Illum previous editions

illum 15 October 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/887358

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 35

14 illum | Il-Ħadd 15 ta' Ottubru 2017 Aħbarijiet ... opinjonijiet differenti dwar l-effett fuq il-kumpaniji li joperaw f 'Malta Tkompli minn paġna 1 Ta' min ifakkar, bħala kuntest, li l-banek kollha Maltin, meta jkunu qed jikkalkulaw kemm se jsellfu flus lil individwu jew koppja għall- proprjetà jikkalkulaw li l-ħlas tas-self ma jaqbiżx iktar mit-30% tal-paga fix- xahar. Dan huwa bil-wisq inqas mill-persentaġġ li l-kirja qed tiekol mill-paga 'medja' fil-qasam tal- gaming. Dan iċ-ċaqlieq drastiku fil-prezzijiet tal-kiri jista' jispjega żewġ fenomeni. L-ewwel, iż-żieda fid- domanda għall-kirjiet f 'lokalitajiet bħas-Swatar, l-Imsida u San Ġwann, li qed twassal biex anke hawnhekk jibdew jgħollu rashom il-prezzijiet tal-kera. U allura sussegwentement iż-żieda fil-kirjiet fi kważi kull rokna tal-pajjiż, għajr għal Għawdex. It-tieni huwa l-fenomenu ta' flat sharing, jew li appartament jinqasam bejn tlieta u aktar inkwilini. Dan iwassal ukoll għal żieda fil-prezzijiet. 'Hawn ħafna garr dwar il-kirjiet bħalissa fost impjegati barranin tal- gaming, li qed ifittxu postijiet oħrajn fejn jgħixu jew inkella nies oħrajn li jaqsmu l-proprjetà magħhom,' sostniet magħna persuna oħra li taħdem fil-gaming imma li xtaqet tibqa' anonima. Mistoqsija jekk tħossx li dan jistax iwassal għal problemi biex il- kumpaniji tal-gaming isibu ħaddiema ġodda u allura biex joperaw, din il- persuna qalet iżda li mhux il-każ. "Mhux problema għax malajr isibu nies ġodda, li jieħdu post dawk in-nies li ma jibqgħux hawn minħabba li d-dħul tagħhom ikun qed jittiekel wisq mill-prezz tal-kirja." Intant din il-kwistjoni spiċċat ukoll fuq is-siti soċjali, fejn kummenti ta' ħaddiema f 'dan is- settur spiċċaw iduru fuq il-paġna grupp Alleanza Kontra l-Faqar. Persuna li taħdem fil- gaming sostniet illi ħafna kumpaniji qed isibuha diffiċli għax qed tiġri l-kelma li Malta qed issir għolja wisq biex tikri, fl-inħawi fejn persuna taħdem u dak li tista' tiffranka meta tgħix post ieħor qed jittiekel fi spejjeż ta' trasport (f 'każ ta' kiri ta' karozzi) jew inkella ħin tistenna t-trasport, f 'każ tal-użu tat-trasport pubbliku. Il-kwistjoni tal-kirjiet bdiet tielgħa fuq l-aġenda politika ta' pajjiżna s-sena l-oħra wara li artiklu li deher fuq il-faċċata ta' din il-gazżetta nhar il- Ħadd 29 ta' Mejju 2016 dwar proposti minn Yana Mintoff għal kontrolli fil-prezzijiet tal-kirjiet, qajmu reazzjoni negattiva. Il-Gvern u l-Oppożizzjoni kienu indikaw mill-ewwel li mhumiex lesti li jappoġġjaw ebda forma ta' kontroll. Minkejja dan, din il- gazzetta kienet żvelat ukoll kif il-kwistjoni kienet ittellgħet quddiem il-kabinett qabel il-Baġit tas-sena l-oħra. Fil-Baġit ta' nhar il-Ħadd li għadda l-Gvern ħabbar li se jkun qed iressaq White Paper dwar il-kirjiet. Din il-White Paper se tħares primarjament lejn il- bżonn ta' kuntratt għal kull kirja, li jkun il-kuntratt li jirregola l-kirja u kemm se togħla kif ukoll li tagħmilha aktar faċli biex inkwilin jitkeċċa jekk ma jħallasx jew inkella jekk jagħmel ħsarat fil-proprjetà. Il- White Paper se tkun qed tipproponi wkoll forma ta' arbitraġġ fejn ikun hemm kwistjonijiet ta' depożitu mħallas, li għal xi raġuni ma jingħatax lura wara li tispiċċa l-kirja. CALL FOR QUOTATIONS for lease of office space by LEGAL AID MALTA AGENCY Legal Aid Malta Agency, within the Ministry for Justice, Culture and Local Government, invites submissions for lease of office space for its relocation in a pleasant, comfortable and customer- friendly environment. In view of the Agency's close working with the Law Courts, premises offered should be in Valletta although locations close to the Valletta area could also be considered. The lease will initially cover a period of 10 years with the option to renew for a further 5 years. The premises should, as a minimum, have approximately 200m 2 of space to house a reception & waiting room area, individual offices, shared offices, document storage room and library, kitchenette, sanitary facilities and other necessities required by the Agency. The premises should be accessible for persons with disability. The premises should be equipped with basic services including sanitary facilities, kitchenette, energy efficient air-conditioning systems, security system with access control, fire alarm, IT network (with CAT6 cabling), and a backup generator. The premises should comply with the respective laws and regulations including necessary planning permits. Call for quotation, including a detailed description of the premises, a copy of the construction plan, Planning Authority permits, a record by a health & safety officer and other information about the premises are to be submitted by hand, and deposited in a tender box, from Monday to Friday between 09:00 and 13:00 at Legal Aid Malta Agency, 21, Chateau de la Ville, Triq l-Arċisqof, il-Belt Valletta VLT1443, in a sealed envelope by not later than 25 th October, 2017 noon. Late applications will not be considered. Legal Aid Malta Agency reser ves the right to reject any or all submissions associated with the call for quotations. Kirja f 'Tas-Sliema? Impossibbli għal ħafna Maltin u qed issir diffiċli għall-barranin ukoll

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 15 October 2017