Illum previous editions

illum 15 October 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/887358

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 35

illum Il-Ħadd 15 ta' Ottubru 2017 Sports 32 X'qed jinħema mix-xena tal-futbol ANTHONY MARTIAL - Arsenal qed jibdew jaħdmu sabiex iġibu magħhom lill-attakkant Franċiż ta' Manchester United Anthony Martial bħala s-sostitut ta' Alexis Sanchez illi ser jitlaq lill-Gunners fil-futur qarib. The Mirror qed tirrapporta li Arsene Wenger huwa ħerqan illi jakkwista lillkompatrijott tiegħu u jemmen li jista' jintegra tajjeb mat-tim minn Londra. Martial s'issa ftit sab postu fl-ewwel 11 ta' Jose Mourinho hekk kif daħal dejjem bħala sostitut fil-logħbiet tal-kampjonat ta' Manchester United. Huwa għandu 21 sena u kellu esperjenzi wkoll ma' Lyon u Monaco fil-Ligue 1 Franċiża. ANDREA PIRLO - F'intervista illi kellu ma' Gazzetta dello Sport, l-ex player ta' Inter, Juventus u AC Milan Andrea Pirlo ikkonferma illi ser jirtira mill-football f'Diċembru illi ġej meta jintemmlu l-kuntratt tiegħu ma' New York City fl-Istati Uniti. "Tibda tinduna illi issa m'għadekx żgħir. Ma tistax tibqa' tilgħab sa 50 sena żgur! Tibda tinduna illi jkollok iktar problemi fiżiċi u ma tistax titħarreġ kif tixtieq," stqarr Pirlo mal-gazzetta Taljana. Xi xnigħat qegħdin jgħidu illi l-player ta' 38 sena jista' jkun viċi-coach ta' Antonio Conte ma' Chelsa, għalkemm ċaħad din l-aħbar. Pirlo ser jirritorna l-Italja matul il-festi tal-Milied fejn jixtieq jieħu ftit taż-żmien sabiex jiddeċiedi l-pass illi jmiss wara l-irtirar tiegħu. SERGIO AGUERO - B'Manchester City illi qed jippjanaw ċifra ta' 20 miljun lira sterlina għall-akkwist tal- attakkant ta' Arsenal Alexis Sanchez jidher illi l-futur tal-plejer Arġentin Sergio Aguero jinsab f 'dubju. Fil- fatt dan tal-aħħar qed jara postu fit-tim mhedded bit-transfer eventwali ta' Sanchez li jista' jseħħ fix-xhur illi ġejjin. U huwa għalhekk illi d-diriġenti ta' AC Milan qed jippreparaw sabiex jiksbu sservizzi ta' Aguero skont ma' irrappurtat il-gazzetta Ingliża The Daily Mail. Il-ġurnal irrapporta illi l-kowċ tas-City Pep Guardiola lest li jħalli lil Aguero jitlaq sabiex jagħmel spazju għal Sanchez. Min-naħa tar-Rossoneri, dawn jinsabu ottimisti illi bl-akkwist tal-attakkant Arġentin, il-famuż top player sa fl-aħħar jasal f 'Milan. COUTINHO - Paris Saint-Germain ser jissieltu mal-ġganti Spanjoli Barcelona sabiex jakkwistaw lill-midfielder ta' Liverpool Philippe Coutinho. Skont is-sit Sport, PSG diġà għamlu kuntatt ma' rappreżentanti ta' Coutinho sabiex jakkwistawh għas-sajf illi ġej hekk kif qed tissemma' ċ-ċifra ta' 150 miljun ewro. Sadanittant il-Brażiljan Neymar diġà bagħat messaġġ lill-kompatrijott tiegħu sabiex iħajjru jiġi fil-belt kapitali Franċiża u fil-jiem illi ġejjin mistenni jkun hemm iktar żviluppi. Coutinho kien viċin ħafna illi jitlaq lir-Reds fis-sajf iżda fl-aħħar mill-aħħar baqa' AnfieldRoad għallinqas għal staġun ieħor. LUKA MODRIC - Is-sit sportiv