Illum previous editions

illum 15 October 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/887358

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 35

illum | Il-Ħadd 15 ta' Ottubru 2017 F tit xhur ilu ġie mfakkar l-ewwel sena mill-ftuћ ta' Dar Papa Franġisku, il- post fejn persuni fil-bżonn jistgћu jmorru jieklu u jorqdu. Ftit ilu fetћet soup kitchen mill-Franġiskani ġol-Belt. Kien hemm min faћћar dawn l-inizjattivi. Gћalija personali imma, Dar Papa Franġisku, is-soup kitchen u l-bqija huma qabel kollox falliment kbir. F alliment kbir mhux gћax jaћdmu ћażin jew xi ћaġa hekk. Anzi. F'dan l-aspett jistћoqqilhom kull tifћir. Falliment gћax la fetћu, gћadhom jeżistu u aktarx jiftћu aktar, ifisser li hemm affarijiet wisq ћżiena fis-soċjetà li fiha qed ngћixu. Falliment ukoll gћax waqt li kif gћidt it- tmexxija hi pożittiva, dawn l-istituzzjonijijet jistgћu jwasslu gћad-dependenza gћal dawk li jużawhom. Dan kollu ser nispjegah aktar 'l isfel. Minkejja l-ekonomija… Dar Papa Franġisku, is-soup kitchen u l-bqija jirriflettu falliment. Falliment ta' soċjetà li minkejja eknomija tiġri, fiha nies li jsibuha diffiċli jieklu u jkollohom saqaf li taћtu jorqdu. Huma sinjal li minkejja s-suċċess hemm nies fil-bżonn. Juru wkoll li min hu responsabbli jara li l-ġid li jinћoloq jitqassam sew, li primarjament hu l-gvern, mhux qed jagћmel dan. Il-gvern infatti l-anqas li joћroġ bl-unuri minn din l-istorja kollha. Vera li din l-amminstrazzjoni, kuntrarju gћal dik Nazzjonalisti ta' qabilha, irrikonxxiet li l-faqar hu problema. Madankollu, oltre inizjattivi fjakki, m'gћamlet xejn. Dan hu kuntrast kbir ma amminstrazzjonijiet Laburisti oћra tal-passat. Anke fil-ftuћ ta' Dar Papa Franġisku, il-gvern ma kienx kapaċi jiftaћ jew isostni din id-dar waћdu, imma qed jaqsam l-ispejjeż ma' kumpanija privata. Jurik kemm il-faqar hu 'l isfel fl- aġenda. L-eżistenza ta' dawn l-istituzzjonjiet wkoll hi negattiva meta wieћed iqis id-dinjiet tal-foqra. L-istaff u l-bqija huma mill-aћjar, u huma dedikattismi gћall-klijenti tagћhom. Madankollu, istituzzjonijiet bћal dawn min-natura tagћhom, ma jgћinx kultura ta' drittijiet, Meta wieћed imur biex juża s-servizzi ta' dan id-djar jew istituzzjonjiet wieћed imur jitlob li juża dawn. Meta fil-passat il-faqar ġie kkuntrastat bl-gћoti taċ- ċekkijiet min-naћa l-oћra, wieћed kien jirċievi dawn bi dritt. Dipendenza Il-mistqosija li wieћed jista' jagћmel hawnhekk hi allura, meta wieћed iqis dawn l-aspetti negattivi ma kellu jsir xejn? Ir-risposta hi li iva, kellu jsir. Kif jgћid tajjeb wisq Charles Miceli, fil-kwestjoni tal- faqar (u wieћed jista' jżid f 'bosta oћra) wieћed irid jaћseb fit-tul, imma anke b'mod immedjat. Jekk Frans jinsab bil-ġuћ jew bla saqaf fuq rasu, inutli ngћidlu li gћandi f 'moћћi soluzzjonijiet u ideat long- term li huma mill-aqwa. Dan hu kollu minnu. U Dar Papa Franġisku, is-soup kitchen u istituzzjonjiet oћra f 'dak li hu short-term qed jaqdu xogћolhom tajjeb. Madankollu, importanti li s-soluzzjoni