Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/887358
illum | Il-Ħadd 15 ta' Ottubru 2017 Sports 34 CRISTIAN Zaccardo twieled f 'Formigine qrib il-belt ta' Modena fir-reġjun tal-Emilia Romagna nhar il-21 ta' Diċembru 1981. Huwa jilgħab bħala difensur u xi kultant anke bħala plejer f 'nofs il-grawnd. Beda l-karriera tiegħu ma' Bologna fis-sena 2000 u baqa' mal-klabb sal-2004. Bejniethom kellu perjodu ta' self mat-tim mis-Serie C1 Spezia. Fl-2004 mar Sqallija u ngħaqad ma' Palermo fejn magħhom kien prominenti fl-aħjar żmien tal-klabb fejn hemmhekk dam erba' staġuni. Fl-2008 kiseb suċċess kbir meta ffirma ma' Wolfsburg fil-Ġermanja u hemmhekk rebaħ il-Bundesliga. Sena wara reġa' biddel il-klabb u din id-darba kien imiss Parma illi jiksbu s-servizzi tiegħu. Libes ukoll il-flokk ta' Milan bejn l-2013 u l-2015 għalkemm b'xorti ħażina għalih ir-Rossoneri dak iż-żmien xejn ma kienu għaddejjin minn perjodu faċli. Fis-sentejn ta' wara ngħaqad ma' Carpi u Vicenza fis-Serie B qabel ma' ftit tal-ġranet ilu ġie akkwistat mill- klabb Malti ta' Ħamrun Spartans. L-għan tal-eks internazzjonali Taljan huwa li jwassal lit-tim il-ġdid tiegħu fl-ewwel tliet postijiet tal- klassifika tal-kampjonat Premier Malti. Issa li jinsab mal-Ispartans jgħid illi qed iħossu bniedem importanti hawn Malta u jinsab kuntent illi għamel din l-għażla. Ġie jilgħab Malta proprju grazzi għas-sit soċjali LinkedIn meta kiteb li ta' 35 sena ma xtaqx jirtira mil-logħba għax skont hu kien għad fadallu ħafna x'joffri. Huwa kiteb ukoll illi kapaċi jilgħab sentejn oħra fl-ogħla livell. Dak li kiteb ġiegħel lil diversi klabbs Ewropej mill-Olanda, Ċipru, l-Italja u Malta sabiex jittantaw xortihom u jakkwistaw is-servizzi tiegħu. Wara ħafna taħditiet kienu proprju Ħamrun Spartans illi ssiġillaw dan it-trasferiment tant mistenni li saħansitra ssemma' f 'diversi ġurnali Taljani. Fix-xena internazzjonali, Zaccardo kien ferm prominenti hekk kif lagħab mat-tim nazzjonali Taljan immexxi minn Marcello Lippi għal 17-il darba fejn saħansitra rnexxielu jirbaħ it-Tazza tad-Dinja tal-2006. Mal-Azzurri huwa skorja gowl wieħed biss fl-2005 meta l-Italja kienu għelbu lil Slovenja f 'Palermo bl-iskor ta' 1-0 u ironikament dan il-gowl kien witta t-triq lejn il- kwalifikazzjoni għall-kampjonati mondjali li kienu ser isiru fil- "Mhux faċli tirbaħ it- Tazza tad-Dinja iktar u iktar meta jkun hemm timijiet ta' livell għoli. Meta mbagħad iżżomm dik it-tazza tant prestiġjuża f 'idejk tirrealizza kemm verament tkun ksibt is- suċċess li kull plejer tal- futbol jixtieq li jkollu." 'Irrid ngħin lil Ħamrun Spartans jiksbu l-ogħla Cristian Antony Muscat Cristian Zaccardo - Sar l-ewwel plejer li ser jilgħab f 'pajjiżna li rebaħ it-Tazza tad- Dinja. Kellu karriera ta' suċċess kemm -Italja kif ukoll l-Ġermanja fejn rebaħ anke kampjonat. Ingħaqad ma' Ħamrun Spartans ftit tal-ġranet ilu u jinsab ħerqan biex jiddebutta l-kampjonat Malti.