Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/887358
Il-Ħadd 15 ta' Ottubru 2017 | illum Sports 29 PLEJERS irġiel u nisa tat-tim nazzjonali Norveġiż se jkunu qed jirċievu l-istess ammont ta' salartu, f 'dak li huwa mifhum li hija xi ħaġa li qed isseħħ għall-ewwel darba fl-istorja tal-futbol mondjali. Dan hekk kif normalment plejers irġiel li jirrapreżentaw lil pajjiżhom ikollhom salarji bil-bosta ikbar minn dawk tan-nisa. L-ammont ta' salarju li se jkunu qed jirċievu plejers tat-tim nazzjonali tan-nisa se jkun qed jirdoppja minn €330,740 għal €640,130 fis-sena. Dan il-ftehim intlaħaq hekk kif it-team nazzjonali Norveġiż tal-irġiel qabel li jkollu tnaqqis fis-salarju tiegħu biex ikun hemm ristrutturar fis-salarji u b'hekk it-team nazzjonali tan-nisa ikollu l-istess salarju għal dak tal-irġiel. Il-winger Norveġiża Caroline Graham Hansen irringrazzjat bis-sħiħ lit- team nazzjonalli tal-irġiel għal din id-deċiżjoni li ħadu. F'post li tefgħet fuq Instagram, hija qalet li forsi d-deċiżjoni li ħa t-team nazzjonali tal-irġiel Norveġiż kienet xi ħaġa żgħira għalihom u forsi din mhux se tkun qed tħalli effett partikolari fuq is- salarji tagħhom. Iżda hija saħqet li dan kollu jfisser ferrm għat-tim nazzjonali tan-nisa, għall-isport tagħhom u għall-atleti nisa mxerrdin madwar id-dinja kollha li jagħmlu l-istess xogħol u jipprattikaw l-istess sport bħal dak tal-irġiel iżda jitħallsu ferm inqas. Dan mistenni jġib bidla konsiderevoli fil-ħajja ta' dawn il-plaejerr Norveġeiżi nisa hekk kif uħud minnhom jaħdmu u jistudjaw ukoll barra li jilagħbu l-futbol, u b'hekk ftit li xejn ikollhom ċans li jtejbu l-wirjiet tagħhom fil-grawnd. Intant, il- Federazzjoni tal-Futbol Norveġiża qed tqis dan il-pass bħala investiment fit-tul biex ikompli jiżdied il-livell tat-tim nazzjonali tan-nisa. Dan il-kunċett fejn it-tim nazzjonali Norveġiż tal-irġiel u dak tan-nisa se jkollu l-istess salarju se jiġi introdott fil- bidu tas-sena d-dieħla. It-Tim Nazzjonali Norveġiż tal-irġiel u tan-nisa se jkollhom l-istess salarju It-tim nazzjonali Norveġiż tal-irġiel It-tim nazzjonali Norveġiż tan-nisa ISSITT u l-aħħar tellieqa tal-BDO Malta Cross Country Mountain Bike National Point Series għalqet staġun mimli b'azzjoni ta' kwalità ġewwa l-Miżieb fejn iktar minn 30 ċiklista ħadu sehem. Il-Kategorija Elite reġgħet rat kompetizzjoni missielta bejn il-kontendenti għat- titlu Etienne Bonello, Patrick Scicluna u Maurice Formosa. Filwaqt li ċ-ċiklisti kollha taw prestazzjoni tajba, minkejja l-attakki validi minn Bonello, kienu t-tattiċi ta 'Formosa li ppermettulu jagħlaq dak li kien staġun kemmxejn diżappuntanti b'rebħa qawwija u vantaġġ komdu ta' 2 minuti 23 fuq Bonello. Scicluna daħal fit-tielet post. Il-kategorija tan-Nisa rat l-akbar parteċipazzjoni fis- Serje kollha, meta ħadu sehem ħames ċiklisti. It-tellieqa rat ir-ritorn ta' Marie Claire Aquilina u Danica Bonello Spiteri li ma ħadux sehem fit- tellieqa preċendenti minħabba impenji