gћall-qosor tkun ukoll qasira. Mediċina li nieћu biex tfejjaqni hi meћtieġa sakemm niġi f 'tiegћi. L-gћan gћandu jkun madankollu, li niġi f 'tiegћi u li nibda ngћaddi mingћajrha. Jekk le jfisser li hemm problemi akbar. Ifisser li gћandi dipedenza fuq il-mediċina. Ifisser li qatt ma nkun ser nerġa' niġi normali. L-istess istituzzjonijet bћal Dar Papa Franġisku u s-soup kitchen Franġiskana. B'mod immedjat dawn huma meћtieġa. Fit-tul imma jinћtieġu soluzzjonijiet oћra. Jekk nibqgћu biss b'istituzzjonijiet bћal din mhux biss dawn is- soluzzjonijiet aktar dejjiema mhu ser jaslu qatt u ser iservu ta' ћsara aktar milli ta' ġid. Min-naћa tal-gvern madankollu, waqt li short- term ћaseb f 'Dar Papa Franġisku u istituzzjonijiet simili, pjan serju biex jaqla l-faqar mill-gћeruq – pjan li bilfors jitlob ћaġa li bћal issa bosta jibżgћu jsemmu, jiġifieri ri-distribuzzjoni tal- ġid - donnu m'hemmx. Żewġ Toroq Anke min jaћdem mal/ gћall-foqra jrid iżomm f 'moћћu dawn iż-żewġ aspetti ta' kif gћandha tiġi itrattata l-problema. Fuq naћa hemm gћajnuna immedjata li trid tingћata; fuq oћra hemm azzjoni differenti li tfittex li dawn jiġu organizzati politikament. Bћalissa sfortunatament waqt li hawn gћaqdiet u individwi jaћdmu ћafna fuq tal-ewwel (soluzzjoniijet short-term) m'hawnx fuq tat-tieni. Dan ma naћsibx li hu fatt tajjeb. L-ewwel nett gћax tkompli tћawwad il-moћћ ta' bosta, u tagћti l-impressjoni (żbaljata) li l-faqar jista' jissolva bil-karità - ћaġa li min gћandu s-setgћa jaqbillu jsostni. It-tieni gћax b'hekk il-foqra qatt mhu ser ikunu organizzatti politikament. Organizzatti politikament mhux fis-sens li jitwaqqaf xi partit jew li tintilef f 'masturbazzjoni, fantasija u kliem kbir bћal rivoluzjoni, imma li timbotta proġetti konkreti, tkun vuċi kritika u mingћajr kantunieri, u – l-aktar importanti – tipprova tqajjem fost il-foqra kuxjenza ta' min huma, x'inhuma l-interessi u d-drittijiet tagћhom, kif u lil min jaqbillhom jivvutaw (jew jekk jaqbillhomx wara kollox) u affarijiet bћal dawn. Nota tal-aħħar Kemm kien lemini, minkejja miżuri pożittivi, il-Baġit. Il-gvern ma jidhirx komess jeqred mill-għeruq il-faqar u jidher li ma jrid jagħmel xejn serju dwar il- pjaga tal-kera u l-prezz tal- bini. Lanqas ma ser jagħmel xejn serju dwar it-trasport u l-qasam ambjentali. Il-gvern ftaħar li ma daħħalx taxxi – li jfisser li min qed jaqla' ħafna mhux ser joħodlu miż-żejjed u jgħaddih lil min għandu ftit. Kien Baġit allura, li aktarx kien jogħġob lil Tatcher u Reagan. | Michael Grech huwa għalliem u opinjonista tal- gazzetta ILLUM 20 Opinjoni 'Il-gvern ma kienx kapaċi jifta jew isostni din id-dar wadu, imma qed jaqsam l-ispejjeż ma' kumpanija privata. Jurik kemm il- faqar hu 'l isfel f l-aġenda' 'Falliment gax la fetu, gadhom jeżistu u aktarx jiftu aktar, ifisser li hemm affarijiet wisq żiena fis- soċjetà li fiha qed ngixu' Dar Papa Franġisku, is-'soup kitchen' u l-bqija…falliment MICHAEL GRECH

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 15 October 2017