Illum previous editions

illum 15 October 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/887358

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 35

Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 15 ta' Ottubru 2017 Il-Baġit: Bejn miżuri tajbin għall-but DIN il-ġimgħa bdejnieha bil- Baġit. Eżerċizzju annwali illi fih l-Gvern jagħti ħarsa lura, ħarsa lejn il-preżent u jħabbar miżuri għaż-żmien li ġej. It-tema tal-baġit li ressaq nhar it-Tnejn il-Ministru Edward Scicluna kienet fil-fatt iddur mat- tema 'Inlestu għall-futur'. Imma kemm verament ħaseb għall- futur il-baġit? F'liema setturi qed jieħu miżuri tajbin biex il-futur ikun aħjar? F'liema qed jieħu miżuri nofs leħja u f 'liema setturi jidher li mhux qed ikun viżjonarju biżejjed? Fejn jidher li hemm kontinwazzjoni u fejn jidher li hemm tibdil? L-ILLUM tanalizza l-ewwel baġit tat-tieni Leġiżlatura Laburista u kemm qed jilħaq l-aspettativi finanzjarji, ekonomiċi u soċjali li poġġa għalih innifsu l-Gvern stess fid-dokument li ressaq quddiem il-poplu nhar it-Tnejn li għadda. Wens għall-pensjonanti tal-lum, mistoqsijiet dwar ta' għada Għal darba oħra l-Baġit jagħti palata tajba, anke jekk mhux biżżejjed lill-anzjani u l-pensjonanti. Dan is-settur tal- popolazzjoni huwa fost l-ifqar u fost l-iktar vulnerabbli, flimkien ma' single mothers u persuni li huma separati. Għas-sena d-dieħla l-Gvern ħabbar numru ta' miżuri relatati mal-baġit, primarjament, żieda ta' €2 fil-ġimgħa, €8.66 fix- xahar jew inkella €104 iktar fis-sena. Biżżejjed? Dażgur li le, imma dejjem aħjar żieda milli tnaqqis. Il-Gvern imbagħad ħares lejn interessi iktar settorjali fost il-pensjonanti u l-anzjani, fosthom dawk li sofrew minn anomaliji, il- Pensjonanti tas-servizz li se jaraw żieda ta' €200 fil-pensjoni tagħhom u massimu ta' dħul taxxabbli li se jitla għal €13,200 fis-sena, minn €10,000 għal komputazzjoni singola, €11,500 għal dik ta' ġenitur u €13,000 għal miżżewġin. Dan jgħodd mal-miżuri li ttieħdu fil-baġit tas-sena l-oħra li nkludew żieda fil-pensjoni, żieda fl-Għajununa Supplimentari, l-ewwel żieda ta' €200 fil-pensjoni tas-servizz u żieda fl-allowance għal dawk li jgħinu lill-ġenituri/qraba/ħbieb tagħhom anzjani. Naturalment dan ma jfissirx li hemm miżuri oħrajn li mhux diġà qajmu mistoqsijiet. L-ewwel u l-akbar mistoqsija tibqa' fuq is-sostennibbilità tal-pensjonijiet. Il-Gvern preżenti qed jirraġuna li ż-żieda fir-rittmu ekonomiku u, f 'parallel, iż-żieda tan-nisa fid-dinja tax-xogħol se tkun qed issolvi parti kbira minn din l-isfida. Il-kritiċi tal-Gvern ma jaqblux u qed jinsistu dwar il-bżonn ta' pensjoni tat-tieni pilastru. Din is-soluzzjoni tista' tkun inqas volatili, imma min-naħa l-oħra tfisser ukoll li kull ħaddiem irid iħallas bolla oħra mill-paga, ħafna drabi xejn spettakolari, li qed jaqla'. Diskussjoni oħra qed tiċċentra mal-miżura volontarja li persuna tagħti ċ-ċwievet tal-post tal-Gvern tagħha jekk hi tkun qed tgħix f 'dar tal-anzjani. Minkejja li ma jammontax għal 'serq' kif hemm min qed jissuġerixxi, wieħed irid jiftakar li post tal-Gvern għadu jintiret, għall-inqas darba. Se tkun probabilment diffiċli li t-tfal jitilfu minn dak li l-Liġi qed tagħti bi dritt s'issa. Pożittiva wkoll hija l-idea tal-Equity Release. Traffiku; ħarsa ta' malajr lejn problema serja Sondaġġ tal-Maltatoday wera kif it-traffiku jibqa' l-akbar uġigħ ta' ras għall-poplu Malti u Għawdxi bħalissa. M'hemmx differenza ma' liema partit iżżomm jew fejn toqgħod jew sa meta bqajt tattendi l-iskola, għax