim nazzjonali Malti tal-waterpolo? It-tim nazzjonali Malti tjieb ferm f 'dawn l-aħħar snin b'diversi plejers ta' livell għoli li jilagħbu mat-timijiet lokali. Xhieda ta' dan huwa meta Malta kkwalifikat għall-kampjonati Ewropej illi saru f 'Belgrade. Huma wrew logħob vera sabiħ minkejja l-oppożizzjoni qawwija illi kellhom u komplew jikkonfermaw illi mixjin fit-triq it-tajba. Nittama illi Malta terġa' tikkwalifika fil-kampjonati Ewropej illi jmiss li ser isiru f 'Barċellona matul is-sena li ġejja. Hija pixxina sabiħa u miftuħa u naraha ideali għal-logħob tal- waterpolo. Min jiġi jara logħba hawnhekk tista' tgħid illi jieħu pjaċir għax ikun ferm viċin il-plejers u fis- sajf toħloq ambjent ferm sabiħ. Normalment jien nilgħab fix-xitwa ġo pixxini li jkunu ġewwa u hawnhekk tista' tara d-differenza fl-ambjent u kollox. Mhux faċli illi ġġib lin-nies jaraw logħba waterpolo f 'pajjiżna għax il-kultura hija ferm differenti minn Malta. F'pajjiżkom 75% tat-temp huwa dejjem xemxi għalhekk tiflaħ titħarreġ barra. Fis-Serbja t-temp ġieli jkun ferm kiesaħ u għalhekk diffiċli illi jkun hemm attendenzi kbar waqt logħba waterpolo b'mod partikolari fix-xitwa. Semmejt l-ispettaturi. X'jidhirlek mill-ambjent illi joħolqu dawn il- partitarji? L-ispettaturi huma dilettanti ferm tal-waterpolo. Jidher illi f 'Malta hawn tradizzjoni kbira f 'dan l-isport li huwa marbut ħafna mas-sajf. Is-sabiħ tal-waterpolo Malti huwa illi hawn kampjonat akkanit b'diversi plejers ta' isem kemm lokalment kif ukoll internazzjonalment. U naturalment dan iġiegħel lill- partitarju Malti jsegwi b'mod aktar interessanti dan il-logħob, jidħol litteralment fihom u jinkoraġġixxi b'mod qawwi lit-tim favorit tiegħu. Kif ħassejtek meta kont irbaħt il-midalja tad-deheb fil-Logħob Olimpiku ta' Rio mat-tim Serb? Ħassejtni ferħan u sodisfatt b'dak li rnexxielna nagħmlu bħala tim. Minn dejjem kienet il-ħolma ta' ħajti illi nirbaħ xi midalja tad-deheb fil- waterpolo u rnexxieli. Vera li domt xi ftit biex wasalt għaliha għax illum il-ġurnata għandi 34 sena imma kif jgħidu aħjar tard milli qatt. Jien kelli x-xorti wkoll illi nilgħab ma' tliet ġenerazzjonijiet tal-waterpolo mat-tim nazzjonali u għalhekk kelli esperjenza ma' diversi plejers ta' fama li minnhom tgħallimt ħafna. Konna ilna għaliha din il-midalja għax niftakar fl-2004 konna tlifna l-finali f 'Ateni proprju fl-aħħar sessjoni u dan kien ta' diżappunt kbir għalina. Nasal biex ngħid li din il- ġenerazzjoni li rebħet il-midalja tad- deheb kien jistħoqqilha ferm. Ħdimna bla heda sabiex naslu għal dan il-pass. Aktar minn hekk il-finali ta' Rio kienet l-aħħar logħba tiegħi mat-tim nazzjonali minħabba li rtirajt minn magħhom. Wasalt għal din id-deċiżjoni minħabba illi tajt kontribut siewi lil pajjiżi sabiex niksbu s-suċċessi mixtieqa. Apparti l-midalja tad-deheb għandna midalji oħra tal-bronż u tal- "Importanti illi ż-żgħażagħ jipprattikaw xi tip ta' sport mhux bilfors waterpolo għax tajjeb għas-saħħa. U jekk int trid sfida ġdida għalhekk il-waterpolo huwa l-isport għalik. Dan l-isport jgħinek ħafna fid-dixxiplina miegħek innifsek u anke fir-relazzjoni mal- membri tat-tim." Rebbieħ ta' kulma għandu x'joffri Cristian Antony Muscat Slobodan Nikic - Rebbieħ ta' kulma għandu x'jori l-waterpolo mondjali u plejer komplut b'suċċessi kbar u kwalitajiet partikolari. "Huwa importanti ħafna li żgħażagħ Maltin jaraw il- mod professjonali kif jitrenjaw klabbs barranin. Din l-esperjenza tista' tgħinhom biex iżidu aktar il-ħiliet tagħhom filwaqt li jkomplu juru progress. Huwa fundamentali li jkollhom staġun sħiħ minn Settembru sa Mejju fejn ikun hemm sessjonijiet ta' taħriġ regolari u ċ-ċans illi jagħmluha ma' plejers professjonali."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 8 October 2017