Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/887358
7 Il-Ħadd 15 ta' Ottubru 2017| illum Aħbarijiet Jekk inti sid ta' negozju żgħir, dan huwa s-servizz li kont qiegħed tistenna. Nintroduċu servizz finanzjarju ġdid għan-negozju u l-ħajja personali tiegħek. Approvat u maħruġ mill-HSBC Bank Malta p.l.c., istituzzjoni ta' kreditu liċenzjata mill-MFSA taħt it-termini tal-Att Bankarju tal-1994. Indirizz reġistrat: 116, Triq l-Arċisqof, Valletta VLT1444 Malta 98262 - 09/17 Għal aktar informazzjoni Ċempel 2380 2389 Mur f'waħda mill-fergħat tagħna Żur hsbc.com.mt/fusion Għal ma' Casa jimbuttaw lil Jean Pierre Debono Tkompli minn paġna 1 Il-gazzetta ILLUM tinsab infurmata wkoll li l-ġurnalist ta' Media.Link Dione Borg, se jkun qed jikkontesta għall-Eżekuttiv tal-PN biċ-ċans ukoll li jkun kandidat għall-kariga ta' Deputat Segretarju Ġenerali. Jean Pierre Debono, li ċeda s-siġġu tiegħu biex Delia jkun jista' jieħu postu fil-Parlament qed jiġi imbuttat għal Segretarju Ġenerali jew Teżorier, imma dan sakemm David Casa juri l-interess li jagħmel dan. Il-Membru Parlamentari Ewropew Casa ilu li wera interess fil-kariga ta' Segretarju Ġenerali minn Diċembru tas-sena l-oħra, li esprima din ix-xewqa. David Casa huwa membru tal-Eżekuttiv tal-PN, jiġifieri jista' jistenna biex jara kif se jmorru n-nies li ħerġin għall-Eżekuttiv u li bħalu kienu qed jappoġġjaw lil Chris Said, biex ikollu l-maġġoranza li jivvutawlu għal Segretarju Ġenerali. Wieħed irid jara l-iskadenzi taż-żmien quddiemu biex jitfa' n-nomina. Mhux eskluż li Paula Mifsud Bonnici li ma ġietx eletta fil-Parlament u li se toħroġ għall-eżekuttiv tal-PN, timmira għal kariga. Tanker maħsub mgħarraq fi sparatura fil- Libja jinstab qrib Malta ITTANKER Goeast, li huwa rreġistrat fil-gżejjer Komoros, u li kien maħsub li għereq wara li kien involut fi sparatura mal-gwardjani kostali Libjani, instab ftit 'il barra mill-kosta ta' Malta. Sal-bieraħ filgħaxija t-tanker kien għadu ankrat. Fil-ġranet li għaddew, il-gwardjani kostali Libjani sparaw tiri lejn dan it-tanker, li s-sidien tiegħu huma mill- Krimea, wara li l-kaptan ma obdiex l-ordnijiet li jħallihom jitilgħu abbord u jwettqu tfittxija fuq suspetti li kien qed iġorr 'diesel' tal-kuntrabandu. Il-midja fil-Libja kkonfermaw li t-tanker reġa' tfaċċa l-Ħamis wieqaf qrib Malta kif deher ukoll mis-sit Marine Traffic. Filmat tal-gwardjani kostali Libjani juri kif it-tanker kien intlaqat mit-tiri sparati u l-ewwel rapporti kienu qed jindikaw li x'aktarx kien inqaleb u għereq aktar tard. It-tanker spiċċa bi ħsarat fil- magni u t-tankijiet tal-fjuwil. L-Awtoritajiet Libjani sostnew li kienu ilhom josservaw it-tanker, li kien ankrat f 'Bukhamash, minfejn għabba l-fjuwil. Is-sidien Russi tat-tanker qalu li mhux minnu li t-tanker kien involut fil- kuntrabandu iżda kien hemm diżgwid finanzjarju bejn kumpanija mill-Iżvizzera, li kkummissjonat lit-tanker u persuni Libjani. Ir-Russi qed isostnu li ħadd mill-membri tal-ekwipaġġ ma ndarab jew miet. Wara l-isparatura, l-gwardjani kostali Libjani marru lura Tripli. David Casa Dione Borg Jean Pierre Debono Paula Mifsud Bonnici