internazzjonali. Fost iċ-ċiklisti nisa kien hemm iċ- Ċampjon Ewropea u Dinjija tad- Downhill Petra Wiltshire. Aquilina mill-ewwel ħadet postha fuq quddiem u żammet distakk komdu fuq Danica Bonello Spiteri. Aquilina żammet vantaġġ ta '9 minuti Bonello Spiteri. Madankollu Bonello Spiteri, minkejja ħabta kemmxejn kerha waqt kompetizzjoni barra mill-pajjiż il-ġimgħa ta 'qabel, kellha tellieqa tajba. Fit-tielet post, Claudine Gatt, rebbieħa tat-tellieqa preċedenti, irreġġistrat ħin tajjeb. Kif kien mistennifil-Kategorija Open,kienet imwiegħda ġlieda sal-aħħar bejn Ryan Darmanin u Mark Zammit partikolarment. Zammit ħa l-vantaġġ mill-ewwel iżda Darmanin baqajafas ma' Zammit. Madankollu, l-isforz ta'Darmanin sfaxxaw meta hu sofra panċer fl-aħħar dawra. B'hekk Zammit irreġistra rebħa oħra fis-Serje. Fit- tieni pozizzjoni daħal Anton Muscat, li pass pass irnexxilu jersaq fuq quddiem sa kemm għeleb lil Francesco Sultana, sabiex jassigura l-ewwel post tiegħu fuq il-podju għas-Serje 2017. Gejtu Catania u Enrico Brandamante qabdu ritmu tajjeb fil-Kategorija Masters, iżda Domenic Cutajar b'determinazzjoni soda spiċċa fuq quddiem, segwit minn Mark Portelli u Derek Pepe. Huma kisbuit-tliet postijiet fuq il-podjurispettivament. Għal darb'oħra, il-Kategorija Junior rat lil żgħażugħ Nicholas Attard Montalto bħala l-uniku kompetitur. Attard Montalto pproduċa wirjiet konsistenti u tajbin matul is-Serje. "L-istaġun tal-2017 kien wieħed ta' suċċess, filwaqt li naraw oqsma fejn nistgħu ntejbu il-parteċipazzjoni, rajna tkabbir f 'ħafna oqsma. Naturalment hemm lezzjonijiet li wieħed għandu jitgħallem minnhom u ninsabu kunfidenti li l-2018 ser tkun is-sena aħjar," qal Pierre Zammit Endrich, President, Malta Mountain Bike Association. "Nixtiequ nirringrazzjaw lill-isponsors tagħna, liċ-ċiklisti u voluntiera li jagħmlu ħafna sforz b' dedikazzjoni biex jiżguraw li s-Serje sseħħ u tikber". Hekk kif il-BDO Malta Cross Country Mountain Bike National Point Series ġiet fit-tmiem tagħha, iċ-ċiklisti ser jiffokaw l-attenzjoni tagħhom fuq il-Kampjonati Nazzjonali li se jsiru f 'Selmun illum il-Ħadd 15 ta' Ottubru. Ir-rebbieħa tal- BDO Malta Cross Country Mountain Bike National Point Series se jkunu mħabbra matul il-lejla tal- Premjijiet li ser tkun ospitata mill-Assoċjazzjoni nhar is- Sibt 11 ta 'Novembru. Is-Serje Cross Country 2017 kienet sponsorjata minn BDO Malta u appoġġjata minn Magri Cycles, Carm & Co Ltd (prodotti tas-SIS), Island Beverages (H20nly) u MTB Malta. Għall-aħħar aħbarijiet u l-kalendarju tal-avvenimenti ta' l-Assoċjazzjoni, jekk jogħġbok żur - http://www. maltamountainbike.org. mt u Facebook u paġni ta 'Instagram. Inkella tikkuntattja lill-Assoċjazzjoni fuq info@maltamountainbike. org.mt Formosa u Aquilina jiddominaw it-tellieqa fi nali tal-BDO Malta Cross Country Mountain Bike National Point Series Dr Angelo Chetcuti u Kevin Azzopardi jindirizzaw lill-media preżenti Marie Claire Aquilina -azzjoni Ritratt - Angie Conti