Illum previous editions

illum 15 October 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/887358

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 35

illum Il-Ħadd 15 ta' Ottubru 2017 Sports 30 Il-mibki iżda qatt minsi, Alex Vella. Ta' 69 sena u jgħum distanzi twal IL-BELĠJAN, Amand P. Veranneman li joqgħod Għawdex għandu 69 sena, u huwa għawwiem ta' distanzi twal. Meta kien żgħir kien jipprattika l-għawm ġewwa l-Belġju u ħa sehem f 'diversi tlielaq ukoll. Amand iltaqa' ma' Michael Bongailas ġewwa Għawdex u issa qegħdin jittrenjaw l-għawm flimkien. Din is-sena, Amand ipparteċipa f 'diversi tlielaq tal-għawm li kienu organizzati minn Birkirkara St. Joseph Sports Club. Fosthom ħa sehem fi tlielaq ta' żewġ kilometri u erba' kilometri, kif ukoll fl-isfida Gozo-Malta fuq distanza ta' 6.5km. Amand ġie l-ewwel wieħed fil-kategorija tiegħu u b'hekk rebaħ il-Masters D (65+). Bħalissa hu qed jipprepara biex jagħmel l-għawma ta' 'SwimAid' ta' din is-sena li se ssir fit-28 ta' Ottubru fejn flimkien ma' għawwiema oħrajn ħa jaqsmu minn Filfla għal Għar Lapsi. Il-flus li se jinġabru mid-donazzjonijiet ser imorru għal tfal b'diżabilita'. 34 Midalja għal Malta Karate Federation fil-Kampjonati tal- Karate tal-Istati ż-Żgħar tal-Ewropa 2017 33 atleta mill Malta Karate Federation ħadu sehem fir-raba' edizzjoni tal-Kampjonati tal-Karate tal-Istati ż-Żgħar tal- Ewropa li saru ġewwa Andorra nhar is-Sibt 30 ta' Settembru u l-Ħadd 1 t' Ottubru 2017. 250 atleta bejn it- 12 u l-25 sena minn Andorra, Ċipru, l-Iżlanda, Liechtenstein, Lussemburgu, Malta, Monaco u San Marino ħadu sehem f 'dan l-avveniment. Suċċess għat-Tim ta' Malta li ġie l-ewwel fil-Kata Individduali, it-tieni fit-Tim Kata, it-tielet fil-Kumite Individwali u r-raba' fit-Tim Kumite. B'mod ġenerali kiseb it-tielet post b'rebħa ta' 11 Deheb, 11 Fidda u 12 Bronż. It-Tim ta' Malta kien akkumpanjat mis-Sinjura Audrey Zammit bħala HOD, mid-Direttur Tekniku Sensei James Galea, mill-Koordinatur Tekniku Sensei Jesmond Zammit, Kowċis Nazzjonali tal-Kata Sensei Joe Tanti u Sensei Michelle Vella, Kowċis Nazzjonali tal-Kumite Sensei Josef Antonelli u Sensei Joseph Mizzi. MKF Chief Referee Sensei Anthony Zammit u Sensei Frank Vella kienu uffiċjali f 'dawn il- kampjonati. 'Dan ir-riżultat miksub huwa wieħed inkoraġġanti ħafna u juri konsistenza f 'riżultati miksuba fuq livell internazzjonali għall- Malta Karate Federation, ikkummenta d-Direttur Tekniku tal-MKF, is-Sensei James Galea. L-għawwiem Belġjan Amand P. Veranneman Il-Kontinġent Malti tal-Karate f 'Andorra.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 15 October 2017