Illum previous editions

illum 15 October 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/887358

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 35

15 Il-Ħadd 15 ta' Ottubru 2017 | illum ILMALTIN huma fost l-aktar fl-Ewropa li ma joqogħdux lura milli jużaw il-mowbajl meta jivvjaġġaw lejn pajjiż ieħor fl-Ewropa stess. Dan jirriżulta mill- aħħar Ewrobarometru dwar it-tneħħija tat-tariffi tar- 'roaming'. B'95%, il-Maltin huma l-aktar fl-Ewropa li jafu bil-bidliet u t-tneħħija tat-tariffi tar-'roaming'. Dan meta huma 71% l-Ewropej li jafu b'dan it- tibdil. Mill-Ewrobarometru jirriżulta wkoll li bi 83%, l-Maltin huma t-tieni l-aktar li jemmnu li t-tibdil fir-'roaming' huwa ta' benefiċċju għalihom. It-tneħħija tar-'roaming charges' fuq il-mowbajls daħlet fis-seħħ fil-15 ta' Ġunju li għadda, waqt il- Presidenza ta' Malta tal- Kunsill tal-Ewropa. Permezz tat-tneħħija tar-'roaming' huwa possibbli li persuna tagħmel użu mill-istess tariffi lokali meta tivvjaġġa f 'pajjiż ieħor tal-Unjoni Ewropea, daqslikieku qed iċċempel minn pajjiżha stess. Filfatt bit-tibdil fir-'roaming', il-Maltin li jagħmlu użu mid-'data' żdiedu għal 31% filwaqt li dawk li jibagħtu l-SMSs żdiedu minn 25% għal 50%. GO u Vodafone jirreġistraw żidiet fl-użu tal-mowbajl mill-Maltin L-ILLUM tkellmet ma' Vodafone u GO dwar l-effett li t-tneħħija tar-'roaming' ħal-liet fuq l-operat tagħhom. Kelliem għal GO kkonferma li mindu tneħħew it-tariffi, l-użu tas-servizzi tal-mowbajl fl- Ewropa tal-klijenti tal-GO żdied b'mod sinjifikanti. Vodafone Malta wkoll raw żieda qawwija mill-Maltin fl-użu tal-mowbajl meta kienu barra mill-pajjiż. Kelliema għal Vodafone Malta qalet li ż-żieda dehret ukoll fl-użu tad-'data' meta l-klijenti kienu f 'pajjiż ieħor Ewropew. Il-KE tqis li t-tneħħija tar-'roaming' kienet rebħa kbira għall-konsumatur Bil-ħruġ ta' dawn ir- riżultati pożittivi, il- Kummissjoni Ewropea qed issostni li din kienet rebħa oħra għal- libertajiet fil-qasam tat- telekomunikazzjoni hekk kif kien hawn żieda qawwija fl-ammont ta' telefonati u fl- użu ta' 'data' meta ċ-ċittadini jivvjaġġaw minn pajjiż għall-ieħor. Għalkemm kien hemm figuri verament inko- raġġanti, xorta waħda iżda kien hemm operaturi żgħar li dan it-tibdil ħolqilhom pro-blemi ġodda. Għalhekk, l-operaturi Ewropej fil-qasam tat- telekomunikazzjoni jistgħu jitolbu għal eżenzjoni jekk juru li se jispiċċaw fi żbilanċ kummerċjali minħabba li twaqqfu r-'roaming charges'. Sal-aħħar ta' Settembru iżda kienu biss 30, in-numru tal-operaturi mill-pajjiżi kollha fl-Ewropa li għamlu din it-talba. Għalhekk il- Kummissjoni qed tara li d-deċiżjoni tat-tneħħija tat- tariffi fuq 'roaming' kienet waħda ta' suċċess. Huwa mistenni li sal- aħħar tas-sena d-dieħla, il-Kummissjoni Ewropea se tippubblika r-rapport finali dwar il-progress li sar fuq ir-regolamenti tar-'roaming'. Fl-2019 im-bagħad se jsir stħarriġ madwar l-Ewropa fuq l-effett li ħallew ir- regoli l-ġodda dwar ir- 'roaming' fuq l-operaturi tat-telekomunikazzjoni u l-konsumaturi. Aħbarijiet Il-Maltin l-aktar li jużaw il-mowbajl fl-Ewropa • Operaturi jikkonfermaw mal-ILLUM li esperjenzaw żieda qawwija fit-telefonati u l-'użu' tal-mowbajl wara t-tneħħija tar-'roaming' jbaldacchino@mediatoday.com.mt Jesmar Baldacchino UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU MINISTERU GĦAS-SAĦĦA IL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA JILQA' APPLIKAZZJONIJIET GĦALL- POŻIZZJONI TA' PROJECT SUPPORT OFFICER GĦALL-PROĠETT "NON-TECHNICAL SKILLS TRAINING FOR HEALTHCARE PERSONNEL"-ESF 02.052 Aktar dettalji dwar i-applikazzjoni u kundizzjonijiet relatati jinsabu fil-Gazzetta tal-Gvern tal Gimgħa 13 ta' Ottubru 2017. Applikazzjonijiet jintlaqgħu SA MHUX AKTAR TARD MINN NOFSINHAR (ĦIN ĊENTRALI EWROPEW) TA' NHAR IL-GIMGĦA 27 TA' OTTUBRU 2017

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 15 October 2017