Illum previous editions

illum 15 October 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/887358

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 35

Nr 574 • 15 ta' Ottubru 2017 www.illum.com.mt €1.00 NEWSPAPER POST Bla kuntratt...u bla drittijiet? Ara paġni 12-13 • Ħafna ħaddiema fil-gaming sfurzati jfittxu kirjiet irħas • Anke għal pagi 'medji' fil-gaming il-kirjiet qed ikunu ta' piż Minn Albert Gauci Cunningham MINKEJJA li s-suġġett tal-kirjiet għoljin dejjem tratta każijiet ta' individwi u familji bi qligħ baxx jew każi soċjali, fil-fatt il-prezz dejjem jogħla tal-kirjiet issa qed jaffettwa wkoll mijiet ta' impjegati barranin fis- settur tal-gaming f 'pajjiżna, b'pagi li huma bil- ferm iktar mill- paga minima lokali. Persuni li jaħdmu f 'dan il-qasam u li tkellmu ma' din il-gazzetta qalu illi fost ħafna impjegati, li mhumiex fil- maniġment u li allura għandhom pagi medji, hemm dwejjaq u skuntentizza għall-fatt li l-kirjiet qed jieklu dejjem aktar mill-paga tagħhom. Impjegat f 'kumpanija tal-gaming f 'Paceville spjega kif minkejja l-idea ta' affluwenza fost il-ħaddiema f 'dan is-settur, ħafna minn dawk li mhumiex f 'livell ta' maniġment qed jiġu mbuttati 'l barra mil-lokalitajiet bħal Tas- Sliema, San Ġiljan, Paceville, Swieqi u l-madwar biex issa qed jgħixu f 'lokalitajiet fejn il-kirjiet għadhom ma laħqux prezz għoli ħafna. Fil- lokalitajiet msemmija, kirja medja tista' tibda minn €700/€750 kull xahar u tibqa' tiela' saħansitra sa €1,200/€1,300 kull xahar. Għal ħaddiem fil-qasam tal-Gaming, mhux f 'livell ta' maniġment imma fuq livelli iktar baxxi ta' kontenut, teknika u Customer Care, dan jista' jirrapreżenta bejn 38.8% u 41.6% tal-paga jekk il-kirja tkun madwar €700/€750 u tibqa' tiela' sa 66.6% u 72.2% f 'każ ta' kirja ta' €1,200/€1,300. (Dan huwa kalkolu maħdum fuq qligħ ta' €1,800 fix-xahar wara li taqta' t-taxxa u bolla). L-ingassa tal-kirjiet tagħfas Iridu lil Clyde Puli flok Ann Fenech u Kristy Debono flok Karol Aquilina Minn Albert Cunningham HEKK kif bħalissa għaddej iktar ċaqlieq fil-Partit Nazzjonalista l-gazzetta ILLUM tinsab infurmata li t-tmexxija preżenti tal-PN qed timbutta lil Clyde Puli biex ikun hu l-President tal-Eżekuttiv tal-PN, kariga li sal-lum għadha okkupata minn Ann Fenech. L-ILLUM tinsab infurmata wkoll li Kristy Debono qed tiġi mbuttata biex tieħu post Karol Aquilina bħala President tal-Kunsill Amministrattiv. Kemm Puli kif ukoll Debono, kienu qed jappoġġjaw il-kandidatura ta' Adrian Delia b'Puli kien mistenni li jikkontesta l-kariga ta' Viċi Kap tal-PN. Intant l-ILLUM tinsab infurmata wkoll li Pierre Portelli, eks- Editur mal-gazzetta The Malta Independent, qed jissemma bħala l-Assistent Personali ta' Delia, minflok Matthew Gatt li kien l-assistent ta' Simon Busuttil. Tkompli f 'paġna 14 Tkompli f 'paġna 7 Tkompli f 'paġna 3 Ma' jridux 'name and shame' ta' pajjiż partikolari Minn Jesmar Baldacchino HEKK kif ir-rapport finali tal-Kumitat PANA tal- Parlament Ewropew riesaq biex jiġi finalizzat, l-MEPs qablu li m'għandux ikun hemm 'name and shame' tal-pajjiżi li ġew imniżżla fl- abbozz tar-rapport. Malta iżda se tibqa' tissemma flimkien ma' pajjiżi oħra bħar-Renju Unit, il- Lussemburgu u Ċipru.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 15 October 2017