Illum previous editions

illum 15 October 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/887358

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 35

Il-Ħadd 15 ta' Ottubru 2017 | illum Sports 33 tal-futbol internazzjonali... YURI ALBERTO - Inter u Roma xeħtu għajnejhom fuq l-attakkant Brażiljan ta' Santos, Yuri Alberto. Xi skawts taż-żewġ timijiet marru l-Brażil sabiex josservaw lil dan iż-żagħżugħ ta' 16-il sena illi qed jissemma' illi għandu talenti kbar u kapaċi jsib ix-xibka b'mod regolari. Minkejja kollox, il-gazzetta Ingliża The Sun irrapportat illi anke Arsenal u ManchesterUnited jinsabu interessati fil-firma ta' Alberto. GERARD DEULOFEU - AC Milan ser jippruvaw jikkuntattjaw lil Barcelona sabiex f 'Jannar illi ġej jerġgħu jieħdu b'self għat-tieni darba lill-winger Spanjol Gerard Deulofeu. Skont il-ġurnal sportiv Sport, Deulofeu jista' jkun interessat f 'din il-proposta hekk kif ftit qed isib spazju fl-ewwel ħdax tal-kowċ Ernesto Valverde. Il-plejer ta' 23 sena qatta' it-tieni parti tal-istaġun illi għadda mar-Rossoneri fejn spikka mhux ftit fil-logħob tiegħu meta skorja wkoll erba' gowls fis-17-il logħba li lagħab magħhom. Ix-xewqa tal-plejer Spanjol hu li jsib post fl-iskwadra finali li ser titla' għat-Tazza tad-Dinja li ser issir is-sena d-dieħla fir- Russja. HARVEY NEVILLE - It-tifel tal-eks plejer internazzjonali Ingliż Phil Neville qed jinteressa mhux ftit lil Manchester United. Harvey Neville laqat l-għajn tal-iskawts tar-Red Devils waqt logħba li lagħab mat- tim tiegħu Valencia fil-kampjonat taż-żgħażagħ. Fl-eta' tenera ta' 15-il sena, ħafna qabblu l-wirjiet ta' Harvey ma' dawk li kien ikollu David Beckham fl-ewwel snin tiegħu mat-tim minn Old Trafford. Skont is-sit SuperDeporte, id-diriġenti tal-United lesti li jieħdu lil dan iż-żagħżugħ lura f 'pajjiżu sabiex jimxi fuq il-passi ta' missieru illi għamel aktar minn 20 sena jilgħab bil-flokk aħmar ta' Manchester United. THIBAUT COURTOIS - Il-futur tal-goalkeeper Belġjan ta' Chelsea Thibaut Courtois għadu wieħed inċert hekk kif naqas illi jġedded il-kuntratt tiegħu mal-Blues. Attenti għal dak li jista' jinqala' hemm Real Madrid illi skont ma' rrapporta sit sportiv Spanjol diġà bdew il-kuntatti mal-plejer sabiex jingħaqad magħhom. Is-sitwazzjoni mhux daqshekk faċli għall-Madrileni għax hemm anke diversi klabbs Taljani illi qed isegwu l-progress ta' dan it-talent Belġjan. Courtois beda l-karriera tiegħu ma' Genk qabel ma' ngħaqad ma' Chelsea li mbagħad silfuh għal tliet snin lil Atletico Madrid. EMRE CAN - Manchester United huma interessati li jiksbu l-firma tal-midfielder ċentrali Ġermaniż Emre Can. Dan kollu jista' jseħħ fis-sajf li ġej hekk kif il-plejer ta' Liverpool qed jirċievi diversi offerti minn klabbs Ewropej fosthom ukoll Juventus. Il-kowċ ta' Manchester United Jose Mourinho avża lill-klabb illi għandu bżonn player f 'nofs il-ground u Can jista' jkun il-kandidat ideali tal-Portugiż. Min-naħa l-oħra l-kowċ ta' Liverpool Jurgen Klopp irid lil Can jiffirma kuntratt ġdid hekk kif ma jixtieqx jitlef lil dan il-plejer ta' talent. MAURIZIO SARRI - Dan jista' jkun l-aħħar staġun tal-kowċ Maurizio Sarri ma' Napoli iktar u iktar jekk jasal ir-rebħ tal-kampjonat tal-Partenopei. Dan kollu ġie żvelat mis-sit calciomercato.it hekk kif Sarri qed jikkonsidra l-offerti illi qed isirulu minn klabbs Spanjoli u Ingliżi li jixtiequh magħhom. L-eks kowċ ta' Empoli ilu jixtieq jagħmel esperjenza barra mill-Italja anke minħabba l-fatt illi diġà għandu 58 sena u l-popolarita' tiegħu kisibha xi ftit tard fil-karriera tiegħu ta' kowċ. Mhux tal-istess parir il-president ta' Napoli Aurelio de Laurentis illi f 'intervista separata stqarr illi jixtieq illi Sarri jibqa' magħhom għal 10 snin. QUINCY PROMES - Il-klabb ta' Liverpool qed jaħdem bis-sħiħ sabiex jakkwista lill-internazzjonali Olandiż Quincy Promes. Dan il-plejer għandu 25 sena u bħalissa jinsab misluf lil Spartak Moscow mingħand il-klabb oriġinali tiegħu Twente. Promes kien diġà l-objettiv tar-Reds lura għas-sena 2016 madankollu l-pjanijiet tagħhom sfaxxaw hekk kif kien iffirma kuntratt ġdid ma' Twente. Din id-darba t-tim minn Merseyside ser jagħmel minn kollox sabiex jiffirma lil dan il-winger li jilgħab ukoll mat-tim nazzjonali Olandiż. STEFAN DE VRIJ - Iċ-champions Taljani Juventus jinsabu ferm dubjużi fuq il-kundizzjoni fiżika ta' Benedikt Howedes illi huma xtraw fl-aħħar tas-suq tat-trasferimenti tas-sajf. Dan il-player għadu qatt ma beda fl-ewwel 11 ta' Juventus u bħalissa jinsab imweġġa'. Id-diriġenti tal-club minn Turin huma ferm inkwetati hekk kif huma xtaqu difensur li jkun kapaċi jimla l-vojt illi ħalla Leonardo Bonucci u dan l-iskop s'issa ma rnexxiex. Sadanittant Beppe Marotta diġà għandu pjan f 'moħħu hekk kif qed jikkunsidra li jakkwista lil Stefan de Vrij mingħand Lazio eżatt kif jiftaħ is-suq ta' Jannar. De Vrij huwa Olandiż ta' 25 sena u bħalissa qed jispikka mhux ftit mal-Biancocelesti. FAOUZI GHOULAM - Manchester City huma interessati fid-difensur xellugi ta' Napoli, Faouzi Ghoulam. Huma jixtiequ jingaġġaw lil dan il-plejer f 'Jannar illi ġej sabiex ikun is-sostitut ideali ta' Benjamin Mendy. Skont Tuttomercatoweb, il-plejer Alġerin jinsab bla kuntratt fl-aħħar tal-istaġun u l-intenzjoni tac-City hu li jakkwistawh bi prezz irħas milli oriġinarjament jiswa. Ghoulam għandu 26 sena u lagħab 105 partiti ma' Napoli fejn skorja żewġ gowls. Hu ilu mal-Partenopei għal dawn l-aħħar tliet snin.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 15 October 2017