it-traffiku jibqa' problema. Ftit inqas minn 35% huma inkwetati minħabba t-traffiku. Minkejja li din il-kwistjoni hija 'top concern' il-Baġit żamm lura milli jieħu l-miżuri kreattivi, imma drastiċi li jeħtieġ jieħu. Il-Baġit naqas milli joffri tama ta' infrastruttura ġdida għal modi ġodda ta' trasport. Se naħrsu lejn overgorund? Se nikkunsidraw underground? Jekk iva, x'se nagħmlu? X'inhu l-pass li jmiss? X'inhi l-attitudni li se jieħu l-Gvern fir-rigward ta' liċenzji, bejgħ ta' karozzi u aktar? Biex inkunu ġusti jissemmew miżuri li diġà kienu saru li jippromovu karozzi elettriċi u tnaqqis ta' taxxa mill-kirjiet fuq ir-roti. L-ewwel fil-forma ta' tneħħija tat-taxxa ta' reġistrazzjoni hija miżura tajba, imma naturlament jibqa' fatt illi din it-tip ta' karozza xorta tibqa' konsiderabbilment aktar għalja mill-karozzi l-oħrajn. Inutli tagħmel benefiċċju fuq karozzi li xorta se jibqgħu wisq għaljin għall-but ta' min jaqla' paga medja. Dwar ir-roti, naturalment, kull inizjattiva trid tittieħed fil-kuntest tal-fatt li cycle lanes f 'pajjiżna huma ftit u ġeneralment ma jwasslux iktar minn ftit metri. Pass tajjeb huwa l-miżura biex jibda jkun ikkunsidrat t-trasport għall-iskejjel b'xejn. Imma din għadha wisq vaga, u ftit li xejn nafu meta se sseħħ, kif se sseħħ u x'deterrent se jkun hemm għal min ma jiħux l-inizzjattiva. Dan biex ma nsemmux it-trasport pubbliku. Bħalissa dan is-servizz qed jiffaċċja nuqqas ta' xufiera u nuqqas ta' xarabanks li qed iwassal biex ikunu ikkanċellati numru ta' vjaġġi, xi ħaġa li Transport Malta kkonfermat ma' din il-gazzetta diġà. Jiġifieri l-miżura biex dawk bejn is-16 u l-20 sena ma jħallsux għat-trasport pubbliku hija pożittiva, sakemm tkun barra mill-kuntest u r-realtà li hemm bżonn qawwi li s-servizz jitjieb, ikun aktar frekwenti u aktar puntwali. Suċċess fiċ-ċifri, imma l-prekarjat sparixxa Il-qasam tax-xogħol jibqa' wieħed mill-akbar kisbiet ekonomiċi tal-Gvern Laburista ta' Muscat s'issa. Iċ-ċifri moqrijin mill-Ministru Scicluna huma inkoraġġanti. 5,000 persuna inqas qed jirreġistraw mill-2013, 11,000 mara aktar f 'impjieg, 28,000 impjieg aktar mal-privat, b'4.1% qgħad li huwa fost l-inqas fl- Ewropa u fit-tieni kwart ta' din is-sena l-impjiegi żdiedu b'2.1%. Insomma, f 'dan il-qasam jidher li kollox ward u żgħar, fiċ-ċifri. Lil hinn miċ-ċifri u l-istatistika x-xogħol, il-baġit ftit li xejn isemmi l-prekarjat. Fil-fatt f 'Baġit sħiħ ix-xogħol prekarju, problema li sa ftit ilu kienet fuq nett tal-aġenda politika ta' pajjiżna, issemma darba biss. Biex jingħad li naqas. L-uniku referenza li jagħmel il-Baġit f 'dak li jista' jkun viċin il- kwistjoni tal-prekarjat huwa fuq il-kundizzjonijiet tax-xogħol. Il- Baġit jgħid illi wara diversi laqgħat il-Gvern se jipproponi bidliet fil-liġi li tkopri l-kundizzjonijiet tax-xogħol, liema bidliet se jitressqu quddiem il-Parlament. Meta se jitressqu, x'inhuma l-proposti u kif se jirregolaw sitwazzjoni ta' mijiet ta' ħaddiema Maltin u barranin li bħalissa qed jitħaddmu b'kuntratti illegali, bi ħlas taħt il-paga minima jew inkella li qed jitħaddmu bi prattiċi li ma jagħmlux ġieħ lill- ħaddiem, ma nafux. Nistennew u naraw! agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham Il-Ministru Edward Scicluna iressaq il-Baġit għas-sena 2018 mal-miżuri li ttieħdu fil-baġit tas-sena l-oħra li nkludew żieda Release. lejn problema serja Sondaġġ tal-Maltatoday wera kif it-traffiku jibqa' l-akbar uġigħ ta' ras

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 15 October 2017