Illum previous editions

illum 15 October 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/887358

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 35

13 Il-Ħadd 15 ta' Ottubru 2017 | illum Aħbarijiet l-isportivi jiżvelaw 'preċedent ikrah' F'DAWL ta' dan kollu, din il-gazzetta intervistat lis-Segretarju Ġenerali tal-Malta Football Association, Angelo Chetcuti. Mal-ILLUM, Chetcuti sostna li "xogħlna hu li l-ewwel nett inħarsu l-istabbilità kuntrattwali li tippermetti kemm lill-klabbs u kemm lill-plejers ikunu jafu fejn qegħdin." L-MFA għandha xi pjan li tbiddel il-mod ta' kif isiru t-trasferimenti? L-MFA – jiġifieri l-istakeholders kollha tal-futbol kif rappreżentati fi ħdanha – taġġusta r-regolamenti tagħha dwar kull aspett tal-logħba b'mod regolari. Biex isostni dan il-proċess hemm forum ta' 'djalogu soċjali' li jlaqqa' flimkien rappreżentanti tal-klabbs u tal-plejers biex kemm jista' jkun jinstab bilanċ bejn l-interessi tat-tnejn. Ta' min jgħid li ilna biss ftit aktar minn sentejn li għamilna riforma sħiħa fir- regolamenti dwar l-istatus tal-plejers. F'kummenti ma' din il-gazzetta, nies mitħla tal-futbol u tal-MFA qalu li s-sistema preżenti hi waħda li ma timxix mad-drittijiet fundamentali tal-bniedem, dan minħabba d-dritt għax-xogħol u dritt għal-rappreżentazzjoni ġusta fil-qrati. L-MFA ma tħossx ċertu responsabbiltà għal din is-sitwazzjoni? Bħal dejjem jibqa' x'tirranġa, imma f 'dawn l-aħħar ftit snin saru tibdiliet kbar li l-parti l-kbira tagħhom saru biex itejbu s-sitwazzjoni tal-plejers fil-konfront tal-klabbs li jkunu rreġistrati magħhom. Dawn huma kollha aspetti li jiġu diskussi fil-forum ta' djalogu soċjali. Huwa prinċipju stabbilit fl-isport li kemm jista' jkun it-tilwim u d-dixxiplina jiġu trattati fi ħdan l-entitajiet sportivi stess. Illum kif evolvew l-affarijiet mhux dejjem ikun ċar jekk issue tmurx lil hinn mill- ambitu sportiv. Naħseb li jkun eċċessiv li ngħidu li hemm xi nuqqas ta' ksur tad-drittijiet fundamentali – hemm bosta modi kif wieħed jitlob rimedju fl-istrutturi tal-futbol. Għalfejn, tim Malti jrid iħallas għal plejer free agent Malti però, dan ma japplikax fil-konfront ta' plejers free agent barranin? Mhux korrett. Jiddependi minn numru ta' fatturi: ngħidu aħna jekk il-plejer għandux status ta' 'amateur' jew 'professional', u fuq kollox f 'każ ta' plejer professjonali x'jgħid il-kuntratt tiegħu mal-klabb. Lil min qed tivantaġġja din is-sistema tat- trasferimenti preżenti, lill-klabbs jew lill-plejers Maltin? Is-sistema mhix qiegħda hemm biex tivvantaġġja jew ixxekkel lil xi parti jew oħra. Naħseb li xogħolna hu li l-ewwel nett inħarsu l-istabbilità kuntrattwali li tippermetti kemm lill-klabbs u kemm lill-plejers ikunu jafu fejn qegħdin. Il-klabbs huma mistennija jonoraw l-obbligi tagħhom lejn il-plejers, u dan jgħodd ukoll għall-plejers viċi versa. Il-problema ta' nuqqas ta' finanzjament Intant l-istess sorsi li tkellmu ma' din il-gazzetta fuq is-sitwazzjoni preżenti, spjegalwna wkoll għalfejn din is-sistema hi fl-istess ħin "importanti għall- operat tal-klabbs" u għalfejn "evidentalment hemm ċertu riluttanza għall-bidla." "Bosta klabbs tal- isport f 'pajjiżna jaħdmu b'din is-sistema ta' trasferrimenti, din teżisti wkoll