Illum previous editions

illum 15 October 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/887358

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 35

Il-Ħadd 15 ta' Ottubru 2017 | illum Sports 31 L-EWWEL edizzjoni tal-iSwatch Beach Volley Tournament Malta li saret nhar is-Sibt 30 ta Settembru ġewwa l-bajja ta' Pretty Bay B'Bugia ntemmet bl-Isvediż Oscar Bjorlin u it-Taljan Gianmarco Rabuazzo rebħu l-kategorija maskili waqt li il-Pollakka Domenika Dworniczak flimkien mal-Amerikana Melissa Cheviron Amerikana rebħu il- kategorija femminili. Fil-kategorija maskili Oscar u Gianmarco ħarġu rebbieħa wara li fil-fazi finali ghelbu l–isfida tat-tim kompost mil-Franċiżi Louis Reynaud u Kevin Marembert Kien tornew meraviljuż b'atleti li ġejjin minn disa' pajjiżi differenti nklużi Malta, l-Iżvezja, l-Italja, Franza, il- Polonja, is-Serbja, l-Awstrija, il-Ġermanja u l-Estonja rispettivament. L-ewwel fazi spikkaw Il- Pollakk Wojtek Stellmach u s-Serb Nicolas Muncic li iddominaw dan l-istadju u rebħu is-sitt logħbiet kollha. Gordon u Federico spiċċaw l-ewwel stadju fit-tieni post wara li rebħu 5 logħbiet u tilfu loghba wahda biss kontra Stellmach\Muncic. Oscar u Gianmarco waslu fit-tielet post filwaqt li Reynaud u Marembert ġew fir-raba' post fejn għelbu l-isfida tat-tim kompost mill-Pollakk Marek Gala u l-Awstrijak Ben Hopfer u tat-tim l-ieħor kompost mill-Għawdxi Angelo Bonnici flimkien mal-Ġermaniż Mauricio Preus. It-tieni fażi kienet tikkonsisti f 'żewġ semi-finali b'eliminazzjoni diretta. Dawn il-logħob kienu eċitanti u spettakolari fejn Reynaud/ Marenbert irnexxielhom jeliminaw lill-favoriti Stellmach/Muncic filwaqt li Oscar/Gianmarco eliminaw lil Gordon/Federico li kienu ironikament kienu rebħulhom fl-ewwel fażi. Il-finali kienet kumbattuta fejn l-atleti kollha taw l-almu tagħhom biex jirbħuha. Finalment, Oscar Bjorlin u Gianmarco Rabuazzo kienu superjuri fil-logħob tagħhom u rebħu din il-finali. L-organizzaturi ppreżentaw arloġġ tad-ditta swatch bħala premju. Fil-kategorija femminili, il-favoriti netti l-Pollakka Domenika Dworniczak u l-Amerikana Melissa Cheviron rebħu l-logħbiet kollha kemm ta l-ewwel fażi u anke tat-tieni fażi biex meritatament rebhu dan it-tornew. Fis-semi- finali huma għelbu lil Maria Caruana Demicoli flimkien mal-Ungeriża Viki Sebok. Fil-finali huma ltaqgħu mal-Maltija Isabel Grech u l-Pollakka Agata Bartlomiejczyk u rebħulhom f 'żewġ sets biex rebħu dan it-tornew. Bħala premju huma ħadu arloġġ Swatch Skin offrut mill- Isponsor ta' dan it-tornew, Swatch. Oscar u Gianmarco u Domenika u Melissa rebbieħa tal-iSwatch Beach Volley Malta L-ebda sorpriżi fl-ewwel ġimgħa tal-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni tad-Darts L-EWWEL Diviżjoni: L-ebda sorpriżi fl-ewwel ġimgħa tal-kampjonat biż-żewġ kontendenti għat-titlu Kalkara St Joseph u Floriana Ajax MCP A jirreġistraw rebħiet faċli fuq Birżebbuġa Cox Sports Club A u Ħamrun Education Bar A rispettivament. It-tieni Diviżjoni: In-neo promossi, Mosta Horseshoe Bar B komplew fejn ħallew l-istaġun preċedenti b' rebħa ta' 7-1 barra minn darhom fuq Ħamrun Education Bar B. It-tielet Diviżjoni: Seba' mit-tmien timijiet ġodda li din is-sena qegħdin jikkompetu fil-kampjonati nazzjonali għall-ewwel darba jirreġistraw l-ewwel punti tagħhomgħal dan l-istaġun. Riżultati - L-Ewwel Gimgħa 1. Diviżjoni Gudja PO`s Bar A v Zejtun Beland Bullseye 4-4; Kalkara St Joseph v Birzebbuga Cox Sports Club A 6-2; Floriana Ajax MCP A v Senglea M. Conquest A 7-1; Mosta Horseshoe Bar A v Hamrun Education Bar A 7-1. 2. Diviżjoni Bugibba Sun City A v St. Venera Red Square 3-5; Cospicua Rangers v Floriana Ajax MCP B 6-2; Birzebbuga Cox Sports Club B v Gudja PO`s Bar B 2-6; Hamrun Education Bar B v Mosta Horseshoe Bar B 1-7. 3. Diviżjoni Floriana Bocci Club v Mgarr The Hatch Sports Bar 7-1; Hamrun Bayern Munich v Zurrieq Football Club 5-3; Floriana Ajax Munchies C v St. Paul's Diamonds 6-2; Siggiewi St.Nicholas BC v St.Paul's Band Club 4-4; Sliema Tipico St. Gregory BC v Bugibba Sun City Ladies 4-4; Senglea M. Conquest B v Mqabba St. Mary Band Club 4-4. Klassifika – L-Ewwel Ġimgħa 1. Diviżjoni 1stMosta Horseshoe Bar, Floriana Ajax MCP A,Kalkara St Joseph – 3 punti; 4thGudja PO`s Bar A, Zejtun Beland Bullseye – 1 punt; 6thBirzebbuga Cox Sports Club A, Hamrun Education Bar A, Senglea M. Conquest A – 0 punti. 2. Diviżjoni 1stMosta Horseshoe Bar B, Gudja PO`s Bar B, Cospicua Rangers, St. Venera Red Square – 3 punti; 5thBugibba Sun City A, Floriana Ajax MCP B, Birzebbuga Cox Sports Club, Hamrun Education Bar B – 0 punti. 3. Diviżjoni 1stFloriana Bocci Club, Hamrun Bayern Munich, Floriana Ajax Munchies C – 3 punti; 4th Senglea M. Conquest B, Mqabba St. Mary Band Club, Sliema Tipico St. Gregory BC, Bugibba Sun City Ladies, Siggiewi St.Nicholas BC, St.Paul's Band Club – 1 punt; 10th Mgarr The Hatch Sports Bar, Zurrieq Football Club, St. Paul's Diamonds – 0 punti. Azzjoni minn partita Basketball 3x3 fl-Istati Uniti Il-parteċipanti kollha tal-iSwatch Beach Volley Malta Gordon Stanmore ta' Kalkara SJ fl-azzjoni

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 15 October 2017