Spanjol Diario Gol żvela esklussivament illi l-player Kroat ta' Real Madrid Luka Modric kien qed jgħaddi informazzjoni sigrieta u sensittiva lill-kowċ ta' Manchester United Jose Mourinho. L-artiklu jiżvela illi Modric kien qed jgħid lill-manager Portugiż dwar xi affarijiet illi kienu qed jinqalgħu fid-dressing room tal-Merengues bil-għan illi jikseb isservizzi tal-plejer Gareth Bale. Minkejja kollox, Bale ma ngħaqadx mat-tim minn Manchester hekk kif iddeċieda li jibqa' f 'Madrid. Mhux magħruf jekk jittieħdux xi tip ta' passi kontra Modric dejjem jekk dawn l-allegazzjonijiet ikunu veri. ANDRE ONANA - Bil-goalkeeper ta' Napoli Pepe Reina illi probabbilment ser jilgħab l-aħħar staġun tiegħu mal-Partenopei, id-diriġenti tal-klabb qed jaħsbu għal sostitut denju li jimla l-vojt tiegħu. L-istess diriġenti qed jaħdmu qatigħ sabiex isibu soluzzjoni u għajnejhom waqgħu fuq il-goalkeeper ta' Ajax Andre Onana.Dan huwa goalkeeper mill-Kamerun, għandu 21 sena u qed jimpressjona mhux ftit fl-Eredivisie Olandiża. F'Jannar jidher illi għandu jkun hemm żviluppi u ma tkunx ħaġa kbira li Napoli jiksbu s-servizzi tiegħu. JAMES RODRIGUEZ - James Rodriguez irid jerġa jirritorna jilgħab fi Spanja ma' Real Madrid iktar u iktar wara li l-eks kowċ ta' Bayern Munich Carlo Ancelotti ġie mkeċċi. L-internazzjonali Kolombjan ingħaqad maċ-champions Ġermaniżi f 'Lulju li għadda filwaqt illi ffirma kuntratt ta' sentejn. Madankollu Rodriguez qed isibha diffiċli jidra fil-belt Ġermaniża u l-fatt illi Ancelotti tneħħa mill-kariga aktar saħħaħ il-fehma tal-player illi jitlaq mill-Bavarja. minn Cristian Antony Muscat IVAN PERISIC - Minkejja illi ffirma kuntratt ġdid ma' Inter ix-xahar illi għadda illi jorbtu malklabb sas-sena 2022, Manchester United xorta ser jippruvaw jerġgħu jakkwistaw lil Ivan Perisic matul is-sajf illi ġej. Dan żvelatu La Gazzetta dello Sport illi sostniet illi d-diriġenti tar-Red Devils lesti jħaddmu l-klawsola ta' 54 miljun lira sterlina sabiex dan il-plejer jiġi rilaxxat. It-team minn Manchester għamel sajf sħiħ jiġri wara l-plejer Kroat iżda eventwalment baqa' ma' Inter tant illi ġedded ukoll il-kuntratt tiegħu. Minkejja kollox jidher illi l-kowċ Jose Mourinho irid lil dan il-player hekk kif fis-sajf li ġej ser jerġa' jagħmel tentattiv sabiex jiksbu s-servizzi tiegħu. FEDERICO CHIESA - Fiorentina rrifjutaw offerta tal-klabb Russu ta' Zenit St Petersbourg għall-akkwist tal-plejer tagħhom Federico Chiesa. Issemmiet iċ-ċifra ta' €40 miljun għall-firma ta' dan il-plejer. Minkejja kollox, il-Viola ma jridux iħallu lil Chiesa jitlaq hekk kif qed jarawh parti mill-iskwadra futura tal- club. Anke Juventus u Napoli huma rrappurtati illi huma nteressati fil-plejer li jiġi t-tifel tal-eks plejers internazzjonali Taljan Enrico Chiesa. Chiesa għad għandu biss 19-il sena u ilu jilgħab regolari ma' Fiorentina sa mis-sena l-oħra hekk kif lagħab 33 darba filwaqt li skorja ħames goals.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 15 October 2017