fil-waterpolo. Dan hi sistema komuni għaliex, il-klabbs f 'pajjiżna ftit li xejn għandhom introjtu finanzjarju sakemm ma jkunx għal dawn it- transferrimetni." "Jekk nieħdu l-każ tal-futbol f 'pajjiżna, sakemm ma tkunx wieħed mill-klabbs li jirnexxilek tavvanza fil- kompetizzjonijiet Ewropej, jiġifieri, Champions League u Europa League ftit li xejn se jkollok mezzi differenti ta' finazjarjament." "Għalhekk, sakemm ma jkollokx xi benifattur jew tnejn li jagħmlu tajjeb, dawn it-transferrimenti huma vitali għall-interess finanzjarju tal-klabbs" sostna sors li twieled u għex fil-futbol lokali" Tul il-legiżlatura li għaddiet, il-gvern għadda ligi sabiex il-klabbs Maltin setgħu jibdew iwettqu attività kummerċjali fil-faċiltajiet sportivi tagħhom. Diversi nies fid-dinja tal-isport li tkellmu mal-ILLUM, sostnew li din kienet miżura min-naħa tal-gvern sabiex joffri alternattiva ta' introjtu għall-klabbs Maltin u b'hekk tonqos id-dipendenza fuq it- transferimenti għad-dħul finazjarju. Dan filwaqt li saret emenda li tillimita, il- massimu ta' kemm klabb jista' jħallas għal plejer bi prezz massimu għal €30,000. L-istess sorsi li tkellmu magħna, stqarru li "din l-iskema, allavolja strateġija tajba, mhix soluzzjoni ta' malajr". Persuna oħra li tkellmet ma' din il-gazzetta ġabret perfettament din il- problema fi kliem, "llum il-ġurnata, il-futbol mhuwiex biss delizzju, iżda sors ta' dħul finanzarju tajjeb għal bosta plejers Maltin, nemmen li l-gvern u l-awtoritajiet konċernati għandhom id-dover li mill- iktar fiss possibli jibdew jitħadtu fuq din il-materja" Każ ta' Bosman JEAN Marc Bosman hu eks-plejer Belġjan li rikors ġudizzjarju tiegħu bidel il- modus operandi tat-transferimenti kollha tal-isport li jsiru fl-Ewropa. Bosman kien jilgħab għal numru ta' snin fl-ogħla diviżjoni tal-Belgjum mal-klabb RFC Liege. Meta l-kuntratt tiegħu skada fis- sena 1990, Bosman kellu xewqa li jingħaqad ma' klabb ieħor sabiex dan jkompli jilgħab u jagħmel għixien mill-futbol. Il-klabb Franċiż ta' Dunkerque ma damux wisq sakemm irreġistraw l-interess tagħhom fih u għalekk iż-żewġ partijiet bdew diskussjionijiet bl-għan li jakkwistaw is-servizzi ta' Bosman, però dan it-transferiment kien se jgħaddi minn problem monumentali. Dan minħabba li l-klabb preċedenti tal-istess plejer, talab somma stratosferika ta'flus għal Bosman, għalhekk il-klabb Franċiż malajr tilef l-interess li jakkwista lil Bosman. Sadanittant, Bosman ma kienx baqa' jitħallas minħabba l-fatt li hu ma kienx għad fadallu post titulari fl-skwadra ta' RFC Liege. Għalhekk Bosman f 'daqqa waħda sab ruħu mingħajr ebda sors ta' dħul finanzjarju u limitazzjoni ta' possibilità li jsib xi klabb li lest iħallas dik is-somma ta' flus biex jakkwista servizzi tiegħu. Dan kollu wassal biex il-plejer Belġjan fetaħ proċeduri legali quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Ewropa. Quddiem l-istess Qorti Bosman, akkuża lill-RFC Liege li kienu qegħdin jillimitawlu l-possibiltà ta' xogħol. Fil-15 ta' Diċembru 1995, il-Qorti tal-Unjoni Ewropea qatgħatha favur il-plejer Jean Marc Bosman, b'riżultat li Bosman seta' jingħaqad ma' klabb ieħor mingħajr ebda ħlas. U l-MFA xi tgħid?

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 15 October 2017