Illum previous editions

illum 15 October 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/887358

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 35

11 Il-Ħadd 15 ta' Ottubru 2017 | illum Aħbarijiet jbaldacchino@mediatoday.com.mt Jesmar Baldacchino Il-ħobża Maltija u l-pastizzi taħt il-lenti b'regoli ġodda Ewropej • L-acrylamide hi sustanza li tista' tikkawża l-kanċer • MEPs jivvutaw biex jibqgħu fis-seħħ regoli proposti għas-saħħa FLEWROPA għaddej dibattitu bejn min jaqbel u min ma jaqbilx ma' proposti ġodda tal- Kummissjoni Ewropea li jistgħu jitfgħu ċertu piż fuq intrapriżi żgħar u medji li jimmanifatturaw l-ikel bħall-furnara, fosthom dawk Maltin, biex tiġi mħarsa s-sigurtà tal-konsumaturi madwar l-Ewropa. Uħud mill-intrapriżi żgħar u medji li qed iħossu li se jiġi impost fuqhom piż żejjed, fosthom hemm ristoranti u furnara żgħar. Dan hekk kif fid-19 ta' Lulju li għadda, il-Kummissjoni Ewropea ressqet numru ta' proposti għal regoli ġodda fuq il-preżenza tas-sustanza magħrufa bħala acrylamide, li tikkawża l-kanċer. Prodotti li jista' jkollhom il-preżenza tal-acrylamide huma l-krisps, iċ-ċips, il-patata l-forn, il-gallettini, iċ-ċereali, il-kafè, il-pastizzi u l-ħobż bil-qoxra, bħalma hi dik tradizzjonali Maltija, jekk dawn jiġu pproċessati f 'temperaturi għoljin. Din tifforma meta l-ikel jinħema, jinqela jew jissaħħan fil- forn u dan f 'temperaturi għoljin ħafna. Il-Kummissjoni pproponiet abbozz ta' regolamenti li għandhom jgħinu lil min jimmanifattura l-ikel biex itaffu l-preżenza tal-acrylamide fl-ikel. Il-Kummissarju Ewropea għas-Saħħa Andriukaitis kien iddesriva l-proposti bħala pass ferm importanti lejn il-ħarsien tas-saħħa taċ-ċittadini Ewropej. Hawnhekk ta' min jgħid li t-tħassib tal-intrapriżi ż-żgħar wasal malajr għaliex fi żmien xahrejn tressqet riżoluzzjoni minn MEP fil-Parlament Ewropew biex ir- regoli l-ġodda ma jidħlux fis-seħħ. Il-preżenza tal-acrylamide fl-ikel ilha magħrufa mill-2002 u tliet snin wara ġiet ikkonfermata li tikkawża l-kanċer mill- Aġenzija Ewropea tas- Sigurtà fl-Ikel. Dan hekk kif testijiet fil-laboratorju juru li l-preżenza tal- acrylamide fid-diet tikkaġuna l-kanċer fost l-annimali. Għaldaqstant, ir-regolaturi tal- industrija tal-ikel issa ilhom konsistentament jgħidu li l-livell tal- acrylamide fl-ikel mhux jonqos. L-MEPs favur li jissaħħu r-regoli għall-ħarsien tas-saħħa taċ- ċittadini Fit-28 ta' Settembru li għadda, xahrejn biss wara l-proposti tar- regoli ġodda, b'10 voti favur u 44 kontra l-MEPs fil-kumitat ambjentali tal-Parlament Ewropew (ENVI) ma approvawx riżoluzzjoni li riedet twaqqaf il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea li tirregolarizza l-preżenza tal-acrylamide fl-ikel. Kienet l-MEP Awtsrijaka Elisabeth Köstinger li ressqet ir-riżoluzzjoni, iżda l-ENVI saħaq li r-regoli ġodda tal-Kummissjoni Ewropea mhux se jkunu l-istess għal kulħadd u li l-ħwienet iż-żgħar bħalma huma l-fran, ħwienet tal-merċa żgħar u 'take-aways' mhux se jkunu obbligati li jagħmlu monitoraġġ tal-livelli tal-acrylamide permezz ta' kampjuni tal-ikel. Minflok se jkunu obbligati li jimxu ma' rekwiżiti dwar il-mod kif jaħżnu u jimmaniġġjaw l-ikel. 'M'għandniex għalfejn inwaqqfu l-patata l-forn, iċ-ċips jew il-ħobż' L-ILLUM tkellmet mal-President tal-Assoċjazzoni tal-Konsumaturi Benny Borg Bonello li enfasizza kif l-industrija issa ilha żmien twil tgħid li se tnaqqas il-livell tal-acrylamide fl-ikel u sal-lum ma' sar xejn konkret, b'detriment għas-saħħa tan-nies. Borg Bonello saħaq li mhux minnu li biex jintlaħqu standards ogħla ta' kwalità se jkollna nwaqqfu ċ-ċips jew xi forma ta' ikel ieħor, kif qalu intrapriżi żgħar u medji madwar l-Ewropa. Il-President tal-Assoċjazzjoni tal-Konsumaturi qal li l-industrija tal-ikel ilha tipprova ddaħħal il- ħsieb li biex innaqqsu l-acrylamide se jkollha twaqqaf il-produzzjoni ta' ikel popolari, biex iġġorr ir- responsabbilità tagħha li tiżgura s-saħħa tal-konsumaturi. Qal ukoll li jekk l-industrija se tibqa' ma tiħux passi, il-Kummissjoni Ewropea għandha tieħu l-passi meħtieġa biex tiżgura s-sigurtà u s-saħħa fl-ikel. L-Assoċjazzjoni tal-Konsumaturi laqgħet b'sodisfazzjon il-vot tal-MEPs għar-regoli biex tonqos l-acrylamide mill-ikel u jissaħħaħ il-ħarsien tas-saħħa tal-konsumaturi. Mal-ILLUM, Borg Bonello qal li dan il-vot kien sinjal li l-industrija tal-ikel issa trid tagħmel dak li ilha twiegħed li se tagħmel u bil-vot li ttieħed fl-ENVI, l-MEPs fetħu t-triq għall- Kummissjoni Ewropea biex tkun tista' ddaħħal standards aħjar f 'dan is-settur. Lejn kampanja edukattiva immirata lejn il-konsumatur F'Awwissu li għadda, l-Awtorità ta' Malta għall-Kompetittivtà u l-Affarijiet tal-Konsumatur qassmet dokument ta' konsultazzjoni lill- manifatturi u l-partijiet kollha fl- industrija tal-ikel lokali. Mal-ILLUM, Francette Muscat qalet li l-kwistjoni tal-acrylamide fl-ikel ġiet diskussa fl-aħħar laqgħa tal-Kummissjoni għas-Sigurtà fl-Ikel sabiex jinbeda pjan għal kampanja edukattiva komprensiva, li tiffoka kif il-konsumaturi jistgħu jnaqqsu l-livell tal-acrylamide mill-ikel meta jkunu qed isajru fid-dar. Muscat qalet li l-Awtorità pparteċipat ukoll f 'laqgħa ta' konsultazzjoni li kienet organizzata mill-Kamra tal- Kummerċ. L-MCCAA rċeviet numru ta' suġġerimenti mingħand l-istakeholders fis-settur tal-ikel.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 15 October 2017