Illum previous editions

illum 15 October 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/887358

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 35

illum Il-Ħadd 15 ta' Ottubru 2017 Sports 28 Philippe Coutinho jgħaddi minn bejn żewġ plejers ta' Manchester United Dr Angelo Chetcuti u Kevin Azzopardi jindirizzaw lill-media preżenti minn Cristian Antony Muscat Floriana ................... 1 Balzan ..................... 1 FILKONFRONT bejn Balzan u Floriana, irrenja bilanċ assolut hekk kif dawn iż-żewġ timijiet temmew il-konfront ta' bejniethom fi draw ta' 1-1. B'hekk, Floriana baqgħu mingħajr telfa f 'danil- Kampjonat u baqgħu ukoll igawdu punt vantaġġ fuq l-istess Balzan. Dan kein ir-raba' riżultat ta' draw għal Floriana matul dan l-istaġun li kienu għadhom ġejjin minn draw ieħor bl-istess skor ta' 1-1 kontra Gżira United fil-konfront preċedenti. Wara li l-ewwel taqsima ntemmet fi draw ta' mingħajr gowls, Balzan, irnexxielhom jiftħul-iskor fl-54 minuta grazzi għal Bojan Kaljevic li kkonkluda azzjoni personali billi għeleb lil Ini Akpan permezz ta' xutt angulat mil-lemin. Madankollu, Floriana ġabu l-iskor indas fit-72 minuta met Steve Pisani ndirizza korner preċiż lejn id-difensur Enrixo Pepe, li għola tajjeb u permezz ta' daqqa ta' ras tajba ra lil Ivan Janjusevic isalva parzjalment, biex mir-rebound daħal tajjeb Maurizio Vella li mill-viċin tefa' l-ballun fix-xibka. Floriana Akpan, Pepe, Ruiz, Pisani, Borg, Varela, Vella, Cini, Oyama, Chiesa (Grima 52'), Fontanella Balzan Janjusevic, Bezzina, Johnson, Da Paixao Alves (Grioli 90'), Ljubomirac, R. Fenech, Kaljevic (Effiong 69'), Giglio de Oliveira, P. Fenech, De Fiori Mendes, Arab (Lepovic 89'). Referi Fyodor Zammit Bilanċ assolut bejn Floriana u Balzan CARLOS EDUARDO DE FIORI MENDES Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill- ġurnalisti preżenti. Għalkemm ma rnexxielux isib ix-xibka, kien l-aħjar plejer fil-grawnd. Ingħaqad ma' Balzan matul is-sajf li għadda. Ritratt: Christine Borg Plejer ta' Balzan jaqbeż lil Enrico Pepe Draw ta' mingħajr gowls bejn Liverpool u Manchester United u Crytsal Palace jaħsdu lil Chelsea FLAKTAR logħba mistennija fl-Ingilterra bejn l-arci-rivali eterni, LiverpooI u Manchester United, dawn iż-żewġ timijiet temmew il-konfront ta' bejniethom fi draw ta' mingħajr gowls. Crystal Palace ġewea darhom ħasdu lil Chelsea meta għelbuhom bl-iskor ta' 2-1 bil- gowls għar-rebbieħa jaslu minn Wilfried Zaha u awto-gowl tal-plejer tat-tim minn Londra, Cesar Azpilicueta. Min-naħa l-oħra l-gowl għat-tim immexxi mill-kowċ Antonio Conte, wasal minn Tiemoue Bakayoko fit-18-il minuta. Manchester City ġewwa darhom fl-Etihad Stadium umiljaw lil Stoke City meta għelbuhom bl-iskor kbir ta' 7-2, bil-gowls għalihom jaslu minn Fernandinho, Leroy Sane, Bernardo Silva, David Silva, Raheem Sterling u doppjetta ta' Gabriel Jesus. Min-naħa l-oħra, iż-żewġ gowls għal Stoke City waslu minn Mame Biram Diuof u minn awto-gowl tal-plejer ta' Manchester City, Kyle Walker. Tottenham Hotspur ġewwa darhom f 'White Hart Lane għelbu lil AFC Bournemouth bl-iskor minimu ta' 1-0 bil-gowl uniku għalihom jasal minn Christian Eriksen fis-47 minuta. Swansea City ġewwa darhom f 'Wales għelbu lil Huddersfield Town bl-iskor ta' 2-0, biż-żewġ gowls għalihom jaslu minn doppjetta ta' Tammy Abraham. Intant, il-konfront bejn Burnley u West Ham United intemm fi draw ta' 1-1, bil-gowl għal Burnley jasal minn Chris Wood, waqt li kien Michail Antonio li fetaħ l-iskor għall-Hammers fid-19-il minuta. Ta' nota huwa l-fatt li West Ham United spiċċaw jilagħbu b'10 plejers wara li tkeċċa għalihom il-plejer Andy Carroll wara li rċieva żewġ karti sofor fi spazju ta' żewġ minuti. RIŻULTATI Kampjonat Barclays Premier Is-Sibt 14 ta' Ottubru Liverpool vs Manchester United 0-0 Burnley vs West Ham United 1-1 Crystal Palace vs Chelsea 2-1 Manchester City vs Stoke City 7-2 Swansea City vs Huddersfield Town 2-0 Tottenham H. vs AFC Bournemouth 1-0 FIXTURES Il-Ħadd 15 ta' Ottubru 14:30 Brighton & Hove Albion vs Everton 17:00 Southampton vs Newcastle United It-Tnejn 16 ta' Ottubru 21:00 Leicester City vs WBA Kampjonat Serie A TIM Il-Ħadd 15 ta' Ottubru 12:30 Fiorentina vs Udinese 15:00 Bologna vs SPAL 2013 15:00 Cagliari vs Genoa 15:00 Crotone vs Torino 15:00 Sampdoria vs Atalanta 15:00 Sassuolo vs Chievo Verona 20:45 Inter vs AC Milan

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 15 October 2017